31996L0034


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta' ETUC

 ĠU L 145, 19.6.1996, p. 4–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 05 Volume 02 P. 285 - 290
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 05 Volume 02 P. 285 - 290
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 05 Volume 02 P. 285 - 290
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 05 Volume 02 P. 285 - 290
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 05 Volume 02 P. 285 - 290
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 05 Volume 02 P. 285 - 290
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 05 Volume 02 P. 285 - 290
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 05 Volume 02 P. 285 - 290
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 05 Volume 02 P. 285 - 290
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 05 Volume 03 P. 160 - 165
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 05 Volume 03 P. 160 - 165

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE

tat-3 ta' Ġunju 1996

dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta' ETUC

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra il-ftehim dwar il-politika socjali, anness mal-protokoll (Nru 14) dwar il-politika socjali, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummisjoni,

(1) Billi abbażi tal-protokoll dwar il-politika soċjali, l-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, (minn issa 'l quddiem imsemmija bħala "l-Istati Membri"), jixtiequ li jimxu mal-pjan mifrux fil-Karta Soċjali ta' l-1989 ikkonkludew Ftehim bejniethom dwar il-politika soċjali;

(2) Billi l-amministrazzjoni u x-xogħol jistgħu, skond l-Artikolu 4(2) tal-Ftehim dwar il-politika soċjali, jitolbu konġuntement li ftehim fil-livell Komunitarju ikun implementat b' deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-proposta mill-Kummissjoni;

(3) Billi l-paragrafu 16 tal-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema dwar it-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa, fosthom, li "għandhom ikunu żviluppati miżuri sabiex jiippermettu l-irġiel u n-nisa jaqdu flimkien l-obbligi tagħhom tax-xogħol u tal-familja";

(4) Billi l-Kunsill, minkejja l-eżistenza ta' kunsens wiesa', ma wasalx biex jaġixxi fuq il-proposta ghal-Direttiva dwar il-leave tal-ġenituri għall-raġunijiet familjari [1], kif emendata [2] fil-15 ta' Novembru 1984;

(5) Billi il-Kummissjoni skond l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim dwar il-politika soċjali, ikkonsultat lis-sieħba soċjali dwar id-direzzjoni possibbli ta' l-azzjoni Komunitarja fir-rigward tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja;

(6) Billi l-Kummissjoni, li kkunsidrat wara din il-konsultazzjoni li l-azzjoni Komunitarja kienet mixtieqa, għal darb' oħra kkonsultat lis-sieħba soċjali dwar is-sustanza tal-proposta prevista skond l-Artikolu 3(3) tal-Ftehim imsemmi;

(7) Billi l-organizzazzjonijiet ta' natura generali ta' l-industrija (UNICE, CEEP u ta' ETUC) (l-Unjoni tal-Konfederazzjonijiet ta' l-Industrija u ta' min iħaddem fl-Ewropa)(Iċ-Ċentru Ewropew ta' l-Intrapriżi Pubbliċi)(Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions) informaw lill-Kummissjoni fl-ittra konġunta tal-5 ta' Lulju 1995 dwar ix-xewqa tagħhom li jibdew il-proċedura prevista fl-Artikolu 4 tal-ftehim imsemmi;

(8) Billi organizzazzjonijiet ta' natura ġenerali ta' l-industrija mmsemija kkonkludew, fl-14 ta' Diċembru 1995, il-ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri; billi huma ressqu it-talba konġunta tagħhom lill-Kummissjoni biex timplimenta il-qafas ta' dan il-ftehim b'Deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 4(2) tal-ftehim imsemmi;

(9) Billi l-Kunsill, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Diċembru 1994 dwar ċerti aspetti għall-politika soċjali ta' l-Unjoni Ewropea: kontribuzzjoni għall-konverġenza ekonomika u soċjali ta' l-Unjoni [3], stiednet liż-żewġ partijiet ta' l-industrija biex jagħmlu użu mill-possibilitajiet biex ikunu konklużi ftehim, peress li huma bħala regola ġenerali ikunu eqreb għar-realtà u l-problemi soċjali; billi f' Madrid, il-membri tal-Kunsill Ewropew minn dawk l-Istati li ffirmaw il-ftehim laqgħu b'approvazzjoni l-konkluzjoni tal-qafas tal-ftehim;

(10) Billi l-partijiet firmatarji riedu jikkonkludu qafas ta' ftehim li juri l-ħtiġiet dwar il-leave tal-ġenituri u l-ħin frank mix-xogħol a bażi ta' forza maġġuri, u jirreferi lura għall-Istati Membri u/jew għall-imsieħba soċjali d-definizjoni tal-kondizzjonijiet li taħthom ikun jista' jingħata l-istess leave tal-ġenituri meħud kont tas-sitwazzjoni inkluża s-sitwazzjoni rigward il-politika tal-familja eżistenti f'kull Stat Membru, b'mod partikolari il-kondizzjonijiet li taħthom jingħata l-leave tal-ġenituri u jiġi eżerċitat id-dritt għall-leave tal-ġenituri.

(11) Billi l-istrument approprjat biex jimplimenta l-ftehim ta' qafas huwa Direttiva fis-sens ta' l-Artikolu 189 tat-Trattat; li jorbot l-Istati Membri li jilħqu ir-riżultat imma tħallilhom l-għażla tal-forma u l-metodi;

(12) Billi, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl- Artikolu 3b tat-Trattat, l-iskopijiet ta' din id-Direttiva ma' jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u allura jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju; billi din id-Direttiva hi limitata għall-ħtiġiet minimi biex tilħaq dawn l-iskopijiet u ma tmurx iktar lil hinn minn dak li hu meħtieġ għal dan l-iskop;

(13) Billi l-Kummissjoni abbozzat il-proposta għal Direttiva, li tieħu kont ta' l-istatus rappreżentattiv tal-partijiet firmatarji, tal-mandat tagħhom u tal-legalità tal-klawsoli tal-ftehim ta' qafas u tal-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti li jikkonċernaw impriżi żgħar u ta'daqs medju;

(14) Billi l-Kummissjoni skond il-Kumunikazzjoni tagħha tal-14 ta' Diċembru 1993 li tikkonċerna l-implimentazzjoni tal- Protokoll dwar il-politika soċjali, infurmat lill-Parlament Ewropew billi bagħtitlu test tal-ftehim qafas, akkumpanjat bil-proposta tagħha għal Direttiva u memorandum ta'spjega;

(15) Billi l-Kummissjoni infurmat wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali billi bagħtitlu test tal-ftehim qafas, akkummpanjat bil-proposta tagħha għal Direttiva u l-memorandum ta' spjegazzjoni;

(16) Billi l-klawsola 4 punt 2 tal-ftehim qafas tiddikjara li l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-ftehim ma tikkostitwix raġunijiet validi biex jitnaqqas il-livell ta' protezzjoni mogħti lil ħaddiema li jaqgħu taħt dan il-ftehim. Dan ma jippreġudikax id-dritt ta' l-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali li jiżviluppaw leġislazzjoni, dispożizzjonijiet regolatorji jew kontrattwali differenti fid-dawl ta' ċirkostanzi li jinbidlu (inkluża l-introduzzjoni ta'non-trasferibbilità), sakemm il-ħtiġiet minimi previsti fil-ftehim preżenti huma mħarsa;

(17) Billi l-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema tirrikonoxxi l-importanza tal-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni, speċjalment dik ibbażata fuq is-sess, il-kulur, ir-razza, l-opinjoni u t-twemmin;

(18) Billi l-Artikolu F(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jgħid li "l-Unjoni għandha tirrispetta d-drittijiet fondamentali, kif mogħtija mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fondamentali iffirmata f' Ruma fl-4 ta' Novembru 1950 u kif jirriżultaw mit- tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, bħala prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja";

(19) Billi l-Istati Membri jistgħu jafdaw lis-sieħba soċjali, fuq talba konġunta tagħhom, bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, sakemm jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiżġuraw li jistgħu dejjem jiggarantixxu r-riżultati imposti b'din id-Direttiva;

(20) Billi l-implimentazzjoni tal-ftehim qafas tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-iskopijiet taħt l-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar il-politika soċjali,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Implimentazzjoni tal-ftehim qafas

L-Iskop ta' din id-Direttiva hu li jqiegħed fis-seħħ il-ftehim qafas anness dwar il-leave tal-genituri konkluż fl-14 ta' Diċembru 1995 bejn l-organizzazzjonijiet ta' natura generali ta' l-industrija (UNICE, CEEP u ta' ETUC).

L-Artikolu 2

Disposizzjonijiet finali

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sat-3 ta' Ġunju 1998 fl-iktar tard jew għandhom jassiguraw li sa dik id-data fl-iktar tard is-sieħba soċjali jkunu introduċew il-miżuri neċessarji skond il-ftehim, u l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu kull miżura neċessarja li tippermettilhom f'kull ħin ikunu f'pożizzjoni li jiggarantixxu r-riżultati imposti b'din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni fil-pront.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu minn żmien addizzjonali massimu ta' sena, jekk dan huwa neċesarju biex jittieħed kont tad-diffikultajiet speċjali jew l-implimentazzjoni bi ftehim kollettiv.

Dawn għandhom jinfurmaw fil-pront lill-Kummissjoni dwar dawn iċ-ċirkostanzi.

3. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu1, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b'din ir-referenza meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lil l-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-3 ta' Ġunju 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

T. Treu

[1] ĠU C 333, tad-9.12.1983, p. 6

[2] ĠU C 316, tas-27.11.1984, p. 7

[3] ĠU C 368, tat-23.12.1994, p. 6.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-FTEHIM QAFAS DWAR IL-LEAVE TAL-ĠENITURI

PREAMBOLU

Il-ftehim qafas jirrappreżenta l-impenn ta' l-UNICE, CEEP u ta' ETUC biexjistabbilixxu l-ħtiġiet minimi dwar il-leave tal-ġenituri ul-ħin frank mix-xogħol a bażi ta' forza maġġuri, bħala mezz importanti biex jistgħu jkunu rikonċiljati l-ħajja tax-xogħol u tal-familja u biex jippromwovu l-opportunitajiet u trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.

Il-KETU, l-UKIIE u ĊEIP talbu lill-Kummissjoni biex tissottometti dan il-ftehim qafas lill-Kunsill għal-Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħmel obbligatorju dawn il-ħtiġiet minimi fl-Istati Membri tal-Komunità Ewropej, bl-eċċezjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittania u l-Irlanda ta' Fuq.

I. KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

1. Wara li kkunsidraw il-Ftehim dwar il-politika socjali anness mal-Protokoll dwaril-politika socjali, anness mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 3(4) u 4(2) tiegħu,

2. Billi l-Artikolu 4(2) ta' dan il-Ftehim dwar il-politika soċjali jipprovdi li l-ftehim konkluż f'livell Komunitarju għandu jiġi implimentat, fuq talba konġunta tal-partijiet firmatarji, bid-Deċiżjonital-Kunsill fuq il-proposta mill-Kummissjoni;

3. Billi l-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tipproponi miżura Komunitarja dwar il-mod kif tirrikonċilja l-ħajja tax-xogħol u tal-familja;

4. Billi l-Karta Komunitarja dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tipprovdi fil-punt 16 li jitkellem dwar it-trattament ugwali li għandhom ikunu żviluppati miżuri biex jippermettu lill-irġiel u n-nisa li jaqdu flimkien l-obbligi tagħhom tax-xogħol u tal-familji;

5. Billi r-Rizoluzzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 1994 irrikonoxxiet li politika effettiva ta' opportunitajiet ugwali tippresupponi strateġija integrata ġenerali li tippermetti l-organizzazzjoni aħjar tal-ħinijiet tax-xogħol u flessibilità akbar, u għal ritorn iktarfaċli għall-ħajja tax-xogħol, u nnotat ir-rwol importanti ta' l-imsieħba soċjali f'dan il-qasam u fl-offerta kemm lill-irġiel u lin-nisa ta' l-opportunità li jaqdu flimkien ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u l-obbligi familjari;

6. Billi miżuri biex jiġu rrikonċiljati ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u l-ħajja familjari għandhom jinkoraġġixxu l-introduzzjoni ta' modi ġodda flessibbli fl-organizzazzjoni tax-xogħol u tal-ħin li jkunu iktar adatti għall-bżonnijiet qed jinbidlu tas-soċjetà u li tieħu inkonsiderazzjoni l-bżonnijiet kemm ta' l-impriża kif u koll tal-ħaddiema;

7. Billi l-politika tal-familja għandha titqies fil-kuntest tat-tibdil demografiku, ta' l-effetti ta' popolazzjoni li tkun qed tikber fl-eta', tat-tqarrib bejn il-ġenerazzjonijiet u l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja tax-xogħol;

8. Billi l-irġiel għandhom ikunu mħeġġa jassumu sehem ugwali tar-responsabbiltajiet familjari, per eżempju, għandhom ikunu mħeġġa jieħdu leave tal-ġenituri permezz ta' programmi ta' sensibilizzazzjoni;

9. Billi l-ftehim preżenti huwa il-ftehim qafas li jistabilixxi l-ħtiġiet minimi u dispożizzjonijiet għal leave tal-genituri, kif distintimill-leave tal-maternità, u minn ħin frank mix-xogħol abażi ta' forża maġġuri, u jirreferi lura għall-IstatiMembri u s-sieħba soċjali għat-twaqqif tal-kondizzjonijietta' aċċess u regoli ddettaljati ta' l-applikazzjoni biex jieħdukont tas-sitwazzjoni f' kull Stat Membru;

10. Billi l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-manutenzjonita' intitolamenti għall-benefiċċji in natura taħtassigurazzjoni tal-mard tul perijodu minimu ta' leave tal-ġenituri;

11. Billi l-Istati Membri għandhom ukoll, meta approprjat taħtkondizzjonijiet nazzjonali u b'kont meħud tas-sitwazzjoni tal-budget, jikkunsidraw il-manutenzjoni ta' intitolamenti għal benefiċċjirilevanti tas-sigurtà soċjali matul il-perijodu minimu tal-leave tal-ġenituri;

12. Billi dan il-ftehim jieħu inkonsiderazzjoni l-bżonn li jittejbul-ħtiġiet tal-politika soċjali, biex tissaħħaħil-kompetittività ta' l-ekonomija Kmunitarja u biex tkun evitata l-imposizzjonita' rbit amministrattiv, finanzjarju u legali b'tali mod li jista' jkun ta'xkiel għall-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħaru ta' daqs medju;

13. Billi l-imsieħba soċjali qegħdin fl-aħjar pożizzjonibiex isibu soluzzjonijiet li jikkorrispondu għall-bżonnijiet kemmta' min iħaddem kif ukoll tal-ħaddiema u għandu għalhekkjingħatalhom rwol speċjali fl-implimentazzjoni u l-applikazzjonital-ftehim preżenti,

IL-PARTIJIET FIRMATARJI FTEHMU DAN LI ĠEJ:

II. IL-KONTENUT

Il-Klawsola 1: L-Iskop u l-kamp ta' l-applikazzjoni

1. Dan il-ftehim jistabilixxi ħtiġiet minimi intiżi biexjiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni tar-responsabbilitajiet professjonaliu tal-familja għall-ġenituri li jaħdmu.

2. Dan il-ftehim japplika għall-ħaddiema kollha, rgiel u nisa, li għandhom kuntratt ta'mpjieg jew relazzjoni ta' xogħol kifdefinit mill-liġi, ftehim kollettiv jew prattika fis-seħħf'kull Stat Membru.

Il-Klawsola 2: Il-Leave tal-ġenituri

1. Dan il-ftehim jagħti, b'riżerva tal-klawsola 2.2, lill-ħaddiemarġiel u dawk nisa, id-dritt individwali għall-leave tal-ġeniturigħar-raġuni tat-twelid jew ta' l-adozzjoni biex ikunu jistgħujieħdu ħsieb il-wild, għall-anqas għal tliet xhur, sa' l-età li tista' tkun ta' tmien snin li għandha tiġidefinita mill-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali.

2. Biex jippromwovu opportunitajiet u trattament ugwali bejn l-irġielu n-nisa, il-partijiet għal dan il-ftehim jikkunsidraw li d-dritt għall-leave tal-ġenituri previst taħt il-klawsola 2.1 għandu, in prinċipju, jingħata fuq bażi non-trasferibbli.

3. Il-kondizzjonijiet ta' l-aċċess u r-regoli dettaljati għall-applikazzjonital-leave tal-ġenituri għandhom ikunu definiti mill-liġiu /jew bi ftehim kollettiv fl-Istati Membri, sakemm il-ħtiġietminimi ta' dan il-ftehim ikunu mħarsa. L-Istati Membri u /jew l-imsieħbasoċjali jistgħu, in partikulari:

(a) jiddeċiedu jekk il-leave tal-ġenituri jingħataxfuq bażi ta' full-time jew part-time, b'mod frammentatjew b'sistema ta' kreditu ta' ħin;

(b) jissoġġettaw il-kwalifikazzjoni għall-leave tal-ġeniturigħal perijodu ta' xogħol u /jew ta' anzjanità fix-xogħolli ma jistax ikun iktar minn sena;

(ċ) jaġġustaw l- kondizzjonijiet ta' aċċess u r-regolidettaljati għall-applikazzjoni tal-leave tal-ġeniturigħaċ-ċirkostanzi speċjali ta' l-adozzjoni;

(d) jiffissaw perjodi ta' avviż li għandhom jingħataw mill-ħaddiemlil min ikun qed iħaddmu meta jeżerċita d-dritt tal-leave tal-ġenituri, fejn jispeċifika il-bidu u tmiem tal-perijodutal-leave;

(e) jiddefinixxi iċ-ċirkostanzi li fihom min iħaddem, warakonsultazzjoni skond il-liġijiet, il-ftehim kollettiv u l-prattiċinazzjonali, ikollu l-permess li jipposponi l-benefiċċju tal-leave tal-ġenituri għall-raġunijiet ġustifikatili għandhom x'jaqsmu ma' l-operazzjoni ta' l-impriża (eż.meta xogħol huwa ta' natura staġjonali, fejn ma jkunx jinstabsostitut fil-perijodu ta' l-avviż, u meta proporzjon sinifikanti tal-forzatax-xogħol tapplika fl-istess ħin għal-leave tal-ġenituri, meta l-funzjoni speċifika hija ta' importanza strateġika). Kull problema li tinqala' mill-applikazzjoni ta' din id-disposizzjoni għandhatkun trattata skond il-liġi, l-ftehim kollettiv u l-prattika nazzjonali;

(f) Minbarra (e), jawtorizzaa ftehim specjali biex jissodisfa l-ħtiġietoperattivi u tax-xogħol ta' mpriżi żgħar.

4. Biex jiżguraw li l-ħaddiema jistgħu jeżerċitawid-drittijiet tal-leave tal-ġenituri, l-Istati Membri u/jewl-imsieħba soċjali għandhom jieħdu il-miżurineċċessarji biex jipproteġu lill-ħaddiem kontra t-tkeċċijaabbażi ta' applikazzjoni għal, jew minħabba li jittieħed, leave tal-ġenituri skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettivu l-prattiċi nazzjonali.

5. Fl-aħħar tal-leave tal-ġenituri, il-ħaddiemagħandu jkollhom id-dritt jirritornaw għall-istess impjieg jew, jekk dan mhuwiex possibbli, għal impjieg ekwivalenti jew simili konsistentimal-kuntratt ta' l-impjieg jew mar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom.

6. Id-drittijiet akkwiżiti jew fil-proċess li jkunu akkwiżitimill-ħaddiem fid-data li fiha l-leave tal-ġenituri jibda'għandhom jibqgħu kif inhuma sa meta jintemm il-leave tal-ġenituri. Fit-tmiem tal-leave tal-ġenituri, dawn id-drittijiet, inkluż kull tibdil ikkawżat mill-liġi, mill-ftehim kollettivu mill-prattiċi nazzjonali, għandhom japplikaw.

7. L-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali għandhom jiddefinixxul-istatus tal-kuntratt ta' l-impjieg jew ir-relazzjoni tax-xogħol għall-perijodutal-leave tal-ġenituri.

8. Il-materji kollha relatati mas-sigurtá soċjali li għandhomx'jaqsmu ma' dan il-ftehim għandhom jiġu kkunsidrati u maqtugħamill-Istati Membri skond il-liġi nazzjonali, b'kont meħud ta'l-importanza tal-kontinwità ta' l-intitolamenti għall-koperturatas-sigurtà soċjali, taħt l-iskemi differenti, inpartikularidak tas-saħħa.

Il-Klawsola 3: Ħin frank mix-xogħola bażi ta' forza maġġuri

1. L-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali għandhom jieħduil-miżuri kollha neċessarji biex jintitolaw il-ħaddiema għalħin frank mix-xogħol skond il-leġislazzjoni, il-ftehimkollettiv u/jew il-prattika nazzjonali, a bażi ta' forza maġġurigħar-raġunijiet urġenti tal-familja f'każ ta' mard jewinċident li jirrendi l-presenza immedjata tal-ħaddiem indispensabbli.

2. L-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali jistgħu jispeċifikawil-kondizzjonijiet ta' l-aċċess u r-regoli dettaljati għall-applikazzjonital-klawsola 3.1 u jillimitaw dan id-dritt għal ċertu ammont ta'żmien fis-sena u/jew skond il-każ.

Il-Klawsola 4: Disposizzjonijiet finali

1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw jew jintroduċu disposizzjonijietaktar favorevoli minn dawk stabbiliti f'dan il-ftehim.

2. L-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan il-ftehim m'għandhiextikkostitwixxi raġuni valida għat-tnaqqis tal-livell ġeneralital-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema taħt dan il-ftehim. Dan m'għandux jippreġudika d-dritt ta' l-Istati Membri u/jew ta'l-imsieħba soċjali li jiżviluppaw disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew kuntrattwali differenti, skond it-tibdil fiċ-ċirkostanzi(inkluża l-introduzzjoni tan-non-trasferibbilità), sakemm il-ħtiġietminimi previsti f'dan il-Ftehim ikunu mħarsa.

3. Il-ftehim preżenti ma'għandux jippreġudika d-dritt ta'l-imsieħba soċjali li jikkonkludu, f'livell approprjat inklużil-livell Ewropew, ftehim li jaddatta u/jew jikkumplimenta d-disposizzjonijietta' dan il-ftehim sabiex jieħdu kont ta' ċirkostanzi partikolari.

4. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regoli ud-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mad-deċiżjonital-Kunsill fi żmien sentejn mill-adozzjoni tagħha jew għandhomjiżguraw li l-imsieħba soċjali [1] jintroduċu bi ftehim, il-miżuri neċessarji sa tmiem dan il-perijodu. L-Istati Membri jistgħu jkollhom, jekk neċessarju biex jittieħedkont tad-diffikultajiet partikulari jew ta' l-implimentazzjoni bi ftehim kollettiv, massimu ta' sena addizzjonali biex jikkonformaw ma' din id-deċiżjoni.

5. Il-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' kwistjonijiet u lmenti kkawżatimill-applikazzjoni ta' dan il-ftehim għandhom jiġu trattati skondil-liġi, il-ftehim kollettiv u l-prattika nazzjonali.

6. Bla ħsara għar-rwol rispettiv tal-Kummissjoni, tal-qratinazzjonali u tal-Qorti tal-Ġustizzja, kull kwistjoni relatata ma' l-interpretazzjonita' dan il-ftehim fuq livell Ewropew għandha, fl-ewwel lok, tiġiriferita mill-Kummissjoni lill-partijiet firmatarji biex jagħtu opinjoni.

7. Il-partijiet firmatarji għandhom jirrevedu l-applikazzjoni ta'danil-ftehim ħames snin wara d-data tad-deċiżjoni tal-Kunsilljekk mitlub minn wieħed mill-partijiet ta'dan il-ftehim.

Magħmul fiBrussel, fl-14 ta' Diċembru 1995.

Fritz Verzetnitsch,

Il-President tal-KETU

Emilio Gabaglio,

Segretarju-Generali

KETUBld Emile Jacqmain 155B-1210 Brussels

Antonio Castellano Auyanet,

President taċ-ĊEIP

Roger Gourvès,

Segretarju-Generali

ĊEIPRue de la Charité 15B-1040 Brussels

François Perigot,

President tal-UKIIE

Zygmunt Tyszkiewicz,

Segretarju-Generali

UKIIERue Joseph II 40B-1040 Brussels

[1] Fi ħdanit-tifsira ta' l-Artikolu 2(4) tal-Qbil dwar il-politika soċjali

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet