Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/28/KE ta’ l-10 ta’ Mejju 1996 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/116/KEE dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ fertilizzantiTest b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 140, 13.6.1996, p. 30–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 017 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 017 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 017 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 017 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 017 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 017 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 017 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 017 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 017 P. 3 - 4
DA DE EL EN ES FI FR IT NL PT SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT SK SL SV |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/28/KE
ta’ l-10 ta’ Mejju 1996
li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/116/KEE dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ fertilizzanti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100a tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/116/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għal fertilizzanti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/530/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi l-Artikolu 7a tat-Trattat jipprevedi żona mingħajr fruntieri interni fejn tkun assigurata ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital;
Billi d-Direttiva 76/116/KEE stabbiliet regoli għat-tqegħid fis-suq ta’ fertilizzanti fis-suq intern;
Billi jeħtieġ li jiżdiedu fertilizzanti ġodda għall-Anness I mad-Direttiva 76/116/KEE sabiex huma jkunu jistgħu jibbenefikaw minn immarkar Komunitarju previst fl-Anness II ma’ dik id-Direttiva;
Billi n-notifika 94/C 138/04 [3] tistabbilixxi proċedura li għandha tiġi osservata minn kwalunkwe persuna (il-fabbrikant jew ir-rappreżentant tiegħu) li tixtieq tapplika lil fertilizzant l-immarkar Komunitarju previst fl-Anness II mad-Direttiva 76/116/KEE, billi jiġi sottomess file tekniku lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri li jaġixxu bħala rapporteur għall-file lill-Partit tax-Xogħol dwar il-Fertilizzanti tal-Kummissjoni Ewropea;
Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi sabiex jitneħħew il-Barrieri Tekniċi għall-Kummerċ fil-Fertilizzanti,
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1
L-Anness I mad-Direttiva 76/116/KEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. Il-fertilizzant inkluż fl-Anness I ma’ din id-Direttiva għandu jiżdied mal-Parti A, il-punt 1 intitolat "Fertilizzanti nitroġeniċi"
2. Il-fertilizzanti nklużi fl-Anness II ma’ din id-Direttiva għandhom jiżdiedu mal-Parti D, intitolat ‘Fertilizzanti sekondarji nutrienti’
L-Artikolu 2
Il-prodott u t-tolleranza li ġejjin jiżdiedu taħt A.1. fl-Anness III mad-Direttiva 76/116/KEE:
"Sulfat Urea-ammonium | ,5 %" |
.
L-Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Mejju 1997. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fis-settur kopert b’din id-Direttiva.
L-Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fid-9 ta’ Mejju 1996.
Għall-Kummissjoni
Martin Bangemann
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 21.
[2] ĠU L 281, tat-30.9.1989, p. 116.
[3] ĠU C 138, ta’ l-20.5.1994, p. 4.
--------------------------------------------------
L-ANNESS I
L-ANNESS I
A. FERTILIZZANTI PURI
1. Fertilizzanti nitroġeniċi
"Nru | Deskrizzjoni tat-tip | Data dwar il-metodu ta’ produzzjoni u ingredjenti essenzjali | Kontenut minimu ta’ nutrienti (perċentwali skond il-piż) Data dwar l-espressjoni ta’ nutrienti Ħtiġiet oħra | Data oħra dwar id-deskrizzjoni tat-tip | Kontenut tan-nutrient li għandu jiġi dikjarat Forom u solubilitajiet tan-nutrienti Kriterji oħra |
1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |
… | … | … | … | … | … |
18 | Sulfat urea-ammonium | Prodott ottenut kimikament mis-sulfat urea u ammonium | 30 % N Nitroġenu espress bħala nitroġenu ammonijaku u ureiku Kontenut minimu ammonijaku nitroġeniku: 4 % Kontenut minimu tal-kubrit espress bħala triossidu tal-kubrit: 12 % Kontenut massimu biuret: 0,9 % | | Nitroġenu totali Nitroġenu ammoijaku Nitroġenu ureiku Triossidu tal-kubrit solubili fl-ilma" |
.
--------------------------------------------------
L-ANNESS II
L-ANNESS I
D. FERTILIZZANTI SEKONDARJI NUTRIENTI
"Nru | Deskrizzjoni tat-tip | Data dwar il metodu ta’ produzzjoni u ingredjenti essenzjali | Kontenut minimu ta’ nutrienti (perċentwali skond il-piż) Data dwar l-espressjoni ta’ nutrienti Ħtiġiet oħra | Data oħra dwar id-deskrizzjoni tat-tip | Kontenut tan-nutrient li għandu jiġi dikjarat Forom u solubilitajiet tan-nutrienti Kriterji oħra |
1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |
… | … | … | … | … | … |
5.2 | Idrossidu tal-manjesju | Prodott miksub kimikament u li għandu bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu l-idrossidu tal-magensium | 60 %MgO Daqs tal-partiċella: mill-inqas 99 % li jista’ jgħaddi minn passatur ta’ toqba daqs 0,063mm | | Ossidu totali tal-manjesju |
5.3 | Sospensjoni ta’ l-idrossidu tal-manjesju | Prodott miksub bis-sospensjoni tat-tip 5.2 | 24 % MgO | | Ossidu totali tal-manjesju" |
.
--------------------------------------------------
| Fuq |