Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ottubru 1996 li timplimenta l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE tad- 29 ta’ Marzu 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-livelli ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija
ĠU L 282, 1.11.1996, p. 72–72 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 018 P. 38 - 38
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 018 P. 38 - 38
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 018 P. 38 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 018 P. 38 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 018 P. 38 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 018 P. 38 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 018 P. 38 - 38
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 018 P. 38 - 38
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 018 P. 38 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 20 P. 38 - 38
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 20 P. 38 - 38
DA DE EL EN ES FI FR IT NL PT SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | ||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tas-17 ta’ Ottubru 1996
li timplimenta l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE tad- 29 ta’ Marzu 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-livelli ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija
(Test b’relevanza għaż-żona EE)
(96/627/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE tad-29 ta’ Marzu 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,
Billi huwa meħtieġ li tiġi iffissata d-data tat-tmiem tal-perjodu transitorju pprovdut fid-Direttiva 77/311/KEE sabiex il-limiti stabbiliti għal-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq fl-Artikolu 2(1) ta’ dik id- Direttiva jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ;
Billi dan huwa meħtieġ sabiex jinħoloq qafas regolatorju stabbli u prevedibbli u sabiex jiġi żgurat li l-istess limiti ta’ livell ta’ storbju jiġu applikati b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha;
Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni maħruġa mill-Kumitat dwar l-addattazzjoni għall-progress tekniku tad-Direttivi immirati lejn it-tneħħija ta’ ostakoli tekniċi għall-kummerċ ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija,
ADOTTAT DIN ID-DEĊISJONI:
L-Artikolu 1
Il-perjodu transitorju msemmi fl-Artikolu 2(1) u (2) tad- Direttiva 77/311/KEE għandu jiskadi fl-1 ta’ Ottubru 1999.
L-Artikolu 2
L- Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id- Deċiżjoni qabel it-30 ta’ Settembru 1999. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.
L-Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Ottubru 1996.
Għall-Kummissjoni
Franz fischler
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 105, tat-28.4.1977, p. 2.
[2] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.
--------------------------------------------------
| Fuq |