31997D0184



Official Journal L 077 , 19/03/1997 P. 0022 - 0023


Ir-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-13 ta' Marzu 1997

dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità, ta' Ftehim bejn il-Komunità u l-Istati Uniti Messikani dwar il-koperazzjoni rigward il-kontroll ta' prekursuri u s-sustanzi kimiċi użati frekwentement fil-fabbrikar illeċitu tad-drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi

(97/184/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113, flimkien ma' l-Artikolu 228(2), it-tieni sentenza, u l-Artikolu 228(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, fil-25 ta' Settembru 1995, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni jinnegozja, f'isem il-Komunità, ftehim dwar il-kontroll ta' prekursuri u s-sustanzi kimiċi ma' l-Istati Membri ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Istati Amerikani;

Billi l-Kummissjoni, a bażi ta' din l-awtorizzazzjoni, temmet negozjati ma' l-Istati Messikani Unitifil-25 ta' Ottubru 1996;

Billi huwa xieraq li l-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni, flimkien ma' kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill, tapprova modifiki f'isem il-Komunità billi l-Ftehim jipprevedi li jiġu addotatti mill-Follow-up Group konġunt; billi, tali awtorizzazzjoni għandha tiġi limitata għall-modifiki lill-Annessi tal-Ftehim sa fejn jikkonċerna sustanzi diġà koperti mill-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-prekursuri u s-sustanzi kimiċi,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Messikani Uniti dwar il-koperazzjoni rigward il-kontroll tal-prekursuri u s-sustanzi kimiċi użati frekwentament fil-fabbrikar illeċitu tad-drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi għandu jiġi approvat f'isem il-Komunità.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu f'isem il-Komunità, jikkomunika l-istrument previst fl-Artikolu 12 lill-Gvern ta' l-Istati Uniti Messikani [1].

Artikolu 3

1. Il-Komunità għandha tiġi rrappreżentata fil-Follow-up Group konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim mill-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri.

2. Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tapprova, f'isem il-Komunità, modifiki għall-Annessi tal-Ftehim addottati mill-Follow-up Group konġunt bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 tal-Ftehim.

Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna f'din il-ħidma minn Kumitat specjali mahtur mill-Kunsill u inkarigat illi jistabbilixxi pożizzjoni komuni.

3. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun limitata għal dawk is-sustanzi li huma koperti diġa' bil-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità fuq il-prekursuri tad-drogi u sostanzi kimiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, 13 ta' Marzu 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Patijn

[1] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandu jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet