Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/63/KE tat-30 ta’ Settembru 1996 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/432/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrijaTest b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 253, 5.10.1996, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 017 P. 399 - 400
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 017 P. 399 - 400
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 017 P. 399 - 400
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 017 P. 399 - 400
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 017 P. 399 - 400
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 017 P. 399 - 400
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 017 P. 399 - 400
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 017 P. 399 - 400
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 017 P. 399 - 400
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 19 P. 245 - 246
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 19 P. 245 - 246
DA DE EL EN ES FI FR IT NL PT SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/63/KE
tat-30 ta’ Settembru 1996
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/432/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100a tiegħu,
Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, ta’ l-4 ta’ Marzu 1974, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/297/KEE [2], u partikolarment l-Artikoli 12 u 13 tagħha,
Billi t-test ta’ l-ibrejkjar jista’ jiġi mtejjeb billi tbiddel t-tnaqqis tal-veloċità medja b’formula li tiddefinixxi d-distanza ta’ l-ibrejkjar bħala funzjoni tal-veloċità; billi dik l-emenda ser tiġi segwita b’tibdiliet oħra immirati biex itejbu s-sigurtà tat-tratturi u l-komponenti nvoluti fl-użu tagħhom;
Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 74/150/KEE,
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/432/KEE [3] huma hawnhekk emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.
L-Artikolu 2
1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1997 l-Istati Membri ma jistgħux:
- jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ trattur, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, li joħorġu d-dokument msemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE jew jagħtu l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip, jew
- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ tratturi, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ strumenti ta’ l-ibrejkjar, jekk it-tratturi jikkonformaw mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 76/432/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.
2. B’effett mill-1 ta’ Marzu 1998 l-Istati Membri:
- ma għandhomx jagħtu aktar approvazzjoni tat-tip tal-KE jew joħorġu d-dokument msemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, u
- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni nazzjonali tat-tip
għal tip ta’ trattur minħabba raġunijiet relatati ma’ strumenti ta’ l-ibrejkjar, jekk il-ħtiġijiet tad-Direttiva 76/432/KEE kif emendata b’din id-Direttiva ma jkunux ġew imħarsa.
L-Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Ottubru 1997. Għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan.
2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċċjali tagħhom. It-termini ta’ referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat b’din id-Direttiva.
L-Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
L-Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, it-30 ta’ Settembru 1996.
Għall-Kummissjoni
Martin Bangemann
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.
[2] ĠU L 126, ta’ l-20.5.1988, p. 52.
[3] ĠU L 122, tat-8.5.1976, p. 1.
--------------------------------------------------
L-ANNESS
Id-Direttiva 76/432/KEE qed tiġi emendata kif ġej:
"1. Fl-Anness I, punt 4.2.6, fl-aħħar ta’ l-ewwel subparagrafu, is-sentenza li ġejja qed tiġi miżjuda: "Meta aktar minn fus wieħed huwa normalment suġġett għall-ibbrejkjar, fus wieħed jista’ jiġi sseparat sakemm l-attivazzjoni tal-brejk tas-servizz awtomatikament terġa’ tgħaqqad mill-ġdid dak il-fus u li, jekk l-istrument li jerġa’ jgħaqqad mill-ġdid ma jaħdimx, dan isir b’mod awtomatiku."
2. Fl-Anness II, punt 1.1.1, l-ewwel sentenza qegħda tiġi mibdula b’li ġej:
"L-effettivita ta’ brejk tas-servizz hija bbażata fuq id-distanza ta’ l-ibbrejkjar kalkolata skond il-formola stipulata f’2.1.1.1"
,punt 1.2.2.2 huwa mħassar,punt 2.1.1.1 huwa emendat biex jaqra:
"2.1.1.1. Taħt kundizzjonijiet ta’ test tat-tip O, jikseb distanza għall-waqfien li hija kalkolata kif ġej:
S
≤ 0,15 V +
V
,
fejn
V hija d-disinn ta’ veloċità massima f’kilometri fis-siegħa, u
Smax hija d-distanza massima għall-waqfien f’metri"
--------------------------------------------------
| Fuq |