31996L0057


Titolu u referenza

Id-Direttiva 96/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Settembru 1996 fuq ħtiġiet ta’ effiċjenża fl-enerġija għall-friġġijiet, friżers elettriċi domestiċi u kombinazzjonijiet taghħom

 ĠU L 236, 18.9.1996, p. 36–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 12 Volume 01 P. 305 - 312
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 12 Volume 01 P. 305 - 312
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 12 Volume 01 P. 305 - 312
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 12 Volume 01 P. 305 - 312
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 12 Volume 01 P. 305 - 312
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 12 Volume 01 P. 305 - 312
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 12 Volume 01 P. 305 - 312
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 12 Volume 01 P. 305 - 312
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 12 Volume 01 P. 305 - 312
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 12 Volume 01 P. 227 - 234
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 12 Volume 01 P. 227 - 234

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Direttiva 96/57/KE Tal-parlament ewropew u tal-kunsill

tat-3 ta’ Settembru 1996

fuq ħtiġiet ta’ effiċjenża fl-enerġija għall-friġġijiet, friżers elettriċi domestiċi u kombinazzjonijiet taghħom

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni [1]

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

(1) Billi huwa importanti li jkunu mħeġġa miżuri maħsuba għall-funzjonament xieraq tas-suq intern;

(2) Billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 1985 fuq it-titjib ta’ programmi dwar l-ekonomija fl-użu ta’ l-enerġija fl-Istati Membri [4] il-Kunsill stieden lill-Istati Membri biex ikomplu u fejn meħtieġ iżidu l-isforzi tagħhom biex imexxu ’l quddiem l-użu aktar razzjonali ta’ l-enerġija bi żvilupp ulterjuri ta’ politika ta’ ekonomija fl-użu ta’ enerġija integrata;

(3) Billi appliances ta’ refriġerazzjoni domestiċi jammontaw għal seħem sinifikanti tal-konsum ta’ l-elettriku domestiku fil-Komunità u għalhekk tal-konsum totali ta’ l-elettriku; billi l-mudelli varji ta’ appliances disponibbli fis-suq tal-Komunità għandhom livelli għolja differenti ħafna ta’ konsum għall-volum partikolari u karatteristiċi simili, jiġifieri effiċjenza ta’ l-enerġija estremament varjabbli;

(4) Billi xi Stati Membri appik li jadottaw disposizzjonijiet dwar l-effiċjenza ta’ friġġijiet u friżers domestiċi, li jistgħu joħolqu ostakoli għall-kummerċ f’dawn il-prodotti fil-Komunità;

(5) Billi huwa xieraq li jittieħed bħala bażi livell għoli ta’ protezzjoni f’proposti għall-approssimazzjoni ta’ disposizzjonijiet preskritti bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar is-saħħa, sigurtà, protezzjoni ambjentali u protezzjoni tal-konsumatur; billi din id-Direttiva tassigura livell għoli ta’ protezzjoni kemm għall-ambjent u għall-konsumatur, fil-mira ta’ titjib sinifikanti fl-effiċjenza ta’ l-enerġija ta’ dawn l-appliances.

(6) Billi l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità; billi l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva huma fil-limiti ta’ l-oġġettivi tagħha, għalhekk iħarsu l-Artikolu 3b tat-Trattat;

(7) Billi, minbarra dan, l-Artikolu 130r tat-Trattat jitlob il-protezzjoni u t-titjib ta’ l-ambjent u l-utilizzazzjoni prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali, dawn iż-żewġ oġġettivi huma fost dawk tal-politika tal-Komunità fuq l-ambjent; billi l-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u l-konsum jammontaw għal 30 % ta’ l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju magħmul mill-bniedem (CO2) u xi 35 % tal-konsum ta’ l-enerġija primarja fil-Komunità;

(8) Billi, kif ukoll, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/364/KEE tal-5 ta’ Ġunju 1989 fuq programm ta’ azzjoni tal-Komunità għat-titjib ta’ l-effiċjenza fl-użu ta’ l-elettriċità [5] għandha bħala ż-żewġ oġġettivi tagħha biex jinkoraġġixxu li l-konsumaturi jiffavorixxu appliances jew tagħmir b’effiċjenza elettrika għolja u biex tittejjeb l-effiċjenza ta’ l-appliances u t-tagħmir;

(9) Billi fil-konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta’ Ottubru 1990 il-Kunsill stabbilixxa oġġettiv li jkunu stabbilizzati l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) fil-Komunità fil-livelli ta’ l-1990 sas-sena 2000; billi biex jintlaħaq dan l-oġġettiv jenħtieġu miżuri aktar qawwija biex ikunu stabbilizzati l-emissjonijiet CO2 ġewwa l-Komunità;

(10) Billi d-Deċiżjoni 91/565/KEE [6] stabbiliet programm biex jippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija fil-Komunità (il-programm SAVE);

(11) Billi l-miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija inkorporati fil-mudelli l-aktar aġġornati ta’ appliances ta’ refriġerazzjoni disponibbli ma jżidulhomx l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom eċċessivament u jistgħu jħallsu għall-ispiża inizjali tagħhom permezz ta’ ekonomija fl-użu fl-elettriku fi ftit snin jew ukoll aktar malajr; billi dan il-kalkolu ma jqisx il-benefiċċju miżjud ta’ l-ispejjez esterni ta’ ġenerazzjoni hekk evitati, bħall-emisjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u tniġġis ieħor;

(12) Billi il-gwadann "naturali" fl-effiċjenza fl-enerġija minħabba pressjonijiet tas-suq u l-proċessi mtejba ta’ produzzjoni, stmati f’xi 2 % kull sena, għandhom jikkontribwixxu għall-isforzi biex jintaħqu standards ta’ konsum ta’ l-enerġija aktar iebsin;

(13) Billi d-Direttiva 92/75/KEE [7] (id-Direttiva qafas) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE [8] (id-Direttiva li timplimenta d-Direttiva 92/75/KEE), li jeħtieġu tikkettjar obbligatorju ta’ appliances u indikazzjoni f’forom oħra ta’ konsum ta’ l-enerġija, għandhom iżidu l-għarfien tal-konsumaturi bl-effiċjenza fl-enerġija ta’ appliances ta’ refriġerazzjoni domestiċi; billi din il-miżura għandha tinkoraġġixxi wkoll id-diversi kompetituri biex joffru livelli ta’ effiċjenza fl-enerġija għall-appliances tagħhom ogħla mill-i standards meħtieġa minn din id-Direttiva; billi, iżda, l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi għandu jkun akkumpanjat b’indikazzjoni ta’ l-i standards biex jinkiseb il-benefiċċju sħiħ u jwassal għat-titjib reali fl-effiċjenza totali medja ta’ l-appliances mibjugħa;

(14) Billi din id-Direttiva, li hija mmirata lejn l-eliminazzjoni ta’ ostakoli tekniċi fir-rigward tat-titjib fl-effiċjenza ta’ l-enerġija ta’ appliances tar-refriġerazzjoni domestiċi, għandu jsegwi x-"xejra l-ġdida" stabbilita bir-resoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1985 fuq xejra ġdida għall-armonizzazzjoni teknika u standards [9] li speċifikatament tippreskrivi li armonizzazzjoni leġislattiva hija limitata għall-adozzjoni, permezz ta’ direttivi, tal-ħtiġiet essenzjali li magħhom għandhom jikkonformaw prodotti mqiegħda fis-suq;

(15) Billi sistema ta’ infurzar effettiv hija meħtieġa biex ikun żgurat li d-Direttiva hija implimentata sew, tiggarantixxi kondizzjonijiet ġusti ta’ kompetizzjoni għall-produtturi u tipproteġi d-drittijiet tal-konsumatur;

(16) Billi għandha titqies id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta’ Lulju 1993 dwar il-moduli għad-diversi fażijiet tal-proċeduri ta’ stima ta’ konformità u r-regoli għat-twaħħil u l-użu tal-marka ta’ konformità KE [10], li huma intiżi li jiġu użati fid-direttivi ta’ armonizzazzjoni teknika;

(17) Billi fl-interess tal-kummerċ internazzjonali, standards internazzjonali għandhom jintużaw kull meta jkun xieraq; billi l-konsum ta’ l-elettriku ta’ appliance ta’ refiġerazzjoni huwa mfisser mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Standard EN 153 ta’ Lulju 1995 li huwa bbażat fuq standard internazzjonali;

(18) Billi l-appliances ta’ refriġerazzjoni domestiċi li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ effiċjenza fl-enerġija ta’ din id-Direttiva għandhom ikollhom il-marka "CE" u l-informazzjoni assoċjata, biex tippermettilhom li jiċċaqilqu aktar liberament;

(19) Billi din id-Direttiva hija limitata għall-appliances ta’ refriġerazzjoni domestiċi, provduti bl-elettriku tal-mains, inkluz dawk manufatturati fuq bażi ta’ darba; billi t-tagħmir ta’ refriġerazzjoni għall-użu kummerċjali huwa ferm aktar varjat u mhux xieraq għall-inklużjoni f’din id-Direttiva,

ADOTTAW DIN ID-DIRETIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-friġġijiet domestiċi li joperaw mill-main, cabinets għall-ħażna ta’ l-ikel friżat, friżers ta’ l-ikel, u kombinazzjonijiet tagħhom kif definiti fl-Anness I u msemmija ’l quddiem bħala "appliances ta’ refriġerazzjoni". Għandhom ikunu esklużi appliances li jistgħu jużaw ukoll sorsi oħra ta’ enerġija, partikolarment akkumulaturi, u appliances ta’ refriġerazzjoni domestiċi li jaħdmu fuq il-prinċipju ta’ assorbiment u appliances manufatturati fuq speċifikazzjonijiet partikulari.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-appliances koperti b’din id-Direttiva jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità biss jekk il-konsum ta’ l-elettriku ta’ l-appliance partikolari huwa anqas minn jew daqs il-valur ta’ konsum massimu permess ta’ l-elettriku għall-kategorija tagħha kif ikkalkolat skond il-proċeduri mfissra fl-Anness I.

2. Il-manifattur ta’ appliance ta’ refriġerazzjoni koperta minn din id-Direttiva, ir-rappreżentant awtorizzat stabbilit fil-Komunità jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid ta’ l-appliance fis-suq tal-Komunità għandu jkun responsabbli biex jiżgura li kull appliance mqiegħda fis-suq tikkonforma mal-ħtiġiet msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq fit-territorju tagħhom ta’ appliances ta’ refriġerazzjoni li għandhom il-marka "CE" li tawentika l-konformità tagħhom mad-direttivi kollha ta’ din id-Direttiva.

2. Ħlief jekk hemm xhieda bil-kontra, l-Istati Membri għandhom jippreżumu li l-appliances ta’ refriġerazzjoni li jkollhom il-marka "CE" meħtieġa taħt l-Artikolu 5 jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

3. (a) Meta appliances ta’ refriġerazzjoni huma soġġetti għal direttivi oħra li jkopru aspetti oħra li jipprovdu wkoll għat-twaħħil ta’ marka "CE", din għandha tindika wkoll li l-appliances tar-refriġerazzjoni partikolari huma preżunti wkoll, sakemm teżisti xhieda kontrarja, li jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi l-oħra.

(b) Iżda, meta direttiva waħda jew iżjed tippermetti li l-fabbrikant, matul perjodu transitorju, biex tagħżel liema regoli japplikaw, il-marka "CE" għandha tindika konformità biss mad-disposizzjonijiet ta’ dawk id-direttivi applikati lill-fabbrikant. F’dak il-każ, in-numri ta’ referenza tad-direttivi applikati, kif pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom jingħataw fid-dokumenti, avviżi jew struzzjonijiet li jakkumpanjaw l-appliances tar-refriġerazzjoni.

Artikolu 4

Il-proċeduri ta’ stima ta’ konformità u l-obbligi rigward il-marka "CE" ta’ l-appliances huma preskritti fl-Anness II.

Artikolu 5

1. Meta l-appliances jitqiegħdu fis-suq, għandhom ikollhom il-marka "CE", li għandha tikkonsisti fl-inizjali "CE". Il-forma ta’ marka li għandha tintuża tidher fl-Anness III. Il-marka "CE" għandha titwaħħal b’mod viżibbli, leġibbli u li ma tistax titħassar fuq l-appliances ta’ refriġerazzjoni u, meta xieraq, fuq l-imballaġġ.

2. Għandu jkun projbit it-twaħħil fuq appliances tar-refriġerazzjoni ta’ kull marka li x’aktarx tqarraq lil terzi persuni rigward it-tifsira u l-forma tal-marka "CE". Kull marka oħra tista’ titwaħħal ma’ l-appliances, l-ippakkeġġjar tagħhom, il-folja ta’ istruzzjonijiet jew dokumenti oħra, iżda l-marka "CE" għandha tibqa’ tidher u tinqara.

Artikolu 6

1. Meta Stat Membru jistabbilixxi li l-marka "CE" ma twaħħlitx sew, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jkun obbligat li jġib il-prodott f’konformità u biex itemm il-ksur skond il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru. Meta la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma huwa stabbilit ġewwa l-Komunità, il-persuna li tqiegħed l-appliance ta’ refriġerazzjoni fis-suq tal-Komunità għandha tidħol għal dawn l-obbligi.

2. Meta l-prodott jibqa’ mhux konformi, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa bis-saħħa ta’ l-Artikolu 7 biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-prodott partikolari jew biex jiżgura li huwa rtirat mis-suq.

Artikolu 7

1. Kull deċiżjoni meħuda bis-saħħa ta’ din id-Direttiva li jkollha restrizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta’ appliances ta’ refriġerazzjoni għandha ssemmi r-raġunijiet preċiżi li fuqhom hija bażata. Il-parti konċernata għandha tkun notifikata mingħajr dewmien bid-deċiżjoni u għandha tkun informata fl-istess ħin bil-possibbilitajiet u l-limiti ta’ żmien dwar ir-rimedji legali disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat.

2. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni b’kull miżura bħal din, u jindika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b’din l-informazzjoni.

Artikolu 8

Qabel ma jagħlaq il-perjodu ta’ erba’ snin mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima tar-riżultati miksuba kif mqabbla ma’ dawk mistennija. Bil-ħsieb li tgħaddi għat-tieni stadju fit-titjib ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija, il-Kummissjoni għandha mbagħad tikkunsidra, flimkien mal-partijiet interessati, il-bżonn li jkun preskritt it-tieni sett ta’ miżuri xierqa għat-titjib sinifikanti ta’ l-effiċjenza fl-enerġija ta’ appliances ta’ rifriġerazzjoni domestika. F’dak il-każ, kull miżura ta’ effiċjenza fl-enerġija u d-data tad-dħul tagħha fis-seħħ għandha tkun ibbażata fuq livelli ta’ effiċjenza fl-enerġija li jistgħu jkunu ekonomikament u teknikament ġustifikati fid-dawl ta-ċirkostanzi f’dak iż-żmien. Kull miżura oħra kkunsidrata xierqa biex ittejjeb l-effiċjenza ta’ appliances ta’ refriġerazzjoni domestika għandha tkun ikkunsidrata wkoll.

Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien sena mill-adozzjoni tagħha. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni biha.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet ma’ l-għeluq ta’ perjodu ta’ tliet snin li jgħoddu mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

Meta l-Istat Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza mal-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi adotta mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

3. Matul perjodu ta’ tliet snin wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ appliances ta’ refriġerazzjoni li jikkonformaw ma’ l-istess kondizzjonijiet bħal dawk li kienu applikati fit-territorju tagħhom fid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 10

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-3 ta’ Settembru 1996.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

K. Hänsch

Għall-Kunsill

Il-President

I. Yates

[1] ĠU C 390, tal-31.12.1994, pġ. 30; u ĠU C 49, ta’ l-20.2.1996, pġ. 10.

[2] ĠU C 155, tal-21.6.1995, pġ. 18.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 1995 (ĠU C 308, ta’ l-20.11.1995, pġ. 134), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1996 (ĠU C 120, ta’ l-24.4.1996, pġ. 10) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 1996 (ĠU C 198, tat-8.7.1996.)

[4] ĠU C 20 tat-22.1.1985, pġ. 1.

[5] ĠU C 157, tad-9.6.1989, pġ. 32.

[6] ĠU C 307, tat-8.6.1992, pġ. 34.

[7] ĠU L 297, tat-13.10.1992, pġ. 16.

[8] ĠU L 45, tas-17.2.1994, pġ. 1.

[9] ĠU L 136, ta’ l-4.6.1985, pġ. 1.

[10] ĠU L 220, tat-30.8.1993, pġ. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS I

METODU GĦALL-KALKOLU TAL-KONSUM MASSIMU PERMISSIBBLI TA’ L-ELETTRIKU TA’ APPLIANCE TA’ REFRIĠERAZZJONI U PROĊEDURA GĦALL-VERIFIKA TA’ KONFORMITÀ

Il-konsum ta’ l-elettriku minn appliance ta’ refriġerazzjoni (li jista’ jkun mfisser f’kWh kull 24 siegħa) hija funzjoni tal-kategorija ta’ appliance li tappartjeni lilha (eż. Friġġ b’stilla waħda, chest friżer, eċċ.) il-volum tagħha u l-effiċjenza fl-enerġija fil-kostruzzjoni tagħha stess, (ħxuna ta’ isolament, effiċjenza tal-kompressur, eċċ.) u d-differenza bejn it-temperatura ambjentali u t-temperatura ġewwa l-appliance. Għalhekk fl-iffissar ta’ standards ta’ effiċjenza fl-enerġija għalhekk, għandhom ikunu kalkolati l-fatturi ewlenin endoġeni li jinfluwenzaw il-konsum ta’ l-enerġija (jiġifieri l-kategorija ta’ l-appliance u l-volum tagħha). Għal din ir-raġuni il-konsum massimu permissibbli ta’ l-elettriku ta’ appliance ta’ refriġerazzjoni huwa definit b’ekwazzjoni lineari li hija l-funzjoni tal-volum ta’ l-appliance, b’ekwazzjonijiet differenti preskritti għal kull kategorija ta’ appliance.

Biex ikun kalkolat il-konsum massimu permissibbli ta’ l-elettriku ta’ appliance partikolari, għandu għalhekk l-ewwel ikun allokata lill-kategorija xierqa mil-lista li ġejja:

Kategorija | Deskrizzjoni |

1 | Friġġ, mingħajr kompartiment għat-temperatura baxxa [1] |

2 | Friġġ/kessieħa, b’kompartiment ta’ 5 oC/jew 12 oC |

3 | Friġġ, bla kompartiment għat-temperatura baxxa mingħajr stilla |

4 | Friġġ, b’kompartiment għat-temperatura baxxa (*) |

5 | Friġġ, b’kompartiment għat-temperatura baxxa (**) |

6 | Friġġ, b’kompartiment għat-temperatura baxxa (***) |

7 | Friġġ/friżer b’kompartiment ta’ friżer (****) |

8 | Friżer ta’ l-ikel, wieqaf |

9 | Friżer ta’ l-ikel, chest |

10 | Friġġ/friżer b’iżjed minn żewġ bibien, jew appliances oħra mhux koperti fuq. |

Billi appliances ta’ refriġerazzjoni jkollhom kompartimenti differenti miżmuma f’temperaturi differenti, (li jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-konsum ta’ l-elettriku), il-konsum massimu permissibbli ta’ elettriku huwa definit fil-prattika bħala funzjoni ta’ volum aġġustat, li hija somma ppeżata tal-volumi ta’ kompartimenti differenti.

Għalhekk, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-volum aġġustat (Vadj) ta’ appliance ta’ refriġirazzjoni huwa definiti bħala:

Vadj = ∑ Vc × Wc × Fc × Cc

Wc = (25 - Tc) / 20

where Tc is the design temperture in each compartment (in °C),

Meta Vc huwa l-volum nett ta’ tip partikolari ta’ kompartiment fl-appliance u Fc huwa fattur li huwa daqs 1,2 għall-kompartimenti mingħajr silġ u 1 għall-kompartiment l-oħra, no frost compartments and 1 for other compartments,

Cc = 1 | għall-appliances ta’ refriġerazzjoni li jappartjenu għall-klassijiet klimatici normali (N) u subnormali (SN) |

Cc = Xc | għall-appliances ta’ refriġerazzjoni li jappartjenu għall-klassijiet klimatika sub-tropikali (ST) |

Cc = Yc | għall-appliances ta’ refriġerazzjoni li jappartjenu għall-klassijiet klimatika troplikali (T) Il- |

Il-koeffiċjenti Xc u Yc għat-tipi differenti tal-kompartiment huma:

Table of weighting coefficients Xc and Yc according to the temperature of the compartment

| Xc | Yc |

Kompartiment ta’ isfel | 1,25 | 1,35 |

Kompartiment ta’ l-ikel frisk | 1,20 | 1,30 |

Kompartiment 0 °C | 1,15 | 1,25 |

Kompartiment bla stilla | 1,15 | 1,25 |

Kompartiment stilla 1 (*) | 1,12 | 1,20 |

Kompartiment żewġ stillel (**) | 1,08 | 1,15 |

Kompartiment 3 (***) u 4-star (****) stillel | 1,05 | 1,10 |

Kemm il-volum aġġustat u l-volum nett huma espressi f’litri.

Il-konsum ta’ l-elettriku massimu permissibbli (Emas espress f’kWh kull 24 siegħa kalkulat sa żewġ postijiet deċimali), għal tip ta’ appliance b’volum aġġustat Vadj huwa mfisser bl-ekwazzjonijiet li ġejjin għal kull kategorija ta’ appliance:

Category | Description | Emax (kWh/24 h) |

1 | Friġġ, mingħhajr kompartiment għall-temparatura baxxa | (0,207 × Vadj + 218) / 365 |

2 | Friġġ/kessieħa, b’kompartiment b’ 5 °C /jew 12 °C | (0,207 × Vadj + 218) / 365 |

3 | Friġġ, bla kompartiment għall-temparatura baxxa mingħajr stilla | (0,207 × Vadj + 218) / 365 |

4 | Friġġ, b’kompartiment għat-temparatura baxxa (*) | (0,557 × Vadj + 166) / 365 |

5 | Friġġ, b’kompartiment għat-temparatura baxxa (**) | (0,402 × Vadj + 219) / 365 |

6 | Friġġ, b’kompartiment għat-temparatura baxxa (***) | (0,573 × Vadj + 206) / 365 |

7 | Friġġ, b’kompartiment għat-temparatura baxxat (****) | (0,697 × Vadj + 272) / 365 |

8 | Friżer ta’ l-ikel, wieqaf | (0,434 × Vadj + 262) / 365 |

9 | Friżer ta’ l-ikel, chest | (0,480 × Vadj + 195) / 365 |

Għall-friġġijiet/friżers b’iżjed minn żewġ bibien, jew appliances oħra mhux koperti fuq, il-konsum massimu permissibbli ta’ l-elettriku (Emax) huwa determinat mit-temperatura u tip ta’ stilel tal-kompartiment bit-temperatura l-iżjed baxxa, kif ġej:

Temperatura tal-kompartiment l-aktar compartment | Kategorija | Emax (kWh/24 siegħa) |

> - 6 °C | 1/2/3 | (0,207 × Vadj + 218) / 365 |

≤ - 6 °C (*) | 4 | (0,557 × Vadj + 166) / 365 |

≤ - 12 °C (**) | 5 | (0,402 × Vadj + 219) / 365 |

≤ - 18 °C (***) | 6 | (0,573 × Vadj + 206) / 365 |

≤ - 18 °C (****) | 7 | (0,697 × Vadj + 272) / 365 |

Proċedura ta’ prova għall-verifika jekk appliance tikkonformax mal-ħtiġiet tal-konsum ta’ l-elettriku ta’ din id-Direttiva

Jekk il-konsum ta’ l-elettriku ta’ appliance ta’ refriġerazzjoni mibgħuta għall-verifika hija anqas minn jew daqs Emax (il-valur tal-konsum massimu permissibbli ta’ l-elettriku għal kategorija tagħha, kif imfisser fuq), flimkien ma 15 %, l-appliance hija ċertifikata bħala li tikkonforma mal-ħtiġiet tal-konsum ta’ l-elettriku ta’ din id-Direttiva. Jekk il-konsum ta’ l-elettriku ta’ l-appliance huwa akbar minn Emax flimkien ma 15 %, għandu jitkejjel il-konsum ta’ tliet appliances oħra. Jekk il-medja aritmetika tal-konsum ta’ l-elettriku ta’ dawn it-tliet appliances hija anqas minn jew daqs l-Emax flimkien ma 10 %, l-appliance hija ċertifikata bħala li tħares il-ħtiġiet ta’ konsum ta’ din id-Direttiva. Jekk il-medja aritmetika taqbeż iżjed minn 10 %, l-appliance għandha titqies li ma tħarisx il-ħtiġiet ta’ konsum ta’ l-elettriku ta’ din d-Direttiva.

Definizzjonijiet

Il-kliem użat f’dan l-Anness jikkorrispondi mad-definizzjonijiet fis-Standard Ewropew EN 153 ta’ Lulju 1995 preskritti mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni.

[1] Kull kompartiment b’temperatura ta’ jew anqas minn - 6 °C

--------------------------------------------------

ANNESS II

PROĊEDURI TA' STIMA TA' KONFORMITÀ

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċeduri meta l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, li jaqdi l-obbligi preskritti fil-punt 2, jiżgura u jiddikjara li l-appliance ta' refriġerazzjoni jissodisfa l-ħtiġiet rilevanti ta' din id-Direttiva. Dan il-manifattur għandu jwaħħal il-marka "CE" għal kull appliance ta' refriġerazzjoni li huwa jimmanifattura u jagħmel dikjarazzjoni ta' konformità bil-miktub.

2. Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika deskritt fil-paragrafu 3 u huwa jew r-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità u għandu jżomm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għall-finijiet ta' spezzjoni għall-perjodu ta' mhux anqas minn tliet snin mid-data meta l-aħħar appliance kienet manufatturata.

Meta la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ma huma stabbiliti ġewwa l-Komunità, l-obbligu li tinżamm id-dokumentazzjoni teknika disponibbli huwa r-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed l-appliance ta' refriġerazzjoni fis-suq tal-Komunità.

3. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tiżgura l-konformità ta' l-appliance tar-refriġerazzjoni mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva li għandha tkun stmata. Għandha, safejn rilevanti għal din l-istima, tkopri d-disinn, il-manifattura u l-operazzjoni ta' l-appliance ta' refriġerazzjoni u jikkomprendu:

(i) l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

(ii) deskrizzjoni ġenerali tal-mudell biżżejjed għall-identifikazzjoni mhux ambigwa;

(iii) informazzjoni inkluż tpinġijiet kif rilevanti, fuq il-karatteristiċi ewlenin tad-disinn tal-mudell u partikolarment fuq oġġetti li jaffettwaw sewwa l-konsum ta' l-elettriku tiegħu, bħad-dimensjonijiet, volum(i), karatteristiċi tal-kompressur, karatteristiċi speċjal, eċċ.;

(iv) l-istruzzjonijiet ta' ħidma, jekk hemm;

(v) ir-riżultati tal-qisien tal-konsum ta' l-elettriku magħmula kif meħtieġ fil-punt 5;

(vi) dettalji ta' konformità ta' dawn il-ħtiġiet kif paragunati mal-ħtiġiet ta' konsum ta' l-enerġija kif mfissra fl-Anness I.

4. Dokumentazzjoni teknika stabbilita għal-leġislazzjoni oħra Komunitarja tista' tintuża safejn tħares il-ħtiġiet ta' dan l-Anness.

5. Manifatturi ta' appliances ta' refriġerazzjoni huma responsabbli biex ikun stabbilit il-konsum ta' l-elettriku ta' kull appliance ta' refriġerazzjoni koperta b'din id-Direttiva skond il-proċeduri speċifikati fl-Istandard Ewropew EN 153, kif ukoll il-konformità ta' l-appliance mal-ħtiġiet ta' l-Artikolu 2.

6. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità mad-dokumentazzjoni teknika.

7. Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha biex il-proċess ta' manifattura jiżgura li l-appliances ta' refriġerazzjoni manifatturati jikkonformaw mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mal-ħtiġiet rilevanti tad-Direttiva.

--------------------------------------------------

ANNESS III I

MARKA TA' KONFORMITÀ "CE"

Il-marka ta' konformità għandha tikkonsisti mill-inizjali "CE" li tieħu din il-forma:

+++++ TIFF +++++

Jekk il-marka "CE" hija mnaqqsa jew imkabbra għandhom ikunu rispettati l-proporzjonijiet mogħtija fit-tpinġija gradwata fuq.

Il-komponenti varji tal-marka "CE" għandhom ikollhom sostanzjalment l-istess dimensjoni vertikali, li ma għandhiex tkun anqas minn 5 mm.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet