31996R1255


Titolu u referenza

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/96 tas-27 ta' Ġunju 1996 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli

 ĠU L 158, 29.6.1996, p. 1–142 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 02 Volume 07 P. 180 - 182
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 02 Volume 07 P. 180 - 182
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 02 Volume 07 P. 180 - 182
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 02 Volume 07 P. 180 - 182
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 02 Volume 07 P. 180 - 182
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 02 Volume 07 P. 180 - 182
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 02 Volume 07 P. 180 - 182
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 02 Volume 07 P. 180 - 182
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 02 Volume 07 P. 180 - 182
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 02 Volume 08 P. 223 - 225
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 02 Volume 08 P. 223 - 225

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/96

tas-27 ta' Ġunju 1996

li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-produzzjoni fil-Komunità tal-prodotti speċifikati f'dan ir-Regolament hija fil-preżent mhux adegwata jew ineżistenti; billi għaldaqstant, il-produtturi ma jistgħux ilaħħqu mal-ħtiġiet ta' industriji utenti fil-Komunità;

Billi huwa fl-interess tal-Komunità li tissospendi b'mod parzjali jew totali, id-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni għal dawn il-prodotti;

Billi d-deċiżjoni dwar is-sospensjoni ta' dawn id-dazji awtonomi għandha tittieħed mill-Komunità;

Billi r-Regolamenti li jissospendu b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali jew agrikoli kienu pjuttost ġeddu l-miżuri preċedenti; billi, għalhekk, fl-interess tar-razzjonalizzazzjoni ta' l-implimentazjoni tal-miżuri konċernati, għandu jidher propizju li ma jkunx limitat il-perjodu tal-validità ta' dan ir-Regolament minħabba li l-milja tiegħu tista' tkun addattata u li jiġu miżjuda jew imneħħija prodotti mil-lista permezz tar-Regolament tal-Kunsill, jekk ikun meħtieġ;

Billi l-emendi għan-nomenklatura magħquda u l-Kodiċi Taric ma jagħtux lok għal xi emendi sostantivi; billi, għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, għandu jkun hemm provvediment sabiex jawtorizza lill-Kummissjoni, wara li tkun irċeviet l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, biex tagħmel l-emendi meħtieġa u l-addattazjonijiet tekniċi għall-Anness ta' dan ir-Regolament, inkluża l-pubblikazzjoni ta' verżjoni konsolidata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Id-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni għall-prodotti elenkati fl-Anness ma' dan ir-Regolament għandhom jiġu sospiżi fil-livell indikat maġenb kull wieħed minnhom.

L-Artikolu 2

L-addattazzjonijiet tekniċi, inkluża l-pubblikazjoni ta' verżjoni konsolidata, li toriġina mill-emendi tan-nomenklatura magħquda u tal-Kodiċi Taric għandhom jiġu addottati mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3.

L-Artikolu 3

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali mwaqqaf permezz ta' l-Artikolu 247 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 [1].

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu lill-Kumitat. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fi żmien terminu li l-president jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tkun mogħtija mill-maġġoranza stipulata fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jaddotta wara proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jingħataw importanza partikolari skond kif imniżżel f'dak l-Artikolu. Il-president m'għandux jivvota.

3. Il-Kummissjoni għandha taddotta miżuri li japplikaw immedjatament.

Madankollu, jekk il-miżuri ma jkunux jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat, dawn għandhom jiġu mgħarrfa lill-Kummissjoni mill-Kunsill minnufih. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddifferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li hija tkun iddeċidiet dwarhom għal tliet xhur mid-data ta' dik il-komunikazzjoni.

Il-Kunsill, meta jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata jista' jieħu deċiżjoni differenti fil-limiti tat-terminu imsemmi fis-subparagrafu preċedenti.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-27 ta' Ġunju 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Maccanico

[1] ĠU L 302, tad-19. 10. 1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Dan l-Anness ġie mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni 2264/2002, ĠU L 350, 27.12.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet