31996L0060


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE tad-19 ta’ Settembru 1996 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum ta’ l-enerġija ta’ magni tad-dar għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa (ĠU L 266, tat-18.10.1996, p. 1)

 ĠU L 266, 18.10.1996, p. 1–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 20 P. 3 - 29
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 20 P. 3 - 29

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE

tad-19 ta’ Settembru 1996

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum ta’ l-enerġija ta’ magni tad-dar għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa (ĠU L 266, tat-18.10.1996, p. 1)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta’ Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ tikketti u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ enerġija u riżorsi oħra ta’ apparat ieħor li jintuża fid-djar [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 12 tagħha,

Billi l-użu ta’ l-elettriku minn magna għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa flimkien jammonta għal parti sinnifikanti mid-domanda totali ta’ enerġija tal-Komunità; billi l-qasam ta’ applikazzjoni ta’ tnaqqis fl-użu ta’ l-enerġija minn dan l-apparat huwa sostanzjali;

Billi rendiment ta’ ħasil aħjar sikwit jeħtieġ konsum akbar ta’ ilma u enerġija; billi informazzjoni dwar ir-rendiment tal-ħasil ta’ l-apparat tkun ta’ għajnuna fl-evalwazzjoni ta’ l-informazzjoni dwar il-konsum ta’ enerġija u ilma tiegħu; billi dan jgħin lill-konsumaturi jagħmlu għażla ta’ apparat li tkun konsistenti ma’ l-użu razzjonali ta’ l-enerġija;

Billi l-Komunità, waqt li tikkonferma l-interess tagħha f’sistema ta’ standardizzazzjoni li tkun kapaċi tipproduċi standards li jintużaw tabilħaqq mill-isħab kollha fil-kummerċ internazzjonali u li tkun kapaċi tissodisfa l-ħtiġiet tal-politika tal-Komunità, tistieden lill-organizzazzjonijiet ta’ l-istandards Ewropej sabiex ikomplu fil-koperazzjoni tagħhom ma’ organizzazzjonijiet ta’ standards internazzjonali;

Billi l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (KEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) huma l-korpi rikonnoxxuti bħala kompetenti sabiex jadottaw standards armonizzati bi qbil mal-linji ta’ gwidaġenerali għal koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawn iż-żewġ korpi ffirmati nhar it-13 ta’ Novembru 1984; billi, fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva, standard armonizzat huwa speċifikazzjoni teknika (Standard Ewropew jew dokument ta’ armonizazzjoni) adottat minn Cenelec, fuq il-bażi ta’ eżenzjoni (mandat) mill-Kummissjoni bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tistabbilixxi proċedura għall-forniment ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ standards u regolamenti tekniċi [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/139/KEE [3], u fuq il-bażi ta’ dawk il-linji ta’ gwida ġenerali;

Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/75/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal magni għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa flimkien li jintużaw fid-djar imħaddmin bl-elettriku. Apparat li jista’ juża wkoll sorsi oħra ta’ enerġija huwa eskluż.

2. L-informazzjoni meħtieġa b’din id-Direttiva għandha tiġi mkejla skond standards armonizzati, in-numri ta’ referenza tagħha li kienu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u li għalihom, l-Istati Membri, ippubblikaw in-numri ta’ referenza ta’ l-istandards nazzjonali li jieħdu post dawk l-istandards armonizzati. Matul din id-Direttiva kollha kwalunkwe dispożizzjoni li teħtieġ l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-ħoss għandha tapplika biss fejn dik l-informazzjoni tkun meħtieġa skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/594/KEE [4]. Din l-informazzjoni, fejn tkun meħtieġa, għandha tiġi evalwata bi qbil ma’ dik id-Direttiva.

3. L-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti taħt mandat mill-Kummissjoni bi qbil mad-Direttiva 83/189/KEE.

4. F’din id-Direttiva, minbarra fejn il-kuntest jeħtieġ mod ieħor, espressjonijiet wżati għandhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 92/75/KEE.

L-Artikolu 2

1. Id-dokumentazzjoni teknika li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 92/75/KEE għandha tinkludi:

- l-isem u l-indirizz tal-fornitur,

- deskrizzjoni ġenerali tal-mudell, li tkun biżżejjed sabiex dan il-mudell ikun identifikat b’mod uniku,

- informazzjoni, li tinkludi disinni relevanti, dwar il-karatteristiċi tad-disinn prinċipali tal-mudell u f’punti partikolari li jaffettwaw mhux ħażin il-konsum ta’ l-enerġija,

- rapporti ta’ testijiet relevanti tal-miżurazzjoni mwettqa fuq il-mudell taħt il-proċeduri ta’ test ta’ l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-Direttiva,

- struzzjonijiet ta’ tħaddim, jekk addattat.

2. It-tikketta li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 92/75/KEE għandha tkun kif speċifikata fl-Anness I għal din id-Direttiva. It-tikketta għandha titqiegħed fuq il-faċċata jew il-parti ta’ fuq, fuq barra ta’ l-apparat, b’tali mod li tkun tidher b’mod ċar u ma tkunx mgħottija.

3. Il-kontenut u l-format tal-fiche li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 92/75/KEE għandha tkun kif speċifikata fl-Anness II għal din id-Direttiva.

4. Fiċ-ċirkostanzi koperti bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 92/75/KEE, u fejn l-offerta għal bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs tkun ipprovduta permezz ta’ komunikazzjoni stampata, bħal katalgu ta’ kont postali, allura dik il-komunikazzjoni stampata għandha tinkludi l-informazzjoni kollha speċifikata fl-Anness III għal din id-Direttiva.

5. Il-klassi ta’ effiċjenza ta’ l-enerġija ta’ l-apparat, u l-klassi ta’ kapaċità ta’ ħasil tiegħu, għandhom ikunu kif stabbilit bi qbil ma’ l-Anness IV.

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-fornituri u n-negozjanti kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-15 ta’ Lulju 1997. Għandhom jinfurmaw mal-ewwel lill-Kummissjoni bihom. Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Awissu 1997.

Iżda, sal-31 ta’ Jannar 1998, l-Istati Membri għandhom jippermettu:

- it-tqegħid fis-suq, il-kummerċjalizzazzjoni u/jew il-wiri ta’ prodotti u

- id-distribuzzjoni ta’ komunikazzjonijiet stampati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(4)

li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva.

Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’referenza bħal din fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Settembru 1996.

Għall-Kummissjoni

Christos Papoutsis

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, ta’ l-1.10.1992, p. 16.

[2] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8.

[3] ĠU L 32, tat-2.2.1996, p. 31.

[4] ĠU L 334, tas-6.12.1986, p. 24.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

IT-TIKKETTA

Disinn tat-tikketta

1. It-tikketta għandha tkun il-verżjoni tal-lingwa relevanti, magħżula mill-illustrazzjonijiet li ġejjin:

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

2. In-noti li ġejjin jiddefinixxu l-informazzjoni li għandha tkun inkluża:

Nota:

I. L-isem tal-fornitur jew trademark.

II. Identifikazzjoni tal-mudell tal-fornitur.

III. Il-klassi ta' effiċjenza ta' enerġija tal-mudell, stabbilita bi qbil ma' l-Anness IV. Din l-ittra indikatriċi għandha titpoġġa fl-istess livell tal-vleġġa relevanti.

IV. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ħtiġiet taħt l-iskema ta' Eko-tikketta tal-Komunità, fejn mudell ikun ingħata 'Eko-tikketta tal-Komunità' bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 880/92 [1], tista' titwaħħal ukoll kopja tat-Eko-tikketta hawnhekk. Il-'gwida dwar id-disinn tat-tikketta tal-magna għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa' li hemm referenza għaliha taħt, tfisser kif it-Eko-tikketta tista' tkun inkluża fit-tikketta.

V. Il-konsum ta' enerġija f'kWh għal kull ċiklu ta' tħaddim sħiħ (ħasil, tagħsir u tnixxif) waqt użu ċiklu ta' qoton ta' 60° Ċ, u ċiklu ta' tnixxif tal-'qoton xott' standard stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2).

VI. Il-konsum ta' l-enerġija f'kWh għal kull ċiklu ta' ħasil (ħasil u tagħsir biss) waqt użu ċiklu ta' qoton ta' 60° C, u ċiklu ta' tnixxif tal-'qoton xott’ standard stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2).

VII. Il-klassi ta' kapaċità ta' ħasil stabbilita bi qbil ma' l-Anness IV.

VIII. Il-veloċità massima ta' għasir għal kull ċiklu ta' qoton ta' 60° C standard, stabbilita bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2).

IX. Kapaċità ta’ l-apparat (f'kg) għal ċiklu ta' qoton ta' 60°C standard (mingħajr tnixxif), stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2).

X. Kapaċità ta’ l-apparat (f'kg) għal ċiklu ta' 'qoton xott' (tnixxif), stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2).

XI. Konsum ta' ilma, f'litri, għal kull ċiklu ta' tħaddim sħiħ (ħasil, għasir u tnixxif) waqt użu ċiklu ta' qoton ta' 60°C, u ċiklu ta' ħasil ta' 'qoton xott' standard stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2).

XII. Fejn ikun applikabbli, il-ħoss matul ċikli ta' ħasil, għasir u tnixxif waqt użu ta’ ċiklu ta' ħasil ta' qoton ta' 60°C u ċiklu ta' tnixxif ta' 'qoton xott' standard, stabbilit bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 86/594/KEE [2].

Nota:

It-termini ekwivalenti f'lingwi oħra għal dawk mogħtija fuq huma stabbiliti fl-Anness V.

Stampar

3. Dawn li ġejjin jiddefinixxu ċerti karatteristiċi tat-tikketta:

+++++ TIFF +++++

Kuluri wżati:

CMYKcyan, maġenta, isfar, iswed.

Eż. 07X0: 0 % cyan, 70% maġenta, 100% isfar, 0% iswed.

Vleġeġ

- A : X0X0

- B : 70X0

- C : 30X0

- D : 00X0

- E : 03X0

- F : 07X0

- G : 0XX0

Kulur tal-profil X070

It-test kollha huwa miktub bl-iswed. L-isfond huwa abjad.

Informazzjoni sħiħa stampata tinsab fi 'Gwida ta' disinn ta' tikketta ta' enerġija ta' magna għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa ', li hija għall-informazzjoni biss, li tista' tiġi miksuba mingħand:

Is-Segretarju tal-Kumitat dwar l-ittikkettjar ta' enerġija u informazzjoni standard tal-prodott għal apparat li jintużaw fid-djar,

Directorate-General Energy XVII,

European Commission,

Rue de la Loi/Wetstraat 200,

B-1049 Brussels.

[1] ĠU Nru L 99, tal-11. 4. 1992, p. 1.

[2] ĠU Nru L 344, 6. 12, 1986, p. 24. L-istandards ta' kejl ta' ħoss relevanti huma EN 60704-2-4 għal ħasil u għasir, u EN 60704-2-6 għal tnixxif u EN 60704-3.

--------------------------------------------------

ANNESS II

FICHE

Il-fiche għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja. L-informazzjoni tista' tingħata fil-forma ta' tabelli li jkopri numru ta' mudelli fornuti mill-istess fornitur. L-informazzjoni għandha tingħata fl-ordni speċifikata taħt għajr jekk din tkun tinsab f'deskrizzjoni aktar ġenerali ta' l-apparat:

1. Trademark tal-fornitur.

2. Identifikazzjoni tal-mudell tal-fornitur.

3. Il-klassi ta' effiċjenza ta' enerġija tal-mudell stabbilita bi qbil ma' l-Anness IV. Imfissra bħala 'Klassi ta' effiċjenza ta' enerġija.. fuq skala minn A (l-aktar effiċjenti) sa G (l-inqas effiċjenti)'. Fejn din l-informazzjoni tkun ipprovduta f'forma ta' tabella din tista' tiġi mfissra permezz ta' mezzi oħra sakemm ikun ċar li l-iskala tkun minn A (l-aktar effiċjenti) sa G (l-inqas effiċjenti).

4. Fejn l-informazzjoni tkun ipprovduta fil-forma ta' tabella, u fejn uħud mill-apparat elenkati fit-tabella jkunu ngħataw 'Eko-tikketta tal-Komunità bi qbil mar-Regolament (KEE) Nru 880/92, din l-informazzjoin tista' tiġi nkluża hawnehekk. F'dan il-każ l-intestatura tar-ringiela għandu juri 'Eko-tikketta tal-Komunità, u d-daħla għandha tkun magħmula minn kopja tal-marka tat-Eko-tikketta. Din id-disposizzjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ħtieġa taħt l-iskema Eko-tikketta ta' l-UE.

5. Konsum ta' enerġija għal ħasil, għasir, u tnixxif, f'kWh għal kull ċiklu sħiħ ta' tħaddim kif iddefinit fl-Anness I nota V.

6. Konsum ta' enerġija għal ħasil u għasir biss, f'kWh għal kull ċiklu ta' ħasil kif iddefinit fl-Anness I nota VI.

7. Il-klassi ta' kapaċità ta' ħasil stabbilita bi qbil ma' l-Anness IV. Imfissra bħala 'Klassi ta' kapaċità ta' ħasil… fuq skala minn A (l-ogħla) sa G (l-inqas)'. Din tista' tiġi mfissra permezz ta' mezzi oħra sakemm ikun ċar li l-iskala tkun minn A (l-ogħla) sa G (l-inqas).

8. L-effiċjenza ta' estrazzjoni ta' ilma għal ċiklu ta' qoton ta' 60° C standard, stabbilita bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2). Imfissra bħala 'Ilma li jibqa' wara t-tagħsira… % (bħala proporzjon ta' piż xott tal-ħasla)’.

9. Veloċità massima tat-tidwira tat-tagħsir miksuba kif iddefinit fl-Anness I nota VIII.

10. Il-kapaċità tal-ħasil ta' apparat għal ċiklu ta' ħasil ta' qoton ta' 60° C standard, kif iddefinit fl-Anness I nota IX.

11. Kapaċità ta' tnixxif ta' apparat għal ċiklu ta' tnixxif ta' 'qoton xott' standard, kif iddefinit fl-Anness I nota X.

12. Konsum ta' ilma għal ħasil, għasir, u tnixxif, f'litri għal kull ċiklu ta' tħaddim kif iddefinit fl-Anness I nota XI.

13. Konsum ta' ilma għal ħasil u għasir biss, f'litri, għal kull ċiklu ta' qoton ta' 60° C standard stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2).

14. Ħin ta' ħasil u tnixxif. Ħin tal-programm għal ċiklu ta' tħaddim sħiħ (ħasil ta' qoton f'60° C u tnixxif ta' qoton xott'), għal kapaċità stmata ta' ħasil, stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2).

15. Il-fornituri jistgħu jinkludu informazzjoni taħt punti 5 u 14 fuq fir-rigward ta' ċikli oħra ta' ħasil u/jew tnixxif.

16. Il-konsum ta' enerġija w ilma daqs 200 darba il-konsum imfisser f'punti 5 (enerġija) u 12 (ilma). Dan għandu jkun imfisser bħala 'stima ta' konsum fis-sena għal dar b'erba' persuni, li dejjem jużuw dejjem id-drier (200 ċiklu)’.

17. Il-konsum ta' enerġija w ilma daqs 200 darba il-konsum imfisser f'punti 6 (enerġija) u 13 (ilma). Dan għandu jkun imfisser bħala 'stima ta' konsum fis-sena għal dar b'erba' persuni, li qatt ma jużaw id-drier (200 ċiklu)'.

18. Fejn ikun applikabbli, ħoss matul ċikli ta' ħasil, tagħsir u tnixxif b’użu ta’ ċiklu ta' ħasil ta' qoton ta' 60° C u ċiklu ta' tnixxif ta' 'qoton xott' standard, bi qbil mad-Direttiva 86/594/KEE.

L-informazzjoni fuq it-tikketta tista' tingħata fil-forma ta' rappreżentazzjoni tat-tikketta bil-kulur jew abjad u iswed.

Nota:

It-termini ekwivalenti f'lingwi oħra għal dawk mogħtija fuq huma stabbiliti fl-Anness V.

--------------------------------------------------

ANNESS III

MAIL ORDER U BEJGĦ IEĦOR MILL-BOGĦOD

Katalgi ta' mail order u komunikazzjonijiet stampati oħra li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 (4) għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja, mogħtija fl-ordni speċifikata:

1. Klassi ta' effiċjenza ta' enerġija (l-Anness II punt 3)

2. Konsum ta' enerġija (ħasil, għasir u tnixxif) (l-Anness II punt 5)

3. Konsum ta' enerġija (ħasil u għasir biss) (l-Anness II punt 6)

4. Klassi ta' kapaċità ta' ħasil (l-Anness II punt 7)

5. Effiċjenza ta' estrazzjoni ta' l-ilma (l-Anness II punt 8)

6. Il-veloċità massima tat-tidwir ta' l-għasir (l-Anness II punt 9)

7. Kapaċità (ħasil) (l-Anness II punt 10)

8. Kapaċità (tnixxif) (l-Anness II punt 10)

9. Konsum ta' ilma (ħasil, għasir u tnixxif) (l-Anness II punt 12)

10. Konsum ta' ilma (ħasil u għasir biss) (l-Anness II punt 13)

11. Stima tal-konsum fis-sena għal dar b'erba' persuni, li dejjem jużaw id-drier (200 ċiklu) (l-Anness II punt 16)

12. Stima tal-konsum fis-sena għal dar b'erba' persuni, li qatt ma jużaw id-drier (200 ċiklu) (l-Anness II punt 17)

13. Ħoss, fejn ikun applikabbli (l-Anness II punt 18)

Fejn tkun ipprovduta informazzjoni oħra miżmuma fil-fiche, din għandha tkun fil-forma speċifikata fl-Anness II u għandha tiġi nkluża fit-tabella fuq fl-ordni meħtieġa għall-fiche.

Nota:

It-termini ekwivalenti f'lingwi oħra għal dawk mogħtija fuq huma stabbiliti fl-Anness V.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

KLASSI TA' EFFIJENZA TA' ENERĠIJA

1. Il-klassi ta' effiċjenza ta' apparat għandha tiġi stabbilita bi qbil ma' Tabella I.

Tabella 1

Klassi ta' effiċjenza ta' enerġija | Konsum ta' enerġija 'K' f'kWh għal kull kg ċiklu sħiħ ta' tħaddim (ħasil, għasir u tnixxif) li juża ċiklu ta' qoton ta' 60ºC, u ċiklu ta' tnixxif ta' 'qoton xott’ standard stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2) |

A | K ≤ 0.68 |

B | 0,68 < K ≤0,81 |

Ċ | 0,81 < K≤ 0,93 |

D | 0,93 < K ≤1,05 |

E | 1,05 < K ≤1,17 |

F | 1,17 < K ≤1,29 |

G | 1,29 < K |

2. IL-klassi ta' kapaċità ta' ħasil ta' apparat għandha tiġi stabbilita bi qbil ma' Tabella 2:

Tabella 2

Klassi ta' kapaċità ta' ħasil | Indiċi ta' kapaċità ta' ħasil 'P' kif iddefinit fl-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2), li jużaw ċiklu standard ta' qoton ta' 60ºĊ |

A | P > 1,03 |

B | 1,03 > P > 1,00 |

Ċ | 1,00 > P > 0,97 |

D | 0,97 > P > 0,94 |

E | 0,94 > P > 0,91 |

F | 0,91 > P > 0,88 |

G | 0,88 > P |

--------------------------------------------------

ANNESS V

TRADUZZJONI TAT-TERMINI LI GĦANDHOM JIĠU UŻATI FUQ IT-TIKKETTA U FIL-FICHE

L-ekwivalenti fil-lingwi oħra Kommunitarji tat-termini bl-Ingliż huma kif ġej:

Nota | | | EN | ES | DA | DE | EL | FR | IT | NL | PT | FI | SV |

Tikketta | Fiche | Mail order | | | | | | | | | | | |

Anness I | Anness II | Anness III | | | | | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| | | Energy | Energía | Energi | Energie | Ενέργεια | Énergie | Energia | Energie | Energia | Energia | Energi |

+++++ TIFF +++++

| | | Washer-drier | Lavadora-secadora | Vaske-/tørrenmaskine | Wasch-Trocken-automat | Πλυντήριο-στεγνωτήριο | Lavante-séchante | Lavasciuga | Was-droog-combinatie | Máquina de lavar e secar roupa | Kuivaava pyykin-pesukone | Tvätt-tork |

I | 1 | | Manufacturer | Fabricante | Mærke | Hersteller | Κατασκευαστής | Fabricant | Costruttore | Fabrikant | Fabricante | Tavarantoimittaja | Leverantör |

II | 2 | | Model | Modelo | Model | Modell | Μοντέλο | Modèle | Modello | Model | Modelo | Malli | Modell |

+++++ TIFF +++++

| | | More efficient | Más eficiente | Lavt forbrug | Niedriger Energieverbrauch | Περισσότερο αποδοτικό | Économe | Bassi consumi | Efficiënt | Mais eficiente | Vähän kuluttava | Låg förbrukning |

+++++ TIFF +++++

| | | Less efficient | Menos eficiente | Højt forbrug | Hoher Energieverbrauch | Λιγότερο αποδοτικό | Peu économe | Alti consumi | Inefficiënt | Menos eficiente | Paljon kuluttava | Hög förbrukning |

| 3 | 1 | Energy efficiency class… on a scale of A (more efficient) to G (less efficient) | Clase de eficiencia energética… en una escala que abarca de A (más eficiente) a G (menos eficiente) | Relativt energi-førbrug…på skalaen A (lavt forbrug) til G (højt forbrug) | Energieeffizienz-klasse… auf einer Skala von A (niedriger Energieverbrauch) bis G (hoher Energieverbrauch) | Τάξη ενεργειακής απόδοσης σε μια κλίμακα από το Α (αποδοτικό) ως το G (μη αποδοτικό) | Classe d’efficacité énergétique…allant de A (économe) à G (peu économe) | Classe di efficienza energetica… su una scala da A (bassi consumi) a G (alti consumi) | Energie-efficiëntieklasse… op een schaal van A (efficiënt) tor G (inefficiënt) | Classe de eficiência energética… numa escala de A (mais eficiente) a G (menos eficiente) | Energiatehokkuusluokka… asteikolla A:sta (vähän kuluttava) G:hen (paljon kuluttava) | Energieffektivitetsklass… på en skala från A (låg förbrukning) till G (hög förbrukning) |

V | | | Energy consumption | Consumo de energía | Energiforbrug | Energieverbrauch | Κατανάλωση ενέργειας | Consommation d’énergie | Consumo di energia | Energieverbruik | Consumo de energia | Energiankulutus | Energiförbrukning |

V | | | kWh | kWh | kWh | kWh | kWh | kWh | kWh | kWh | kWh | kWh | kWh |

| 5 | 2 | Energy consumption for washing, spinning and drying, | Consumo de energía para lavado, centrifugado y secado | Energiforbrug til vask, centrifugering og tørring | Energieverbrauch (Waschen, Schleudern und Trocknen) | Κατανάλωση ενέργειας για πλύσιμο, στύψιμο και στέγνωμα | Consommation d’énergie pour le lavage, l’essorage et le séchage | Consumo di enegria per lavaggio, centrifugazione e asciugatura | Energieverbruik bij wassen, centrifugeren en drogem | Consumo de energia na lavagem, na centrifugação e na secagem | Energiankulutus (pesu, linkous ja kuivaus) | Energiförbrukning per komplett omgång (tvätt, centrifugering och torkning) |

+++++ TIFF +++++

| | | (To wash and dry a full capacity wash load at 60 °C) | (Lavado y secado de la capacidad total de lavado a 60 °C) | (Ved en 60 °C vask af den maksimale anbefalede mængde tøj og tørring heraf) | (Für eine 60 °C Ladung (volle Waschkapazität) zum Waschen und Trocknen) | (Να πλύνει και να στέγνώσει τη μέγιστη χωρητικότητα πλυσίματος στους 60 °C) | (pour laver et sécher la capacité totale de lavage à 60 °C) | (Per lavare ed asciugare un carico di lavaggio completo a 60 °C) | (om een volle capaciteit op 60 °C te wassen en te drogen) | (Lavagem e secagem da capacidade máxima a 60 °C) | (Täyden koneellisen pesu 60 °C:ssa ja kuivaus) | (För tvätt och tork av fullastad maskin i 60 °C) |

VI | | | Washing (only) kWh | (Sólo) Lavado kWh | Vask og centrifugering kWh | Waschvorgang (allein) kWh | Πλύσιμο (μόνο) kWh | Lavage (seulement) kWh | Lavaggio (solo) kWh | (enkel) om te wassen kWh | Lavagem (unicamente) kWh | Pelkkä pesuohjelma kWh | Endast tvätt kWh |

| 6 | 3 | Energy consumption for washing and spinning only | Consumo de energía del lavado y centrifugado solamente | Energiforbrug til vask og centrifugering alene | Energieverbrauch nur für Wasch- und Schleudern-programm | Κατανάλωση ενέρ-γειας για πλύσιμο (και στύψιμο) μόνο | Consommation d’énergie pour le lavage et l’essorage seulement | Consumo di energia per il solo lavaggio a centrifugazione | Energieverbruik bij uitsluitend wassen en centrifugeren | Consumo de energia apenas na lavagem e na centrifugação | Energienkulutus (vain pesu ja linkous) | Energiförbrukning per tvätt och centrifugering |

+++++ TIFF +++++

| | | Actual consumption will depend on how the apparat is used | El consumo real depende de las condiciones de utilización del aparato | Det faktiske energi-forbrug afhænger af, hvorledes apparatet benyttes | Der tatsächliche Energieverbrauch hängt fon der Art der Nutzung des Geräts ab | Η πραγματική κα-τανάλωση εζαρτάται από τον τρόπο χρήσεως της συσκευής | La consommation réelle dépend des conditions d’utilisation de l’appareil | Il consumo effectivo dipende dal modo in cui l’apparechio viene usato | Het werkelijke verbruik wordt bepaald door de wijze waarop het apparat wordt gebruikt | O consumo real de energia dependerá das condições de utilização do aparelho | Todellinen kulutus riippuu laitteen käyttötavoista | Verkling förbrukning beror på hur apparaten används |

VII | | | Washing performance AhigherGlower | Eficiencia de lavado Amás altoGmás bajo | Vaskeevne AhøjGlav | Waschwirkung AbesserGschlechter | Βαθμός πλυσίματος ΑυψηλότεροςGχαμηλότερος | Efficacité de lavage Aplus élevéeGplus faible | Efficacia del lavaggio AaltaGbasta | Wasresultaat AgoedGmating | Eficiência de lavagem Amais elevadaGmais baixa | Pesutulos AhyväGhuono | Tvätteffekt AbättreGsämre |

| 7 | 4 | Washing performance class… on a scale of A (higher) to G (lower) | Clase de eficiencia de lavado… en una escala que abarca de A (más alto) a G (más bajo) | Vaskeevne… på skalaen A (høj) til G (lav) | Waschwirkungs-klasse… A (besser) bis G (schlechter) | Βαθμός πλυσίματος… σε κλίμακα από Α (υψηλότερος) μέχρι G (χαμηλότερος) | Classe d’efficacité de lavage… sur une échelle allant de A (plus élevée) à G (plus faible) | Classe di efficacia del lavaggio su una scala da A (alta) a G (bassa) | Wasresultaat:… op een schaal van A (goed) tot G (mating) | Classe de eficiência de lavagem… numa escala de A (mais elevada) a G (mais baixa) | Pesutulosluokka…asteikolla A: sta (hyvä) G: hen (huono) | Tvätteffektivi-tetsklass…på en skala från A (bättre) till G (sämre) |

| 8 | 5 | Water remaining after spin…% (as a proportion of dry weight of wash) | Agua restante tras el centrifugado…% (en proporción de peso seco de la ropa) | Restfugtighed efter centrifugering… % (i forhold til tørt tøj) | Nach dem Scheu-dervorgang verblei-bende Restfeuchte… % (Anteil am Trockengewicht der Wäsche) | …% νερού που παραμένει μετά την περιδίνηση (ως ποσοστό του ζηρού βάρους των ρούχων) | Teneur en eau après essorage…% (par rapport au poids du linge sec) | Acqua rimanente dopo la centrifugazione…% (in relazione al peso della biancheria asciutta) | Resterend water na centrifugeren:…% (van het droge gewicht van het wasgoed) | Água residual após cenrifugação:…% (em percentagem do peso da roupa seca) | Jäännöskosteus linkouksen jälkeen…% (prosentteina kuivan pyykin painosta) | Restfuktighet efter centrifugering…% (i procent av vikten på den torra tvätten) |

VIII | 9 | 6 | Spin speed (rpm) | Velocidad de centrifugado (rpm) | Centrifugerings-hastighed (omdr./min.) | Schleuderdrehzahl (U/min) | Ταχύτητα περιδίνησης (σ.α.λ.) | Vitesse d’essorage (trs/min.) | Velocità di centrifugazione (gpm) | Centrifugeersnel-heid (tpm) | Velocidade de cenrifugação (rpm) | Linkousnopeus (kierr./min) | Cenrifugeringshastighet (varv/min) |

IX/X | 10/11 | 7/8 | Capacity (cotton) kg | Capacidad en kg de algodón | Kapacitet (bomunld) kg | Füllmenge (Baumwolle) kg | Χωρητικότητα Περειεχόμενο (βαμβακερά) σε kg | Capacité (coton) kg | Capatità (cotone) kg | Capaciteit (katoen) kg | Capacidade (algodão) kg | Täyttömäärä (puuvilla) kg | Kapacitet (bomull) kg |

X | 10 | 7 | Washing | Lavado | Vask | Waschen | Πλύσιμο | Lavage | Lavaggio | Wassen | Lavagem | Pesu | Tvätt |

IX | 11 | 8 | Drying | Secado | Tørring | Trocknen | Στέγωμα | Séchage | Asciugatura | Drogen | Secagem | Kuivaus | Torkning |

XI | | | Water consumption (total) | Consumo total de agua | Vandforbrug (total) | Wasserverbrauch (total) | Κατανάλωση νερού (συολικά) | Consommation d’eau (totale) | Consumo di acqua (totale) | Waterverbruik (totaal) | Consumo de água (total) | Vendenkulutus (yhteensä) | Vattenförbrukning (total) |

| 12 | 9 | Water consumption washing, spinning and drying | Consum de agua del lavado, centrifugado y secado | Vandforbrug til vask, centrifugering og tørring | Wasserverbrauch für Wasch-, Schleu-der- und Trocken-programm | Κατανάλωση νερού για πλύσιμο, στύψιμο και στέγνωμα | Consommation d’eau pour le lavage, l’essorage et le séchage | Consumo di acqua per lavaggio, centrifugazione e asciugatura | Waterverbruik bij wassen, centrifugeren en drogen | Consumo de água na lavagem, na cenrifugação e na secagem | Kokonais-vedenkulutus | Vattenförbrukning per komplett omgång (tvätt, centrifugering och torkning) |

| 13 | 10 | Water consumption for washing and spinning only | Consumo de agua del lavado y centrifugado solamente | Vandforbrug til vask og centrifugering alene | Wasserverbrauch nur für Waschen und Schleudern | Κατανάλωση νερού για πλύσιμο χαι στύψιμο μόνο | Consommation d’eau pour le lavage et l’essorage seulement | Consumo di acqua per i soli lavaggio e centrifugazione | Waterverbruik bij uitsluitend wassen en centrifugeren Waterverbruik | Consumo de água apenas na lavagem e na centrifugação | Vedenkulutus (vain pesu ja linkous) | Vattenförbrukning för enbart tvätt och centrifugering |

| 14 | | Washing and drying Time | Tiempo de lavado y secado | Vaske- og tørretid | Wasch- und Trockenzeit | Διάρχεια πλυσίματος και στεγνώματος | Durée du lavage et du séchage | Tempo di lavaggio e asciugatura | Programmaduur wassen en drogen | Tempo de lavagem e de secadem | Pesun ja kuivauksen kestoaika | Tvätt- och torktid |

| 16 | 11 | Estimated annual consumption for a 4-person household, always using the drier (200 cycles) | Consumo anual típico de una familia de cuatro personas que siempre seca en la lavadora-secadora (200 ciclos) | Anslået årligt forbrug for en husstand på fire personer, som altid tørrer i denne vaske-/tørremaskine (200 vaske med tørring) | Repräsentativer Jahresverbrauch eines Vierperso-nenhaushalts, der diesen Wasch- und Trockenautomaten immer zum Trocknen verwendet (200 programme) | Εκιμώμενη ετήσια κατανάλωση για τετραμελές νοικοκυ-ριό που πάντοτε χρησιμοποιεί για το στέγνωμα το πλυντήριο-στεγνωτήριο ρούχων (200 πρόγραμμα) | Consommation annuelle typique d’une familie de quatre personnes qui séche toujours dans cette lavante-séchante (200 cycles) | Consumo annuo stimato di una famiglia di quattro persone che utilizza sempre lavatrici-asciugatrici per asciugare il bucato (200 cicli) | Geschat jaarlijks verbruik voor een huishouden van vier personen, wanneer het wasgoed altijd in deze was-droogcombinatie wordt gedroogd (200 cycli) | Consumo anual típico de um agregado famaliar de quatro pessoas que utiliza sempre a máquina combinada de lavar e secar roupa para secar a roupa (200 ciclos) | Arvioitu vuosikulutus nelihenkisessä taloudessa, jossa pyykki kuivataan aina koneessa (200 pesukertaa) | Beräknad förbrukning per år för ett fyrapersoners-hushåll som alltid torkar tvätt i apparaten (200 gånger) |

| 17 | 12 | Estimated annual consumption for a 4-person household, never using the drier (200 cycles) | Consumo anual típico de una familia de cuatro personas que nunca seca en la lavadora-secadora (200 ciclos) | Anslået årligt forbrug for en husstad på fire personer, som aldrig tørrer i denne vaske-/tørremaskine (200 vaske med tørring) | Repräsentativer Jahresverbrauch eines Vierperso-nenhaushalts, der diesen Wasch- und Trockenautomaten nie zum Trocknen verwendet (200 programme) | Εκtιμώμενη ετήσια κατανάλωση για τετραμελές νοικοκυ-ριό που ποτέ dεν χρησιμοποιεί για το στέγνωμα το πλυντήριο-στεγνωτήριο ρούχων (200 πρόγραμμα) | Consommation annuelle typique d’une familie de quatre personnes qui ne séche jamais toujours dans cette lavante-séchante (200 cycles) | Consumo annuo stimato di una famiglia di quattro persone che non utilizza mai lavatrici-asciugatrici per asciugare il bucato (200 cicli) | Geschat jaarlijks verbruik voor een huishouden van vier personen, wanneer het wasgoed nooit in deze was-droogcombinatie wordt gedroogd (200 cycli) | Consumo típico anual de um agregado famaliar de quatro pessoas que nunca utiliza a máquina combinada de lavar e secar roupa para secar a roupa (200 ciclos) | Arvioitu vuosikulutus nelihenkisessä taloudessa, jossa pyykkiä ei koskaan kuivata koneessa (200 pesukertaa) | Beräknad förbrukning per år för ett fyrapersoners-hushåll som aldrig torkar tvätt i apparaten (200 gånger) |

XII | 18 | 13 | Noise [dB(A) re 1 pW] | Ruido [dB(A) re 1 pW] | Lydeffektniveau dB(A) (Støj) | Geräusch dB(A) | Θόρυβος dB(A) | Bruit [dB(A) re 1 pW] | Rumorosità [dB(A) re 1 pW] | Geluidsniveau (dB(A) re 1 pW) | Nível re ruído [dB(A) re 1 pW] | Aäni (dB(A) re 1 pW) | Buller (dB(A) re 1 pW) |

+++++ TIFF +++++

| 18 | 13 | Washing | Lavado | Vask | Waschen | Πλύσιμο | Lavage | Lavaggio | Wassen | Lavagem | Pesu | Tvätt |

+++++ TIFF +++++

| 18 | 13 | Spinning | Centrifugado | Centrifugering | Schleudern | Στύψιμο | Essorage | Centrifugazione | Centrifugeren | Centrifugação | Linkous | Centrifugering |

+++++ TIFF +++++

| 18 | 13 | Drying | Secado | Tørring | Trocknen | Στέγνωμα | Séchage | Asciugatura | Drogen | Secagem | Kuivaus | Torkning |

+++++ TIFF +++++

| | | Further information is contained in product brochures | Ficha de información detallada en los folletos del producto | Brochurerne om produktet indeholder yderligere oplysninger | Ein datenblatt mit weiteren Geräteangaben ist in den Prospekten enthalten | Μια κάρτα με πληροφοριακές λεπτομέρειες | Une fiche d’information détaillée figure dans la brochure | Gli opuscoli illustrativi contengono una scheda particolareggiata | Nadere gegevens zijn opgenomen in de brochure over het apparaat | Ficha pormenorizada no folheto do produto | Tuote-esitteissä on lisätietoja | Produktbroschyrerna innehåller ytterligare information |

+++++ TIFF +++++

| | | Norm EN 50229 | Norma EN 50229 | Standard: EN 50229 | Norm EN 50229 | Πρότυπο EN 50229 | Norme EN 50229 | Norma EN 50229 | Norm EN 50229 | Norma EN 50229 | Standardi EN 50229 | Standard EN 50229 |

+++++ TIFF +++++

| | | Washer-drier Label Directive 96/60/EC | Directiva 96/60/CE sobre etiquetado de lavadoras-secadoras combinadas | Direktiv 96/60/EF om energi- mærkning af kombinerede vaske-/tørremaskiner) | Richtlinie 96/60/EG Wasch-Trocken-automatenetikett | Οδηγία 96/60/EK για τις ετικέτες στα πλυντήρια-οτεγνωτήρια ρούχων | Directive 96/60/CE relative à l’étiquetage des lavantes-séchantes | Direttiva 96/60/CE sull’etichettatura delle lavasciuga | Richtlijn 96/60/EG (etikettering was-droog-combinaties) | Directiva 96/60/CE relativa à etiquetagem de mácguinas de lavar e secar roupa | Kuivaavien pyykin-pesukoneiden merkintöja koskeva direktivii 96/60/EY | Direktiv 96/60/EG om mäkning av kombinerade tvättmaskiner/torktumlare |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet