Id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija
Official Journal L 235 , 17/09/1996 P. 0025 - 0030
CS.ES Chapter 07 Volume 002 P. 472 - 477
ET.ES Chapter 07 Volume 002 P. 472 - 477
HU.ES Chapter 07 Volume 002 P. 472 - 477
LT.ES Chapter 07 Volume 002 P. 472 - 477
LV.ES Chapter 07 Volume 002 P. 472 - 477
MT.ES Chapter 07 Volume 002 P. 472 - 477
PL.ES Chapter 07 Volume 002 P. 472 - 477
SK.ES Chapter 07 Volume 002 P. 472 - 477
SL.ES Chapter 07 Volume 002 P. 472 - 477
L 294 31/10/1998 P. 0001 - 0775
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Waqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3], (1) Billi fis-snin riċenti it-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija espanda konsiderevolment, u hekk żdiedu r-riskji ta' inċidenti li jseħħu; billi għandhom għalhekk jittieħdu miżuri biex jassiguraw li dan it-trasport jitwettaq taħt l-aħjar kondizzjonijiet ta' sigurtà; (2) Billi l-Istati Membri kollha huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni li jikkonċernaw it-trasport internazzjonali bil-ferrovija (COTIF), li, fl-Appendiċi B tagħha, tiddefenixxi regoli uniformi li jikkonċernaw il-kuntratt għat-trasport internazzjonali ta' merkanzija bil-ferrovija (CIM), li l-Anness I tagħha tikkostitwixxi r-regolamenti li jikkonċernaw it-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikolużi bil-ferrovija (RID); billi l-qasam ta' applikazzjoni ġeografiku tal-Konvenzjoni jestendi lil hinn mill-Komunità; (3) Billi l-Konvenzjoni ma tkoprix it-trasport nazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija; billi huwa għalhekk importanti li tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi ta' regoli ta' sigurtà armonizzata fil-Komunità kollha; billi l-iktar mod approprjat li jintlaħaq dan huwa li jkunu allineati l-liġijiet applikati mill-Istati Membri dwar ir-RID; (4) Billi, in konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, dawn il-liġijiet għandhom jiġu approssimati sabiex jiġi assigurat livell għoli ta' sigurtà għal operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali u internazzjonali, sabiex tiġi garantita l-eliminazzjoni ta' distorzjonijiet ta' kompetizzjoni billi jiġi ffaċilitat il-moviment liberu ta' merkanzija u servizzi fil-Komunità kollha u sabiex tiġi assigurata konsistenza mad-dispożizzjonijiet Komunitarji l-oħrajn; (5) Billi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-impenn li daħlu għalih il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, skond il-miri stabbiliti taħt l-Aġenda 21, il-Kapitolu 19, fil-Konferenza ta' l-UNCED f'Ġunju 1992 f'Rio de Janeiro, biex jaħdmu għall-armonizzazzjkoni futura ta' sistemi għall-klassifika ta' sustanzi perikolużi; (6) Billi ebda leġislazzjoni Komunitarja speċifika ma tirregola l-kondizzjonijiet ta' sigurtà li taħthom aġenti bijoloġiċi u mikroorganiżmi modifikati ġenetikament, irregolati taħt id-Direttivi 90/219/KEE [4], 90/220/KEE [5] u 90/676/KEE [6] għandhom jiġu ttrasportati; (7) Billi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet Komunitarji oħra fil-qasam ta' sigurtà tal-ħaddiem u l-protezzjoni ambjentali; (8) Billi l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi japplikaw regolamenti tat-traffiku speċifiċi għat-trasport fit-territorju tagħhom ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija; (9) Billi, l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt, fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikolużi bil-ferrovija, biex proviżjonalment jimplimentaw regoli in konformità mar-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport multimodali ta' merkanzija perikoluża, sa fejn ir-RID għad mhijiex armonizzata ma' dawk ir-regolamenti, li għandhom jiffaċilitaw it-trasport intermodali ta' merkanzija perikoluża; (10) Billi kull Stat Membru għandu jżomm id-dritt li jirregola strettament għal raġunijiet barra s-sigurtà, it-trasport intern ta' ċerta merkanzija perikoluża bil-ferrovija; (11) Billi għandu jittieħed kont tal-miżuri l-iktar stretti tas-sigurtà fiċ-Channel Tunnel minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, partikularment ir-rotta u t-tul tiegħu; billi għandha wkoll issir dispożizzjoni biex Stati Membri jkunu jistgħu jintroduċu l-istess tip ta' miżuri meta jinqalgħu sitwazzjonijiet simili; billi għandu jkun possibbli għal xi Stati Membri biex japplikaw standards aktar stretti għal materjal intiż għat-trasport minħabba t-temperatura ambjentali fil-pajjiżi tagħhom; (12) Billi, in vista tal-volum ta' investiment meħtieġ f'dan is-settur, għandu jiġi stabbilit perjodu transitorju sabiex Stati Membri jkunu jistgħu iżommu temporanjament ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw ħtiġiet ta' kostruzzjoni jew l-użu ta' tankijiet, kontenituri, ippakkjar, jew kodiċi ta' azzjoni ta' emerġenza; (13) Billi l-introduzzjoni ta' żviluppi ġodda fit-teknoloġija u fl-industrija m'għandhiex tiġi mfixxkla; billi għandhom jiġu provduti derogi temporanji għal dak l-iskop; (14) Billi d-dispożizzjonijiet tar-RID jawtorizzaw il-konklużjoni ta' ftehim li jidderoga minnhom; billi in-numru kbir ta' ftehim konkluż bilateralment bejn l-Istati Membri jimpedixxi d-dispożizzjoni libera tas-servizzi ta' trasport ta' merkanzija perikoluża; billi l-inklużjoni tad-dispożizzjonijiet neċessarji fl-Anness għal din id-Direttiva għandha tegħleb il-bżonn għal dawn id-derogi; billi għandha ssir dispożizzjoni għal-perjodu transitorju li tulu l-Istati Membri jistgħu ikomplu japplikaw ftehim eżistenti bejniethom; (15) Billi t-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija lejn jew minn pajjiż terz huwa awtorizzat, sakemm jitwettaq skond il-ħtiġiet tar-RID; billi, madankollu, fil-każ ta' operazzjonijiet ta' trasport minn u lejn ir-Repubbliki ta' l-ex Unjoni Sovjetika li mhumiex partijiet kontraenti tal-COTIF, l-Istati Membri huma intitolati jadottaw miżuri approprjati fir-rigward ta' dawn l-operazzjonijiet; billi huma jiggarantixxu livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak previst fir-RID; (16) Billi għandu jkun possibbli li din id-Direttiva tadatta rapidament għall-progress tekniku, speċjalment bl-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet ġodda stabbiliti fil-kwadru tar-RID; billi, għal dak l-iskop, għandu jiġi stabbilit Kumitat u tiġi stabbilita proċedura għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni f' dak il-Kumitat, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: IL-KAPITOLU I Il-qasam ta' applikazzjoni L-Artikolu 1 1. Din id-Direttiva għandha tapplika għat-trasport ta' merkanzija perikolużi bil-ferrovija fl-Istati Membri jew bejn l-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jeżentaw mill-qasam ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva it-trasport ta' merkanzija perikoluża permezz ta' tagħmir ta' trasport li jappartjeni lil jew taħt ir-responsabbiltà tal-forzi armati. 2. Din id-Direttiva m'għandhiex, madankollu, taffettwa d-dritt ta' l-Istat Membru, b'qies dovut għall-liġi Komunitarja, li jistabbilixxi ħtiġiet speċifiċi ta' sigurtà għat-trasport nazzjonali jew internazzjonali bil-ferrovija ta' merkanzija perikoluża, sa fejn l-Anness tagħha ma jkoprix dik iż-żona, b'mod partikolari fir-rigward, inter alia: - tat-tmexxija tal-ferroviji; - l-għassa tal-vaguni tal-merkanzija f'ferroviji fit-traffiku nazzjonali; - regoli ta' operazzjoni għal operazzjonijiet anċillari għat-trasport bħal ma huma l-għassa u l-istabling; - it-taħriġ tal-personal u l-amministrazzjoni ta' informazzjoni li tikkonċerna l-merkanzija perikoluża ttrasportata; - regoli speċjali għat-trasport ta' merkanzija perikoluża fil-ferroviji tal-passiġġieri. L-Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva: - "RID" għandha tfisser ir-regolamenti li jikkonċernaw it-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija, li jidhru fl-Anness I għall-Appendiċi B tal-Konvenzjoni li tikkonċerna t-trasport internazzjonali bil-ferrovija (COTIF), flimkien ma' l-emendi tiegħu; - "CIM" għandu jfisser ir-regoli uniformi li jikkonċernaw il-kuntratt għat-trasport internazzjonali ta' merkanzija bil-ferrovija, li tidher bħala l-Appendiċi B għall-Konvenzjoni li tikkonċerna t-trasport internazzjonali bil-ferrovija (COTIF), flimkien ma' l-emendi tiegħu; - "merkanzija perikoluża" għandha tfisser dawk is-sustanzi u l-artikoli li t-trasport tagħhom bil-ferrovija huwa pprojbit jew awtorizzat biss fuq ċerti kondizzjonijiet bl-Anness għal din id-Direttiva; - "trasport" għandu jfisser kull operazzjoni ta' trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija, immexxija kompletament jew parzjalment fit-territorju ta' Stat Membru, inklużi l-attivitajiet tat-tagħbija, l-ħatt u t-trasferiment lejn jew minn metodu ieħor ta' trasport u l-waqfiet neċessitati miċ-ċirkustanzi tat-trasport, koperti bl-Anness għal din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti stabbiliti bil-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward ir-responsabbiltà ta' dawn l-operazzjonijiet; dan ma jkunx jinkludi trasport mwettaq kompletament fil-perimetru ta' impriża. L-Artikolu 3 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, merkanzija perikoluża li t-trasport tagħha huwa pprojbit bid-dispożizzjonijiet ta' l-Anness ma tistax tiġi ttrasportati bil-ferrovija. 2. Ħlief kif provdut xort'oħra f'din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-aċċess għas-suq għal impriżi ferrovjarji jew għar-regoli ġenerali applikabbli għat-trasport ta' merkanzija bil-ferrovija, it-trasport ta' merkanzija perikoluża għandu jkun awtorizzat, soġġett għall-konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness. IL-KAPITOLU II Derogi, restrizzjonijiet u eżenzzjonijiet L-Artikolu 4 Kull Stat Membru jista', għall-iskopijiet ta' operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali bil-ferrovija fit-territorju tiegħu, iżomm id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tiegħu dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija li huma konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport ta' merkanzija perikolużi, sa dak il ħin meta l-Anness għal din id-Direttiva jkun rivedut biex jirrifletti dawk ir-rakkomandazzjonijiet. F'dawn il-każijiet, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan. L-Artikolu 5 1. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet Komunitarji oħra, kull Stat Membru għandu jżomm id-dritt li jiregola jew jipprojbixxi, strettament għal raġunijiet oħra barra s-sigurtà waqt trasport konness partikularment mas-sigurtà nazzjonali jew mal-protezzjoni ta' l-ambjent, it-trasport ta' ċerta merkanzija perikoluża fit-territorju tiegħu. 2. (a) Għal trasport miċ-Channel Tunnel, Franza u r-Renju Unit jistgħu jimponu dispożizzjonijiet iktar stretti minn dawk previsti fl-Anness. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata b'dawn id-dispożizzjonijiet u hija għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra. (b) Meta l-Istat Membru jikkonsidra li għandhom jiġu applikati dispożizzjonijiet iktar stretti għal trasport minn tunnels b'karatteristiċi simili għaċ-Channel Tunnel fit-territorju tiegħu, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9, għandha tiddeċiedi jekk it-tunnel in kwestjoni għandux karatteristiċi simili. Dispożizzjonijiet adottati minn Stat Membru għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra. (ċ) Stat Membru li fih it-temperatura ambjentali hija regolarment iktar baxxa minn -20 °C jista' jimponi standards iktar stretti fir-rigward tat-temperatura ta' operazzjoni ta' materjal intiż għal użu fit-trasport nazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija fit-territorju tiegħu sakemm dispożizzjonijiet dwar it-temperaturi ta' referenza approprjati għal żoni klimatiċi jiġu nkorporati fl-Anness. 3. Jekk, fl-okkazzjoni ta' inċident, Stat Membru jikkonsidra li d-dispożizzjonijiet ta' sigurtà applikabbli nstabu li kienu insuffiċjenti sabiex jillimitaw il-perikoli involuti fl-operazzjoni tat-trasport u jekk ikun hemm bżonn urġenti biex tittieħed azzjoni, dak l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni fl-istadju ta' l-ippjanar tal-miżuri li huwa jkunu ippropona li jieħu. Waqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-implimentazzjoni tal-miżuri in kwistjoni għandhiex tkun awtorizzata u għandha wkoll tiddetermina kemm dawn għandhom idumu fis-seħħ. 4. L-Istati Membri jistgħu jżommu d-dispożizzjonijiet nazzjonali kollha applikabbli fil-31 ta' Diċembru 1996 għat-trasport u l-ippakkjar ta' sustanzi li jkun fihom dioxins jew furans. L-Artikolu 6 1. Kull Stat Membru jista' jawtorizza t-trasport bil-ferrovija fit-territorju tiegħu ta' merkanzija perikoluża kklassifikata, ippakkjata u ttikkettata skond il-ħtiġiet internazzjonali għat-trasport marittimu u bl-ajru kull meta t-trasport jinvolvi vjaġġ bl-ajru jew bil-baħar. Meta vjaġġ nazzjonali jew internazzjonali jinvolvi trasport bil-baħar, Stat Membru jista' japplika dispożizzjonijiet addizzjonali għal dawk fl-Anness biex jieħu kont ta' regoli internazzjonali li jirregolaw it-trasport marittimu, inklużi regoli internazzjonali li jirregolaw it-trasport bil-ferry. 2. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness li jikkonċernaw il-format tad-dokumentazzjoni tat-trasport u l-użu tal-lingwi fl-immarkar jew fid-dokumentazzjoni meħtieġa m'għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet ta' trasport limitati għat-territorju ta' Stat Membru singolu. Stat Membru jista' jawtorizza l-użu ta' dokumentazzjoni u lingwi barra dawk previsti fl-Anness għal operazzjonijiet ta' trasport limitati għat-territorju tiegħu. 3. Fit-territorju tiegħu Stat Membru jista' jippermetti l-użu ta' vaguni ferrovjarji kostruwiti qabel l-1 ta' Janna r 1997 li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, imma li kienu kostruwiti skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1996, sakemm dawk il-vaguni jkunu miżmuma għal-livelli ta' sigurtà meħtieġa. 4. Stat Membru jista' jżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1996 relatati mal-kostruzzjoni, l-użu u l-kondizzjonijiet ta' trasport ta' tankijiet ġodda, u kontenituri ġodda kif definiti fil-Klassi 2 ta' l-Anness, li huma differenti mid-dispożizzjonijiet ta' dak l-Anness, sakemm referenzi għal standards ta' kostruzzjoni u użu ta' tankijiet u kontenituri jiżdiedu ma' l-Anness, bl-istess qawwa li torbot bħad-dispożizzjonijiet hemmhekk, imma fi kwalunkwe każ mhux wara l-31 ta' Diċembru 1998. Kontenituri u tankijiet kostruwiti qabel l-1 ta' Jannar 1999 u miżmuma fil-livelli ta' sigurtà meħtieġa jistgħu jkompli jintużaw taħt il-kondizzjonijiet oriġinali. 5. Stat Membru jista' jżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali barra dawk fl-Anness fir-rigward tat-temperatura ta' referenza għat-trasport fit-territorju tiegħu ta' gassijiet likwifati jew taħlitiet ta' gassijiet likwifikati, sakemm dispożizzjonijiet relatati mat-temperaturi approprjati ta' referenza għal żoni klimatiċi indikati jkunu inkorporati fl-istandards Ewropej u msemmija fl-Anness. 6. Stat Membru jista' jippermetti l-użu, fit-trasport fit-territorju tiegħu, ta' l-ippakkjar kostruwit iżda mhux ċertifikat skond ir-RID qabel l-1 ta' Jannar 1997, sakemm dan l-ippakkjar ikollu d-data tal-fabbrikazzjoni tiegħu, ikun jista' jgħaddi t-testijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1996 u sakemm jinżammu għall-livelli ta' sigurtà rilevanti (inklużi l-ittestjar u l-ispezzjoni meta meħtieġ), skond l-iskema li ġejja: kontenituri intermedji bl-ingrossa u tankijiet tal-metall li jaqbżu l-50 litru fil-kapaċità jistgħu jintużaw sa 15-il sena wara d-data tal-fabbrikazzjoni tagħhom; ippakkjar ieħor tal-metall u l-ippakkjar kollu tal-plastik jista' jkompli jintuża sa ħames snin wara d-data tal-fabbrikazzjoni tiegħu, imma mhux wara l-31 ta' Diċembru 1998. 7. Stat Membru jista' jawtorizza it-trasport fit-terriotorju tiegħu ta' ċerta merkanzija perikoluża ppakkjata qabel l-1 ta' Jannar 1997 sal-31 ta' Diċembru 1998, sakemm il-merkanzija tkun ikklassifikata, ippakkjata u ttikkettata skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ qabel fl-1 ta' Jannar 1997. 8. Stat Membru jista' jżomm id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu li jkunu fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1996 u jirrelataw ma' l-espożizzjoni ta' kodiċi ta' azzjoni ta' emerġenza minflok in-numru ta' identifikazzjoni ta' perikolu, stabbilit fl-Anness, għal operazzjonijiet nazzjonali ta' trasport bil-ferrovija imwettqa fit-territorju tiegħu. 9. Kull Stat Membru jista', wara konsultazzjoni lill-Kummissjoni, iżomm dispożizzjonijiet inqas stretti minn dawk fl-Anness għat-trasport bil-ferrovija fit-territorju tiegħu ta' kwantitajiet żgħar ta' ċerta merkanzija perikoluża, ħlief għal sustanzi li jkollhom radjuattività ta' livell medju jew għoli. 10. Stat Membru jista' jawtorizza fit-territorju tiegħu operazzjonijiet ta' trasport ad hoc li jinvolvu merkanzija perikoluża jew operazzjonijiet ta' trasport li huma pprojbiti bl-Anness jew operazzjonijiet ta' trasport imwettqa taħt kondizzjonijiet differenti minn dawk stabbiliti fl-Anness. 11. B'rigward dovut għall-liġi Komunitarja, din id-Direttiva m'għandhiex tippreġudika d-dritt ta' Stat Membru wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, biex jawtorizza operazzjonijiet ta' trasport regolari fuq rotot partikolari indikati fit-territorju tiegħu, ta' merkanzija perikoluża, li tifforma parti minn proċess industrijali definit, li hija jew ipprojbita mill-Anness jew imwettqa taħt kondizzjonijiet differenti minn dawk stabbiliti fl-Anness meta dawk l-operazzjonijiet huma ta' natura lokali u huma riġidament ikkontrollati taħt kondizzjonijiet speċifikati b'mod ċar. 12. Sakemm ma jkun hemm ebda nuqqas ta' sigurtà, Stat Membru jista' jagħti derogi temporanji mill-Anness għall-iskop li jwettaq fit-territorju tiegħu il-provi neċessarji qabel l-emenda ta' dak l-Anness sabiex jaddatthom għal żviluppi teknoloġiċi u industrijali. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata b'dan kif imiss u minn naħa tagħha hija tinforma lill-Istati Membri l-oħra. Dawk id-derogi temporanji, miftiehma fost l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri a bażi ta' l-Anness, għandhom jieħdu forma ta' ftehim multilaterali propost lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri mill-awtorità li tieħu l-inizjattiva dwar kull ftehim. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata. Id-derogi msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu għandhom ikunu applikati mingħajr diskriminazzjoni a bażi taċ-ċittadinanza jew post ta' stabbiliment tal-kunsinnatur, l-operatur jew id-destinatarju; dawn jistgħu jibqgħu sa ħames snin u ma jiġġeddux. 13. Stat Membru jista', sal-31 ta' Diċembru 1998 fl-iktar tard, japplika ftehim eżistenti ma' Stati Membri oħra, mingħajr diskriminazzjoni a bażi taċ-ċittadinanza jew post ta' stabbiliment tal-kunsinnatur, l-operatur jew id-destinatarju. Kull deroga futura għandha tikkonforma mal-paragrafu 12. 14. Skond il-liġi tal-Komunità, din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt ta' Stat Membru, wara li jikkonsulta mal-Kummissjoni, li jawtorizza it-trasport ta' merkanzijka perikoluża taħt kondizzjonijiet inqas strinġenti minn dawk stabbiliti fl-Anness għal din id-Direttiva fil-każ ta' trasport lokali fuq distanzi qosra fil-perimetri ta' portijiet, ajrporti jew siti industrijali. L-Artikolu 7 1. Soġġett għal dispożizzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji dwar l-aċċess għas-suq, it-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija bejn territorju tal-Komunità u pajjiżi terzi għandu jkun awtorizzat sakemm dan jikkonforma mal-ħtiġiet tar-RID. 2. Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt ta' Stat Membru, wara li jinforma lill-Kummissjoni, li jaddotta regolamenti għat-territorju tiegħu dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija minn u lejn dawk ir-Repubbliki ta' l-ex Unjoni Sovjetika li mhumiex partijiet kontraenti għall-COTIF. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw biss għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (fl-ippakkjar, bl-ingrossa, jew fit-tankijiet) permezz ta' vaguni tal-ferrovija awtorizzati fi Stat li mhuwiex parti kontraenti għall-COTIF. Permezz ta' miżuri u obbligi approprjati l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiggarantixxu l-manutenzjoni ta' livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak previst fir-RID. Fil-każ ta' ċerti Stati Membri id-dispożizzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom japplikaw biss għal vaguni tat-tankijiet. IL-KAPITOLU III Dispożizzjonijiet Finali L-Artikolu 8 L-emendi neċessarji biex jiġi adattat l-Anness għall-progress xjentifiku u tekniku fl-oqsma koperti b'din id-Direttiva, b' mod partikolari sabiex jittieħed kont ta' l-emendi għar-RID, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 9. L-Artikolu 9 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża stabbilita bl-Artikolu 9 tad-Direttiva 94/55/KE [7], hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala "Il-Kumitat", li għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri taħt il-presidenza ta' rappreżentant tal-Kummissjoni. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien limitat li l-President jista' jistabilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li il-Kunsill huwa meħtieġ li jaddotta fuq proposta tal-Kummissjoni. Il-voti tar-tappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom jiġu peżati skond il-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota. 3. (a) Il-Kummissjoni għandha taddotta il-miżuri maħsuba jekk ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat. (b) Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, bla dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta relatata għall-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata. Jekk, wara li jiskadu t-tliet xhur mid-data tar-riferiment lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. L-Artikolu 10 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar 1997. Għandhom minnufih jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva. L-Artikolu 11 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 12 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Lulju 1996. Għall-Kunsill Il-President I. Yates [1] ĠU C 389, tal-31.12.1994, p. 15, u emendata bi proposta mibgħuta fit-3 ta' Ottubru 1995 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] ĠU C 236, tal-11.9.1995, p. 36. [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Lulju 1995 (ĠU C 249, tal-25.9.1995, p. 138), pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 1995 (ĠU C 356. tat-30.12.1995, p. 34) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 1996 (ĠU C 141, tat-13.5.1996, p. 51). [4] ĠU L 117, tat-8.5.1990, p. 1. Direttiva emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/51/KE (ĠU L 297, tat-18.11.1994, p. 29). [5] ĠU L 117, tat-8.5.1990, p. 15. Direttiva emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/15/KE (ĠU L 103, tat-23.4.1994, p. 20). [6] ĠU L 374, tal-31.12.1990, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/30/KE (ĠU L 155, tas-6.7.1995, p. 41). [7] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7 -------------------------------------------------- L-ANNESS Regolamenti rigward it-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija Perikoluża bil-Ferrovija (RID), kif applikabbli mill-1 ta' Jannar 1995, dwar il-ftehim li "l-parti kontraenti" u "l-Istati jew il-Ferroviji" jiġu sostitwiti bi "Stat Membru" NB: Verżjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità għandhom jiġu ppubblikati hekk kif test konsolidat ikun lest bil-lingwi kollha. +++++ TIFF +++++ Id-Direttiva 2003/29/KEE, ĠU L 90, tat-8.4.2003, p. 47. --------------------------------------------------