EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0044

Id-Direttiva Kummissjoni 96/44/KE ta’ l-1 ta’ Lulju 1996 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ Istati Membri li jirrigwardaw miżuri li jridu jittieħdu kontra t-tniġġis mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur

OJ L 210, 20.8.1996, p. 25–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 017 P. 237 - 257
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 017 P. 237 - 257

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2013; Imħassar b' 32007R0715

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/44/oj

31996L0044

Id-Direttiva Kummissjoni 96/44/KE ta’ l-1 ta’ Lulju 1996 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ Istati Membri li jirrigwardaw miżuri li jridu jittieħdu kontra t-tniġġis mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur

Official Journal L 210 , 20/08/1996 P. 0025 - 0046
CS.ES Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
ET.ES Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
HU.ES Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
LT.ES Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
LV.ES Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
MT.ES Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
PL.ES Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
SK.ES Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141
SL.ES Chapter 13 Volume 017 P. 121 - 141


Id-Direttiva Kummissjoni 96/44/KE

ta’ l-1 ta’ Lulju 1996

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ Istati Membri li jirrigwardaw miżuri li jridu jittieħdu kontra t-tniġġis mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur

(Test b’rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TA’ L-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta’ 20 ta’ Marzu 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 94/12/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE hija waħda mid-direttivi separati tal-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip KEE li ġiet stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 70/156KEE [3], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/54/EC [4]; billi, bħala konsegwenza, d-dispożizzjonijiet preskritti fid-Direttiva 70/156/KEE li tirrigwarda s-sistemi ta’ vettura, komponenti u unitajiet tekniċi japplikaw għal din id-Direttiva;

Billi d-Direttiva 70/220/KEE tippreskrivi l-ispeċifikazzjonijiet għall-ittestjar ta’ l-emissjonijiet tal-vetturi bil-mutur koperti mill-għan tagħha; billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba u l-livell għoli ta’ tagħrif fit-teknika tal-laboratorju jidher xieraq li wieħed jadotta dawn l-ispeċifikazzjonijiet skond il-ħtieġa;

Billi huwa daqstant xieraq li wieħed iġib flimkien il-kondizzjonijiet ta’ ttestjar tad-Direttiva 70/220/KEE ma’ dawk tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-emissjonijiet ta’ carbon dioxide u l-konsum ta’ fuel tal-vetturi bil-mutur [5], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/116/KE [6], b’mod partikolari fir-rigward tar-rabta bejn il-massa ta’ referenza tal-vettura u l-inerzja ekwivalenti li għandha tintuża;

Billi din id-Direttiva ser iġġib id-dispożizzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-inerzja ekwivalenti tad-Direttiva 70/220/KEE f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/1268/KEE u l-kliem tad-dokument ta’ tagħrif u l-attestazzjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tad-Direttiva 70/220/KEE f’konformità mal-kliem tad-Direttiva 70/156/KEE;

Billi dawn l-emendi jirrigwardaw biss id-dispożizzjonijiet amministrattivi u t-teknika tal-kejl ta’ emissjonijiet li hemm fid-Direttiva; billi m’hemmx bżonn għalhekk li wieħed jinvalida l-approvazzjonijiet eżistenti għad-Direttiva lanqas li wieħed ma’ jħallix ir-reġistrazzjoni, bejgħ u dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda koperti minn approvazzjonijiet bħal dawn;

Billi l-miżuri li għalihom hemm dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattament għall-Progress Tekniku stabbilit mid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Annessi tad-Direttiva 70/220/KEE huma emendati b’mod konformi ma’ l-Anness ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

B’effett mill-1 ta’ Jannar 1997, l-Istati Membri ma jistawx aktar jikkonċedu:

- approvazzjoni tat-tip ta’ l-KEE skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew

- approvazzjoni tat-tip nazzjonali, sakemm id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 70/156/KEE jiġu msejħa,

għal tip ġdid ta’ vettura għal raġunijiet marbuta mat-tniġġis ta’ l-arja mill-emissjonijiet jekk ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/220/KEE.

Din id-Direttiva m’għandiex tinvalida xi approvazzjoni mogħtija preċedentement skond id-Direttiva 70/220/KEE, lanqas m’għandha żżomm l-estensjoni ta’ approvazzjonijiet bħal dawn skond il-kondizzjonijiet tad-Direttiva li taħtha oriġinarjament ġew mogħtija.

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għal konformità ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1996. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu flimkien ma’ referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal referenza bħal din għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tal-proċedura prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam immexxi minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tibda isseħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikażjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-1 ta’ Lulju 1996.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nr L 76, tas-6.4.1970, p. 1.

[2] ĠU Nr L 100, tad-19.4.1994, p. 42.

[3] ĠU Nr L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[4] ĠU Nr L 266, tat-8.11.1995, p. 1.

[5] ĠU Nr L 375, tal-31.12.1980, p. 36.

[6] ĠU Nr L 329, tat-30.12.1993, p. 39.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

EMENDI GĦALL-ANNESSI TAD-DIRETTIVA 70/220/KEE

1. Lista ta’ annessi hija mdaħħla bejn l-Artikoli u l-Anness I biex tinqara kif ġej:

"

LISTA TA’ L-ANNESSI

L-ANNESS I: | Għan, definizzjonijiet, applikazzjoni ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ l-KEE, għotja ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ l-KEE, ħtiġiet u testijiet, modifikazzjonijiet tat-tip, konformità ta’ produzzjoni, dispożizzjonijiet transitorji |

L-ANNESS II: | Dokument ta’ tagħrif |

Appendiċi: Tagħrif fuq il-kondizzjonijiet ta’ ittestjar |

L-ANNESS III: | Test tat-tip I (li jivverifika l-emissjonijiet medju ta’ emissjonijiet ta’ pajp ta’ l-exhaust wara startjatura kiesħa) |

Appendiċi 1: Ċiklu operattiv użat għat-test tat-tip I |

Appendiċi 2: Dinamometru tax-chassis |

Appendiċi 3: Metodu ta’ kejl fuq is-simulazzjoni tat-triq fuq dinamometru tax-chassis |

Appendiċi 4: Verifikazzjoni tal-forżi ta’ inerzja barra min dawk mekkaniċi. |

Appendiċi 5: Deskrizzjoni ta’ sistemi ta’ kampjonatura ta’ l-emissjoni tal-pajp ta’ l-exhaust |

Appendiċi 6: Metodu ta’ kalibratura ta’ l-attrezzatura |

Appendiċi 7: Verifika tas-sistema totali |

Appendiċi 8: Kalkolu ta’ l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu |

L-ANNESS IV: | Test Tip II (test ta’ l-emissjonijiet ta’ carbon dioxide bil-magna idling) |

L-ANNESS V: | Test Tip III (verifika ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet mill-krank) |

L-ANNESS VI: | Test Tip IV (determinazzjoni ta’ l-emissjonijiet evaporattivi minn vetturi b’magni spark-ignition) |

Appendiċi: Kalibratura ta’ attrezzatura għall-ittestjar ta’ l-emissjoni evaporattiva |

L-ANNESS VII: | Test Tip V (test taż-żmien għall-verifika ta’ kemm idumu l-mezzi ta’ kontra t-tniġġis) |

L-ANNESS VIII: | Karatteristiċi u karburanti ta’ referenza |

L-ANNESS IX: | Ċertifikat ta’ attestazzjoni tat-tip KEE |

Appendiċi: Addendum. |

"

L-Anness I

2. L-ewwel linja ta’ l-Anness I hija kif ġej: ""

3. Sezzjoni 1: L-ewwel sentenza hija kif ġej:

"Din id-Direttiva tapplika għal:

- l-emissjonijiet tal-pajp ta’ l-exhaust, emissjoni evaportattiva, emissjonijiet ta’ gassijiet tal-krank u kemm iservu mezzi ta’ kontra t-tniġġis għall-vetturi kollha mgħammra b’magni positive ignition.

u

- l-emissjonijiet tal-pajp ta’ l-exhaust u kemm iservu mezzi ta’ kontra t-tniġġis minn vetturi tal-kategoriji M1 u NI (1) mgħammra b’magni ta’ compression ignition.

koperti b’L-Artikolu 1 tad-Direttiva 70/220/KEE fil-verżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 83/351/KEE [1], bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-vetturi ta’ kategorija N1 li għalihom l-approvazzjoni tat-tip ingħatat skond id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE [2]."

4. In-nota f’qiegħ il-paġna (1) tgħid hekk:

"(1) Kif definit f’L-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE."

5. Sezzjoni 3.2 tgħid hekk:

"3.2. Mudell għad-dokument ta’ tagħrif jingħata fl-Anness II."

6. Sezzjoni 3.2.1 titħassar.

7. Sezzjoni 3.2.2 titħassar.

8. Sezzjoni 3.2.3 issir Sezzjoni 3.2.1 u tgħid hekk:

"3.2.1. Fejn hu xieraq, kopji ta’ approvazzjoni tat-tip bit-tagħrif rilevanti biex tippermetti l-estensjonijiet ta’ approvazzjoni u l-aċċertament tal-fatturi ta’ deterjorament għandhom ukoll jintbgħatu."

9. Sezzjoni ġdida 4.3 tiżdied wara Sezzjoni 4.2 u tgħid hekk:

"4.3. Numru ta’ approvazzjoni konformi ma’ l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jiġi assenjat lil kull tip ta’ vettura approvata. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru li xi tip ieħor ta’ vettura."

10. Disinn I.5.2: ‘massa” tinbidel u ssir ‘massa massima’.

11. Sezzjoni 5.3.1.4:

- L-ewwel sentenza hija kif ġej:

"Soġġett għal dak li hu meħtieġ f’ 5.5.1.5 it-test jrid jiġi ripetut tliet darbiet".

- Sezzjoni 5.3.1.4 1: In-nota (1) f’qiegħ il-pagna titħassar.

- Sezzjoni 5.3.1.4.2 titħassar.

- Disinn I. 5.3 jinbidel bid-disinn il-ġdid:

+++++ TIFF +++++

Disinn I.5.3Flow chartgħall-approvazzjoni tat-tip tat-Tip I.(See section 5.3.1)

12. Is-sezzjoni 6 tgħid hekk:

"6. Modifikazzjonijiet tat-tip u emendi għall-approvazzjonijiet

Fil-każ ta’ modifikazzjonijiet tat-tip approvati skond din id-Direttiva, d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE u, jekk jkunu applikabbli, d-dispożizzjonijiet speċjali li ġejjin għandhom japplikaw:"

13. Sezzjoni 6.1.1.1 tgħid hekk:

"6.1.1.1. Approvazzjoni mogħtija lil tip ta’ vettura tista’ tiġi mġedda biss għal tipi ta’ vettura ta’ massa ta’ referenza li teħtieġ l-użu ta’ l-ogħla żewġ forzi ta’ inerzja ekwivalenti li jmiss jew xi forzi ta’ inerzja aktar baxxi ekwivalenti."

14. Sezzjoni 6.1.2.3. It-tarf ta’ l-ewwel sentenza huwa kif ġej:

"… soġġett għall-approvazzjoni tas-servizz tekniku."

15. Sezzjoni 6.3.1.1. Il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

"— dimensjonijiet miċ-ċentru għaċ-ċentru tal-ħofra taċ-ċilindru."

16. Sezzjoni 6.3.1.2:

- Fil-verżjoni Portugiża ‘conversor catalitico’ tinbidel b’ ‘catalisador’.

- It-tielet paragrafu huwa kif ġej:

- "— kobor u forma tal-konvertituri katalitiċi (volum tal-monolith ± 10 %),"

- Fl-għaxar inċiż u wara ‘dħul tal-konvertitur katalitiku),’ tiżdied s-sentenza li ġejja:

"Din il-varjazzjoni ta’ temperatura għandha tiġi kkontrollata taħt kondizzjonijiet stabbilizzati b’veloċità ta’ 120 km/h u l-issettjar tal-piż tat-tip I tat-test."

17. Sezzjoni 6.3.1.3 tgħid hekk:

"6.3.1.3. Kategorija inerzja: iż-żewġ kategoriji ta’ inerzja immedjatament hawn fuq u kull kategorija ta’ inerzja hawn taħt."

18. Sezzjoni 7.1.1 tgħid hekk:

"7.1.1. Jekk xi test tat-tip I għandu jitwettaq u xi approvazzjoni tat-tip ta’ vettura għandha xi estenzjoni waħda jew aktar, it-testijiet għandhom jitwettqu jew fuq il-vettura deskritta fil-pakkett ta’ tagħrif tal-bidu jew fuq il-vettura deskritta fil-pakkett ta’ tagħrif marbut ma’ l-estenzjoni rilevanti."

L-Anness II

19. L-Anness II jinbidel b’L-Anness ġdid II u jgħid hekk: "

L-ANNESS II

DOKUMENT TA’ TAGĦRIF Nru…

skond l-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE [1] marbuta ma’ approvazzjoni KEE tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (Direttiva 70/220/KEE, kif emendata l-aħħar b’ Direttiva…/…/KE)

It-tagħrif li ġej, fejn hu applikabbli, jrid jintbagħat fi tliet kopji u jrid jinkludi lista tal-kontenut. Kull disinn jrid jintbagħat bi skala xierqa u b’biżżejjed dettal fuq qies ta’ A4 jew fuq folder ta’ format ta’ A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom ikunu biżżejjed dettaljati.

Jekk is-sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati jkolhom kontrolli elettroniċi, għandu jintbagħat tagħrif li jirrigwarda r-rendiment tagħhom.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Appendiċi

TAGĦRIF FUQ IL-KONDIZZJONIJIET TA’ L-ITTESTJAR

+++++ TIFF +++++

"

L-Anness III

20. Sezzjoni 4.1.4.2: It-tarf tat-tieni sentenza huwa kif ġej:

"… jrid jkun 5 % ma’ 120, 100,80, 60 u 40, u 10 % ma’ 20 km/h."

21. Sezzjoni 4.1.5.2: It-tarf ta’ l-ewwel sentenza huwa kif ġej:

"… veloċitajiet ta’ 120, 100, 80, 60, 40 u 20 km/h."

22. Sezzjoni 4.2.3:

- L-ewwel sentenza titħassar.

- Disinn III. 4.2.3. jitħassar.

23. Sezzjoni 4.2.7: Wara l-virgola hija kif ġej:

"… il-pajpijiet li jgħaqqdu jridu jingħaqdu kemm jista’ jkun qrib tal-vettura iżda b’mod li ma jeffettwax it-tħaddim tal-vettura."

24. Sezzjoni 4.3.1.2:

- It-tieni sentenza hija kif ġej:

"L-iżball fil-kejl m’għandux jaqbeż ± 2 % (żball intinsiku ta’ l-analizzatur) mingħajr konsiderazzjoni tal-valur veru għall-gassijiet ta’ kalibratura. Għall-konċentrazzjonijiet ta’ inqas minn 100 ppm l-iżball ta’ kejl m’għandux jaqbeż ± 2 ppm. Il-kampjun ta’ arja ta’ l-ambjent jrid jitkejjel fuq l-istess analizzatur b’medda xierqa,"

- It-tielet u r-raba’ sentenza jitħassru.

- L-aħħar sentenza hija kif ġej:

"Il-bilanċ ta’ mikrogrammi użat biex jiġi determinat il-piż tal-filtri kollha għandu jkollu preċiżjoni ta’ 5 ìg u possibbiltà ta’ qari ta’ 1 ìg."

25. Sezzjoni 4.3.2: It-tielet sentenza fit-tielet sezzjoni hija kif ġej:

"Is-sondaġġ tal-kampjunatura għal kemm jgħaddi gass taħt test għall-partiċellari għandu jkun sistemat fi ħdan l-apparat ta’ dilwizzjoni b’mod li kampjun rappreżentattiv jista’ jittieħed ta’ kemm jgħaddi gass mit-taħlita omogenea ta’ arja/exhaust u t-temperatura tat-taħlita ta’ arja/gas mill-exhaust ta’ 325 K (52….C) ma tinqabiżx immedjatament qabel il-filter tal-partiċellari."

26. Sezzjoni 5.1:

- It-tabella tinbidel bit-tabella il-ġdida li ġejja:

"Massa ta’ referenza tal-Vettura RW (kg) | Inerzja ekwivalenti I (kg) |

RW = 480 | 455 |

480 < RW ≤ 540 | 510 |

540 < RW ≤ 595 | 570 |

595 < RW ≤ 650 | 625 |

650 < RW ≤ 710 | 680 |

710 < RW ≤ 765 | 740 |

765 < RW ≤ 850 | 800 |

850 < RW ≤ 965 | 910 |

965 < RW ≤ 1080 | 1020 |

1080 < RW ≤ 1190 | 1130 |

1190 < RW ≤ 1305 | 1250 |

1305 < RW ≤ 1420 | 1360 |

1420 < RW ≤ 1530 | 1470 |

1530 < RW ≤ 1640 | 1590 |

1640 < RW ≤ 1760 | 1700 |

1760 < RW ≤ 1870 | 1810 |

1870 < RW ≤ 1980 | 1930 |

1980 < RW ≤ 2100 | 2040 |

2100 < RW ≤ 2210 | 2150 |

2210 < RW ≤ 2380 | 2270 |

2380 < RW ≤ 2610 | 2270 |

2610 < RW | 2270" |

- t-tabella tiżdied s-sentenza li ġejja:

"Jekk l-inerzja korrispondenti ekwivalenti mhix disponibbli fuq id-dinamometru, l-akbar valur l-eqreb lejn ir-referenza ta’ massa tal-vettura għandha tintuża."

27. Sezzjoni 5.3.1: Wara l-ewwel sezzjoni tiżdied s-sezzjoni li ġejja:

"Fuq it-talba tal-fabbrikant vetturi b’magna positive ignition jistgħu jiġu prekondizzjonati b’ċiklu ta’ sewqan wieħed Parti I u żewġ ċikli Parti II."

28. Sezzjoni 6.13 tgħid hekk:

"6.1.3. Fl-aħħar ta’ l-ewwel perjodu ta’ 40 sekonda ta’ idling (ara 6.2.2) kurrent ta’ arja ta’ veloċità varjabbli għandha tiġi minfuħa fuq il-vettura. Il-veloċità tal-blower għandha tkun b’mod li, fi ħdan il-medda ta’ operazzjoni ta’ 10 km/h sa ta’ l-inqas 50 km/h, il-veloċità lineari ta’ l-arja mal-ħruġ tal-blower tkun fi ħdan… 5 km/h tal-veloċità korrispondenti tar-roller. L-għażla finali tal-blower għandha jkollha dawn il-karatteristiċi:

- Arja: ta’ l-inqas 0,2 m…

- L-għoli tat-tarf baxx fuq l-art: bejn wieħed u ieħor 20 cm

- Distanza mill-parti ta’ quddiem tal-vettura: bejn wieħed u ieħor 30 cm

Bħala alternattiva l-veloċità tal-blower għandha tkun ta’ l-inqas 6 m/s (21,6 km/h). Fuq talba tal-fabbrikant għall-vetturi speċjali (e.g. vannijiet, off-road) l-għoli tal-fan li jkessaħ jista’ jiġi modifikat."

29. Sezzjoni 6.1.4 tgħid hekk:

"6.1.4. Matul it-test il-veloċità tiġi mniżżla kontra l-ħin jew miġbura mis-sistema ta’ akkwist ta’ data sabiex il-korrettezza taċ-ċikli mwettqa tista’ tiġi valutata."

30. Sezzjoni 6.3.1:

- Jiżdid it-test li ġej:

"Ara Appendiċi tabelli III. 1.2 u III. 1.3."

- Sezzjonijiet 6.3.1.1 sa 6.3.1.6. jitneħħew.

Appendiċi 2:

31. Sezzjoni 1.1: ‘100 km/h’ jinbidel f’ ‘120 km/h’.

32. Sezzjoni 1.2. 2 tgħid hekk:

"1.2.2. Il-piż assorbit mill-brejk u l-effetti tal-friction intern tad-dinometer tax-chassis mill-veloċità ta’ 0 sa 120 km/h huwa kif ġej:

F = (a + b. V²) ± 0,1. F80 (mingħajr ma jkun negattiv)

fejn:

F = il-piż totali assorbit mid-dinomometer (N) tax-chassis.

a = il-valur ekwivalenti tar-reżistenza ta’ l-irroljar (N)

b = il-valur ekwivalenti għall-koeffiċjenti ta’ reżistenza ta’ l-arja (N/(km/h)²)

V = veloċità (km/h)

F80 = piż b’veloċità ta’ 80 km/h (N)."

33. Sezzjoni 2.1: L-ewwel żewġ sentenzi huma kif ġej:

"Din l-appendiċi tiddeskrivi l-metodu li jrid jintuża biex jiġi determinat il-piż assorbit minn brejk ta’ dinamometru.

Il-piż assorbit jinkludi l-piż assorbit mill-effetti ta’ għeriq u l-piż assorbit mill-mezz ta’ assorbiment ta’ qawwa."

34. Sezzjoni 2.2: It-titolu huwa kif ġej:

"Kalibratura ta’ l-indikatur tal-piż għal 80 km/h bħala funzjoni tal-piż assorbit."

35. Disinn III. 2.2.2. jinbidel bid-disinn li ġej:

+++++ TIFF +++++

"Disinn III. 2.2.2.Djagramma li turi l-piż tad-dinamometru tax-chassis"

36. Sezzjoni 2.2.5 tgħid hekk:

"2.2.5. Innota l-piż indikat Fi (N)"

37. Sezzjoni 2.2.10: ‘qawwa tat-triq’ tinbidel b’ ‘piż’.

38. Sezzjoni 2.2.11 tgħid hekk:

"2.2.11. Ikkalkola l-piż assorbit, billi tuża l-formula:

F =

M

• ΔV

,

fejn:

F = piż assorbit f’ N

Mi = inerzja ekwivalenti f’kilogrammi (minghajr l-effetti inerzjali tar-roller ħieles ta’ wara)

ΔV = devjazzjoni tal-veloċità f’ m/s (10 km/h = 2,775 m/s)

t = il-ħin meħud mir-roller biex jgħaddi minn 85 sa 75 km/h."

39. Sezzjoni 2.2.12:

- Sezzjoni 2.2.12 tgħid hekk:

"2.2.12. Disinn III. 2.2.12 juri l-piż indikat ma’ 80 km/h f’termini ta’ piż assorbit ma’ 80 km/h.".

- Disinn III. 2.2.12. jinbidel b’li ġej:

+++++ TIFF +++++

"Disinn III. 2.2.12L-piż indikat ma’ 80 km/h f’termini ta’ piż assorbit ma’ 80 km/h.’"

40. Sezzjoni 2.3:

It-titolu huwa kif ġej:

"Kalibratura ta’ l-indikatur tal-piż bħala funzjoni tal-piż assorbit għal veloċitajiet oħra"

41. Sezzjoni 2.4:

‘qawwa’ tinbidel b’ ‘piż’.

42. Sezzjoni 2.4.2:

‘qawwa’(Pa) tinbidel b’ ‘piż’.

43. Sezzjoni 2.4. 3 tgħid hekk:

"2.4.3. Innota l-piż assorbit ma’ 120, 100, 80, 60 u 40, u 20 km/h."

44. Sezzjoni 2.4.4 tgħid hekk:

"2.4.4. Pinġi l-kurva F(V)…"

45. Sezzjoni 2.4.5:

‘qawwa’ Pa’ tinbidel b’ ‘piż F’.

46. Sezzjoni 3.1 tgħid hekk:

"3.1. Metodi ta’ ssettjar

L-issettjar tad-dinamometru jista’ jitwettaq b’veloċità kostanti ta’ 80 km/h b’mod konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa ta’ Appendiċi 3."

47. Sezzjoni 3.2 tgħid hekk:

"3.2. Metodu alternattiv

Bil-kunsens tal-fabbrikant il-metodu li ġej jista’ jintuża:

3.2.1. Il-brejk huwa aġġustat biex jassorbi l-piż fuq ir-roti ta’ gwida b’veloċità kostanti ta’ 80 km/h skond it-tabella li ġejja:

Massa ta’ referenza tal-vetturi | Inerzja ekwivalenti | Qawwa u piż assorbit mid-dinamometru ma’ 80 km/h | Koeffiċjenti |

RW (kg) | kg | kW | N | a | b |

N | N/(km/h) |

RW ≤ 480 | 455 | 3,8 | 171 | 3,8 | 0,0261 |

480 < RW ≤540 | 510 | 4,1 | 185 | 4,2 | 0,0282 |

540 < RW ≤ 595 | 570 | 4,3 | 194 | 4,4 | 0,0296 |

595 <RW ≤ 650 | 625 | 4,5 | 203 | 4,6 | 0,0309 |

650 < RW ≤ 710 | 680 | 4,7 | 212 | 4,8 | 0,0323 |

710 < RW ≤ 765 | 740 | 4,9 | 221 | 5,0 | 0,0337 |

765 < RW ≤ 850 | 800 | 5,1 | 230 | 5,2 | 0,0351 |

850 < RW ≤ 965 | 910 | 5,6 | 252 | 5,7 | 0,0385 |

965 <RW ≤ 1080 | 1020 | 6,0 | 270 | 6,1 | 0,0412 |

1080 <RW ≤ 1190 | 1130 | 6,3 | 284 | 6,4 | 0,0433 |

1190 < RW ≤ 1305 | 1250 | 6,7 | 302 | 6,8 | 0,0460 |

1305 < RW ≤ 1420 | 1360 | 7,0 | 315 | 7,1 | 0,0481 |

1420 < RW ≤ 1530 | 1470 | 7,3 | 329 | 7,4 | 0,0502 |

1530< RW ≤ 1640 | 1590 | 7,5 | 338 | 7,6 | 0,0515 |

1640< RW ≤ 1760 | 1700 | 7,8 | 351 | 7,9 | 0,0536 |

1760 < RW ≤ 1870 | 1810 | 8,1 | 365 | 8,2 | 0,0557 |

1870 < RW ≤ 1980 | 1930 | 8,4 | 378 | 8,5 | 0,0577 |

1980 < RW ≤ 2100 | 2040 | 8,6 | 387 | 8,7 | 0,0591 |

2100 < RW ≤ 2210 | 2150 | 8,8 | 396 | 8,9 | 0,0605 |

2210< RW ≤ 2380 | 2270 | 9,0 | 405 | 9,1 | 0,0619 |

2380< RW ≤ 2610 | 2270 | 9,4 | 423 | 9,5 | 0,0646 |

2610 < RW | 2270 | 9,8 | 441 | 9,9 | 0,0674 |

3.2.2. Fil-każ ta’ vetturi, barra l-karozzi tal-passiġġieri, b’massa ta’ referenza ogħla minn 1.00 kg, jew vetturi b’ all-wheel drive permanenti, l-valuri ta’ qawwa mogħtija fit-tabella li tidher f’ 3.2.1 huma moltiplikati bil-fattur 1,3."

48. Sezzjoni 3.3, 3.3.1 u 3.3.2 jitħassru.

Appendiċi 3:

49. Sezzjoni 4.1:

- Sezzjoni 4.1 tgħid hekk:

"4.1. Għażla tal-vettura tat-test

Jekk mhux il-varjanti kollha ta’ tip ta’ vettura [3] huma mkejla l-kriterji li ġejjin għall-għażla tal-vettura tat-test għandhom jintużaw.

4.1.1. Bodi

Jekk jkun hemm tipi differenti ta’ bodi, l-agħar wieħed f’termini ta’ aerodinamika għandu jintgħażel. Il-fabbrikant għandu jipprovdi data xierqa għall-għażla.

4.1.2. Tyres

L-aktar tyre wiesa’ għandu jintgħażel. Jekk jkun hemm aktar minn tliet daqsijiet ta’ tyres, l-aktar wiesa’ nieqes wieħed għandu jintgħażel.

4.1.3. L-ittestjar tal-massa

Il-massa li tittestja għandha tkun il-massa ta’ referenza tal-vettura bl-ogħla medda ta’ inerzja.

4.1.4. Magna

Il-vettura tat-test għandha jkolla l-akbar heat exchanger(s).

4.1.5. Transmissjoni

Test għandu jitwettaq ma’ kull tip ta’ dawn it-transmissjonijiet li ġejjin:

- front wheel drive

- rear wheel drive

- full time 4×4

- part time 4×4

- box awtomatik

- box manwali"

- Is-Sezzjonijiet ta’ qabel 4.1,4.2 u 4.3 isiru Sezzjonijiet 4.2, 4.3 u 4.4.

50. Is-sezzjoni 5.1.1.2.8 li ġejja hija miżjuda:

"5.1.1.2.8. Il-qawwa (p) determinata fuq it-trekk għandha tiġi korretta skond il-kondizzjonijiet ambjentali ta’ referenza kif ġej:

Pkorretta = K. Pmkejla

K =

R

R

t − t

+

R

R

ρ

,

fejn:

RR = reżistenza ta’ l-irroljar mal-veloċità V

RAERO = drag aerodinamika mal-veloċità V

RT = reżistenza totali tas-sewqan = RR + RAERO

KR = Fattur korrezzjoni tat-temperatura tar-reżistenza ta’ l-irolljar, meħud bħala ugwali għal: 3,6. 10 -³/°C

t = temperatura ta’ l-ambjent waqt it-test tat-triq f’…C

t0 = temperatura ta’ referenza ta’ l-ambjent = 20…C

p = densità ta’ l-arja matul il-kondizzjonijiet tat-test

p0 = densità ta’ l-arja matul il-kondizzjonijiet ta’ referenza (20…C, 100 kPa)

Ir-rapporti bejn RR/RT u RAERO/RT għandhom jiġu speċifikati mill-fabbrikant tal-vettura fuq il-bażi tad-data normalment disponibbli lill-kumpannija.

Jekk dawn il-valuri mhumiex disponibbli, dejjem soġġett għall-ftehim bejn il-fabbrikant u s-servizz tekniku interessat, il-figuri għar-rapport ta’ reżistenza ta’ l-irroljar/totali miksub b’din il-formula li ġejja jistgħu jintuzaw:

R

R

= a • M + b

,

fejn:

M = massa tal-vettura f’kg

u għal kull veloċità l-koeffiċjenti a u b jintwerew fit-tabella li ġejja:

V (km/h) | a | b |

20 | 7,24 · 10–5 | 0,82 |

30 | 1,25 · 10–4 | 0,67 |

40 | 1,59 · 10–4 | 0,54 |

50 | 1,86 · 10–4 | 0,42 |

90 | 1,71 · 10–4 | 0,21 |

120 | 1,57 · 10–4 | 0,14" |

51. Sezzjoni 5.1. 2. 2.6 tgħid hekk:

"5.1.2.2.6. Aġġusta l-brejk biex tirriproduċi l-qawwa korretta (Sezzjoni 5. 1. 1.2.8) u biex titqies id-differenza bejn il-massa tal-vettura (M) fuq it-trekk u l-massa ekwivalenti tat-test ta’ l-inerzja (I) li trid tintuża. Dan jista’ jsir billi tiġi ikkalkulata l-medja korretta tar-road coast down time minn V2 sa V1 u billi jiġi riprodott l-istess ħin fuq id-dinamometru mir-rapport li ġej:

T

=

T

K = speċifikat f’ 5.1.1.2.8."

52. Sezzjoni ġdida 5.1.2.2.7 tiżdied:

"5.1.2.2.7. Il-qawwa Pa li trid tiġi assorbita mill-bank għandha tkun determinata biex wieħed jkun jista’ jirriproduċi l-istess qawwa (Sezzjoni 5. 1.1.2.8) għall-istess vettura fi ġranet differenti."

53. Sezzjoni 5.2.1. 2.2 tgħid hekk:

"5.2.1.2.2. Żomm nota tat-torque C(t) u tal-veloċità fuq perjodu ta’ l-anqas 20 s. L-eżattezza tas-sistema ta’ reġistrar tad-data għandha mill-inqas tkun….1Nm għat-torque u… 0,2 km/h għall-veloċità."

54. Sezzjoni 5.2.1. 2.5 tgħid hekk:

"5.2.1.2.5. It-test għandu jsir tliet darbiet f’kull direzzjoni. Iddetermina l-medja tat-torque minn dawn is-sitt kejlijiet għall-veloċità ta’ referenza. Jekk il-veloċità medja tiddevja b’aktar minn 1 km/h mill-veloċità ta’ referenza, rigressjoni lineari għandha tintuża biex tiġi kkalkolata l-medja tat-torque."

55. Sezzjoni ġdida 5.2.1.2.7 tiżdied:

"5.2.1.2.7. Il-medja tat-torque CT determinata fuq it-trekk għandha tiġi korretta skond il-kondizzjonijiet ambjentali ta’ referenza kif ġej:

CTkorretta = K. CT imkejla

fejn K hija definita f’ 5.1.1.2.8 ta’ din l-Appendiċi"

56. Sezzjoni 5.2. 2. 2.3 tgħid hekk:

"5.2.2.2.3. Aġġusta l-unità ta’ l-assorbiment tal-qawwa biex tirriproduċi t-totali korrettt tat-torque tat-trekk ta’ 5.2.1.2.7."

57. Sezzjoni ġdida 5.2.2.2.4 tiżdied:

"5.2.2.2.4. Kompli bl-istess operazzjonijiet bħal f’5.1.2.2.7, għall-istess għan."

58. Sezzjoni 5.3 titħassar.

59. Sezzjoni 5.4 titħassar.

Appendiċi 4:

60. Sezzjoni 1:

Is-sentenza li ġejja hija miżjuda:

"Il-fabbrikant tad-dinamometru għandu jipprovdi metodu ta’ verifika tal-karatteristiċi skond Sezzjoni 3."

61. Sezzjoni 5 titħassar.

Appendiċi 5:

62. Fil-versjoni Portugiża, t-titolu jgħid hekk:

"Descrição dos sistemas de recolha dos gases de escape."

63. Sezzjoni 3.3 inkluż id-Disinn III 5.3.3 titħassar.

Appendiċi 8:

64. Sezzjoni 1.5.1.1:

L-aħħar linja hija kif ġej:

"pressjoni tal-fwar saturata: Pd = 2,81 kPa ta’ H2O ma’ 23 °C."

65. Sezzjoni 1.5. 2.1. tgħid hekk:

"1.5.2.1. Fattur ta’ korrezzjoni ta’ l-umdità (KH) (ara formula (6))

H =

6,211 • R

• P

P

− P

• R

• 10

H =

101,33 −

2,81 • 0,6

H = 10,5092

k

=

1 − 0,0329 •

k

=

1 − 0,0329 •

10,5092 − 10,71

kH = 0,9934"

66. Sezzjoni 1.5.2.3:

L-aħħar żewġ linji huma kif ġej:

"M

= 70 • 51961 • 2,05 • 0,9934 • 10

− 61d

M

=

g/km"

L-Anness v

67. Sezzjoni 3.2:

Fit-tieni tabella ‘testijiet tat-tip I’ tinbidel b’ ‘test tat-tip I ma’ 50 km/h’.

L-Anness VI

68. Sezzjoni 5.1.5:

L-ewwel sentenza hija kif ġej:

"It-tank(ijiet) tal-karburant jintela’(lew) bil-karburant speċifikat tat-test b’temperatura taħt 287 K (14…C) sa 40 % … 2 % tal-kapaċità normali tiegħu/tagħhom ta’ karburant."

69. Sezzjoni ġdida 7.3.6 tiżdied:

"7.3.6. Fuq talba tal-fabbrikant il-kapaċità funzjonali għall-“venting” tista’ tiġi pprovata bi proċedura ekwivalenti alternattiva. Il-proċedura speċifika għandha tiġi murija mill-fabbrikant lis-servizz tekniku matul il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip."

70. Sezzjoni ġdida 7.4. 4. 3 tiżdied:

"7.4.4.3. Fuq talba tal-fabbrikant proċedura alternattiva ta’ test epurattiv tista’ tintuża, jekk il-proċedura ġiet ippreżentata lil u aċċettata mis-servizz tekniku matul il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip."

L-Anness IX

71. L-Anness IX jinbidel bl-Anness il-ġdid li ġej: "

L-ANNESS IX

MUDELL

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ATTESTAZZJONI KEE TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP

+++++ TIFF +++++

Appendiċi:

Addendum għall-attestazzjoni KEE ta’ approvazzjoni tat-tip Nru:…

li tirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ Direttiva 70/220/KEE, kif emendata l-aħħar b’Direttiva…/…/KE

+++++ TIFF +++++

"

[1] ĠU Nr L 197, ta’ l-20.7.1983, p. 1.

[2] ĠU Nr L 36, tad-9.2.1988, p. 33.’

[1] In-numri tal-oġġetti u n-noti f’qiegħ il-paġna użati f’dan id-dokument ta’ tagħrif jikkorispondu għal dawk imniżżla f’L-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE. Oġġett mhux rilevanti għall-għan ta’ din id-Direttiva huma maqbuża.

[3] Skond id-Direttiva 70/156/KEE.

--------------------------------------------------

Top