31995L0031



Official Journal L 178 , 28/07/1995 P. 0001 - 0019


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE

tal-5 ta’ Lulju 1995

li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar addittivi ta’ l-ikel awtorizzati għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel li huwa maħsub għall-konsum mill-bniedem [1], kif emendata bid-Direttiva 94/34/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3)(a) ta’ din id-Direttiva,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel,

Billi, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ purità għas-sostanzi kollha li jagħtu ħlewwa imsemmija fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sostanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel [3];

Billi, huwa neċessarju li wieħed jikkunsidra l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għas-sostanzi li jagħtu ħlewwa kif stabbiliti fil-Kodiċi Alimentarius u mill-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar Addittivi ta’ l-Ikel (Jecfa)

Billi, l-addittivi ta’ l-ikel, ippreparati b’metodi ta’ produzzjoni jew b’materjali tal-bidu li huma, b’mod sinnifikanti, differenti minn dawk inklużi fl-evalwazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel, jew differenti minn dawk imsemmija f’din id-Direttiva għandhom jiġu sottomessi għal evalwazzjoni mill-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel bil-għan li jkun hemm evalwazzjoni sħiħa b’emfażi fuq il-kriterji ta’ purità.

Billi, l-miżuri li għalihom hemm provdut f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Oġġetti ta’ l-Ikel.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. Il-kriterji ta’ purità msemmija fl-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 89/107/KEE għas-sostanzi li jagħtu ħlewwa msemmija fid-Direttiva 94/35/KE huma mogħtija fl-Anness.

2. Il-kriterji ta’ purità għal E 420 (i), E 420 (ii) u E 421 imsemmija fl-Anness ta’ din id-Direttiva jieħdu post il-kriterji ta’ purità ta’ dawn is-sustanzi, msemmija fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 78/663/KEE [4].

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1996. Wara, huma għandhom javżaw b’dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b’tali referenza fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal referenza bħal din għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. Il-prodotti mpoġġija fis-suq jew ittikkettjati qabel din id-data li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva, jistgħu, madankollu, jiġu mpoġġija fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Lulju 1995.

Għall-Kummissjoni.

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p.27.

[2] ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p.1.

[3] ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p.3.

[4] ĠU L 223, ta’ l-14.8.1978, p.7.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

E 420 (i) SORBITOL

Sinonimi | D-glucitol, D-sorbitol |

Definizzjoni

Isem Kimiku | D-glucitol |

Einecs | 200-061-5 |

Numru E | E 420 (i) |

Formula Kimika | C6H14O6 |

Piż molekulari relattiv | 182,17 |

Analiżi | Kontenut mhux inqas minn 97 % tal-glycitols totali u mhux inqas minn 91 % tad-D-sorbitol fuq bażi ta’ piż xott. Il-glycitols huma taħlitiet bil-formula strutturali CH2OH-(CHOH)n-CH2OH, fejn "n" huwa numru sħiħ |

Deskrizzjoni | Trab igroskopiku abjad, trab kristallin, laqx jew ramel li għandu togħma helwa |

Identifikazzjoni

A. Solubilità | Jinħall ħafna fl-ilma, jinħall kemm kemm fl-ethanol |

B. Skala ta’ tidwib | Minn 88 sa 102oC |

Ċ. Derivattiv mis-sorbitol monobenzylidene | Ma’ 5g tal-kampjun żid 7 ml ta’ metanol, 1 ml ta’ benzaldehyde u 1 ml ta’ aċidu idrokloriku. Ħallat u ħawwad f’shaker mekkaniku sakemm jidhru l-kristalli. Iffiltra bil-għajnuna ta’ ġbid ta’ l-arja, dewweb il-kristalli f’20ml ta’ ilma jagħli li fih 1g ta’ bikarbonat tas-sodju, iffiltra sakemm ikun jaħraq, kessaħ il-filtrat, iffiltra bi bid ta’ l-arja, aħsel b’taħlita ta’ 5 ml ta’ metanol u ilma (1 fi 2) u nixxef fl-arja. Il-kristalli hekk miksuba jdubu f’temperatura ta’ bejn 173 u 179oC. |

Purità

Kontenut ta’ ilma | Mhux aktar minn 1 % (Metodu Karl Fischer) |

Irmied issulfat | Mhux aktar minn 0,1 % espress fuq bażi ta’ piż xott |

Zokkor ta’ riduzzjoni | Mhux aktar minn 0,3 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott |

Zokkor totali | Mhux aktar minn 1 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott |

Kloruri | Mhux aktar minn 50mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Sulfati | Mhux aktar minn 100 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Nikil | Mhux aktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bhala Pb fuq bażi ta’ piż xott |

E 420 (ii) ĠULEPP TAS- SORBITOL

Sinonimi | Ġulepp D-clucitol |

Definizzjoni

Isem Kimiku | Il-ġulepp tas-sorbitol iffurmat mill-idroġenizzazzjoni tal-ġulepp tal-glukosju huwa kompost minn D-sorbitol, D-mannitol u saccharides. Il-parti tal-prodott li mhiex D-sorbitol hija komposta principalment minn oligosaccharides idrogenizzati iffurmati mill-idroġenizzazzjoni tal-ġulepp tal-glukosju wżat bħala materjal mhux maħdum (f’liema każ il-Ġulepp ma jsirx kristallizzanti) jew mannitol. Fejn n ≤ 4, jistgħu jkunu preżenti kwantitajiet żgħar ta’ glycitols. Il-glycitols huma taħlitiet bil-formula strutturali CH2OH-(CHOH)n-CH2OH, fejn "n" huwa numru sħiħ. |

Einecs | 270-337-8 |

Numru E | E 420 (ii) |

Analiżi | Kontenut ta’ mhux inqas minn 69 % tas-solidi kollha u mhux inqas minn 50 % tad-D-sorbitol fuq bażi anidra. |

Deskrizzjoni | Soluzzjoni ċara ta’ ilma mingħajr kulur u b’tomgħa helwa |

Identifikazzjoni

A. Solubilità | Jista’ jitħallat ma’ l-ilma, mal-glycerol, u mal-propane-1,2-diol |

B. Derivattiv mis-sorbitol monobenzylidene | Ma’ 5g tal-kampjun żid 7 ml ta’ metanol, 1 ml ta’ benzaldehyde u 1 ml ta’ aċidu idrokloriku. Hallat u ħawwad f’shaker mekkaniku sakemm jidhru l-kristalli. Iffiltra bi ġbid ta’ l-arja, dewweb il-kristalli f’20ml ta’ ilma jagħli li fih 1g ta’ bikarbonat tas-sodju, iffiltra sakemm ikun jaħraq. Kessaħ il-filtrat, iffiltra bi ġbid ta’ l-arja, aħsel b’taħlita ta’ 5m l ta’ metanol u ilma (1 fi 2) u nixxef fl-arja. Il-kristalli hekk miksuba jdubu f’temperatura ta’ bejn 173 u 179oC. |

Purità

Kontenut ta’ ilma | Mhux aktar minn 31 % (Metodu Karl Fischer) |

Irmied issulfat | Mhux aktar minn 0,1 % espress fuq bażi ta’ piż xott |

Zokkor ta’ riduzzjoni | Mhux aktar minn 0,3 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott |

Kloruri | Mhux aktar minn 50 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Sulfati | Mhux aktar minn 100 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Nikil | Mhux aktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bhala Pb fuq bażi ta’ piż xott |

E 421 – MANNITOL

Sinonimi | D-mannitol |

Definizzjoni

Isem Kimiku | D-mannitol |

Einecs | 200-711-8 |

Numru E | E 421 |

Formula Kimika | C6H14O6 |

Piż molekulari relattiv | 182,2 |

Analiżi | Kontenut mhux inqas minn 96 % "D-mannitol" fuq il-bażi mnixxfa |

Deskrizzjoni | Trab kristallin ta’ togħma ħelwa, abjad, mingħajr riha |

Identifikazzjoni

A. Solubilità | Jinħall |

Purità

Telf waqt it-tnixxif | Mhux aktar minn 0,3 % (105oC, erba’ sigħat) |

pH | Bejn 5 u 8 Żid 0,5 ml ta’ soluzzjoni maħlula ta’ klorur tal-potassju ma’ 10 ml ta’ soluzzjoni tal-kampjun 10 % w/v, imbagħad kejjel il-pH. |

Rotazzjoni speċifika | (α)D20 Ir-rotazzjoni speċifika f’soluzzjoni ta’ borat ikkalkulata b’referenza ghas-sustanza anidra hija bejn + 23 u + 25o |

Irmied issulfat | Mhux aktar minn 0,1 % espress fuq bażi ta’ piż xott |

Zokkor ta’ riduzzjoni | Mhux aktar minn 0,3 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott |

Zokkor totali | Mhux aktar minn 1 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott |

Kloruri | Mhux aktar minn 70mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Sulfati | Mhux aktar minn 100 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Nikil | Mhux aktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |

E 953 – ISOMALT

Sinonimi | Isomaltulose idrogenizzat, palatinose idrogenizzat |

Definizzjoni

Isem Kimiku | L-isolmalt huwa tahlita ta’ D-glucopyranosyl-1,6-D-glucitol u D-glucopyranosyl-1,1-D-mannitol dihydrate |

Einecs | |

Numru E | E 953 |

D-glucopyranosyl-1,6-D-glucitol: | C12H24O11 |

D-glucopyranosyl-1,1-D-mannitol dihydrate: | C12H24O11-2H2O |

|

D-glucopyranosyl-1,6-D-glucitol: | 344,32 |

D-glucopyranosyl-1,1-D-mannitol dihydrate: | 380,32 |

|

Analiżi | Kontenut mhux inqas minn 95 % tat-taħlita ta’ D-glucopyranosyl-1,6-D-glucitol u D-glucopyranosyl-1,1-D-mannitol deidrat ikkalkolat fuq bażi anidra |

Deskrizzjoni | Sustanza igroskopika kemm kemm kristallina, mingħajr riħa, bajda, li għandha togħma helwa |

Identifikazzjoni

A. Solubilità | Jinħall kemm kemm fl-ilma, ma jinħallx fl-ethanol |

B. Rotazzjoni speċifika | (α)D20 bejn + 90 u + 92o (soluzzjoni 4 % w/v) |

Ċ. Skala ta’ tidwib | bejn 145 u 150oC |

Testijiet

Kontenut ta’ ilma | Mhux aktar minn 7 % (Metodu Karl Fischer) |

Irmied issulfat | Mhux aktar minn 0,05 % espress fuq bażi ta’ piż xott |

Zokkor ta’ riduzzjoni | Mhux aktar minn 1,5 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott |

Nikil | Mhux aktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

E 965 (i) – "MALTITOL"

Sinonimi | D-maltitol, maltosju idrogenizzat |

Definizzjoni

Isem Kimiku | (α)-D-glucopyranosyl-1,4-D-glucitol |

Einecs | 209-567-0 |

Numru E | E 965 (i) |

Formula Kimika | C12H24O11 |

Piż molekulari relattiv | 344,31 |

Analiżi | Kontenut ta’ mhux inqas minn 98 % "D-mannitol" C12H24O11 fuq bażi anidra |

Deskrizzjoni | Trab kristallin abjad, ta’ togħma ħelwa |

Identifikazzjoni

A. Solubilità | Jinħall ħafna fl-ilma, jinħall kemm kemm fl-ethanol |

B. Skala ta’ tidwib | Minn 148 sa 151oC |

Ċ. Rotazzjoni speċifika | (α)D20 = + 105,5 sa + 105,5o (soluzzjoni 5 % w/v) |

Purità

Kontenut ta’ ilma | Mhux aktar minn 1 % (Metodu Karl Fischer) |

Irmied issulfat | Mhux aktar minn 0,1 % espress fuq bażi ta’ piż xott |

Zokkor ta’ riduzzjoni | Mhux aktar minn 0,1 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott |

Kloruri | Mhux aktar minn 50mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Sulfati | Mhux aktar minn 100 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Nikil | Mhux aktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |

E 965 (ii) – ĠULEPP TAL-MALTITOL

Sinonimi | Ġulepp b’kontenut għoli ta’ maltosju-glukosju idrogenizzat, ġulepp tal-glukosju idrogenizzat |

Definizzjoni

Isem Kimiku | Taħlita li tikkonsisti principalment f’maltitol bis-sorbitol u oligo- u polysaccharides idrogenizzati. Hija mmanifatturata bl-idrogenizzazzjoni katalittika ta’ ġulepp tal-glukosju b’kontenut għoli ta’ maltosju. L-oġġett tal-kummerċ huwa pprovdut kemm bhala ġulepp u kemm bħala prodott solidu. |

Einecs | 270-337-8 |

Numru E | E 965 (ii) |

Maltitol | mhux inqas minn 50 % |

Sorbitol | mhux aktar minn 8 % |

Maltotriitol | mhux aktar minn 25 % |

Polysaccharides idrogenizzati li fihom aktar minn tliet unitajiet ta glukosju jew glucitol | mhux aktar minn 30 % |

|

Deskrizzjoni | Likwidi viskużi cari, ta’ togħma ħelwa, mingħajr kulur u mingħajr riha jew massi kristallini bojod ta’ togħma ħelwa. |

Identifikazzjoni

A. Solubilità | Jinħall ħafna fl-ilma, jinħall kemm kemm fl-ethanol |

B. Kromatografija ta’ saff irqiq | Eżamina bil-kromatografija ta’ saff irqiq billi tuża lastra miksija b’saff ta’ 0,25 mm ta’ ġel siliku tal-kromatografija. |

Purità

Kontenut ta’ ilma | Mhux aktar minn 31 % (Metodu Karl Fischer) |

Irmied issulfat | Mhux aktar minn 0,1 % espress fuq bażi ta’ piż xott |

Zokkor ta’ riduzzjoni | Mhux aktar minn 0,3 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott |

Kloruri | Mhux aktar minn 50mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Sulfati | Mhux aktar minn 100 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Nikil | Mhux aktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |

E 966 – LACTITOL

Sinonimi | Lactit, lactositol, lactobiosit |

Definizzjoni

Isem Kimiku | 4-O-β-D-galactopyranosyl-D-glucitol |

Einecs | 209-566-5 |

Numru E | E 966 |

Formula Kimika | C12H24O11 |

Piż molekulari relattiv | 344,32 |

Analiżi | Mhux inqas minn 95 % fuq bażi ta’ piż niexef. |

Deskrizzjoni | Trabijiet kristallini ta’ togħma ħelwa jew soluzzjonijiet mingħajr kulur. Prodotti kristallini jidhru f’forom anidri, monoidrati u diidrati. |

Identifikazzjoni

A. Solubilità | Jinħall ħafna fl-ilma |

B. Rotazzjoni speċifika | (α)D20 + 13 sa + 16o ikkalkulata fuq il-bażi anidra (soluzzjoni ta’ ilma 10 % w/v) |

Purità

Kontenut ta’ ilma | Prodotti kristallini: mhux aktar minn 10,5 % (Metodu Karl Fischer) |

Polyols ohra | Mhux aktar minn 2,5 % fuq il-bażi anidra |

Zokkor ta’ riduzzjoni | Mhux aktar minn 0,2 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott |

Kloruri | Mhux aktar minn 100mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Sulfati | Mhux aktar minn 200 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Irmied issulfat | Mhux aktar minn 0,1 % espress fuq bażi ta’ piż xott |

Nikil | Mhux aktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |

E 967 - XYLITOL

Sinonimi | Xylitol |

Definizzjoni

Isem Kimiku | D-xylitol |

Einecs | 201-788-0 |

Numru E | E 967 |

Formula Kimika | C5H12O5 |

Piż molekulari relattiv | 152,15 |

Analiżi | Mhux inqas minn 98,5 % bħala xylitol fuq bażi anidra |

Deskrizzjoni | Trab kristallin abjad, prattikament mingħajr riħa ta’ togħma ħelwa ħafna |

Identifikazzjoni

A. Solubilità | Jinħall ħafna fl-ilma, kultant jinħall fl-ethanol |

B. Skala ta’ tidwib | Minn 92 sa 96oC |

Ċ. pH | 5 sa 7 (soluzzjoni bl-ilma 10 % w/v) |

Purità

Telf fit-tnixxif | Mhux aktar minn 0,5 %. Nixxef 0,5 g tal-kampjun f’vakwu fuq il-fosfru f’60oC ghal erba’ sighat |

Irmied issulfat | Mhux aktar minn 0,1 % espress fuq bażi ta’ piż xott |

Zokkor ta’ riduzzjoni | Mhux aktar minn 0,2 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott |

Alkoħol polyhydric ieħor | Mhux aktar minn 1 % espress fuq bażi ta’ piż xott |

Nikil | Mhux aktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |

Kloruri | Mhux aktar minn 100mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Sulfati | Mhux aktar minn 200 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

E 950 - ACESULFAME K

Sinonimi | Potassju ta’ l-acesulfame, acesulfam, melħ tal-potassju ta’ 3,4-dihydro-6-methyl-1,2,3-oxathiazin-4-one-2,2-dioxide |

Definizzjoni

Isem Kimiku | Melħ tal-potassju 6-methyl-1,2,3-oxathiazin-4(3H)-one-2,2-dioxide |

Einecs | 259-715-3 |

Numru E | E 950 |

Formula Kimika | C4H4NO4SK |

Piż molekulari relattiv | 201,24 |

Analiżi | Mhux inqas minn 99 % ta’ C4H4NO4SK fuq bażi anidra |

Deskrizzjoni | Trab kristallin abjad, mingħajr riħa, li għandu togħma ħelwa intensiva. Bejn wieħed u ieħor ħelu 200 darba daqs is-sucrose. |

Identifikazzjoni

A. Solubilità | Jinħall ħafna fl-ilma, jinħall kemm kemm fl-ethanol |

B.Assorbiment ultravjola | Massimu 227 ± 2 nm għal soluzzjoni ta’ 10 mg f’1000ml ta’ ilma |

Purità

Telf fit-tnixxif | Mhux aktar minn 1 % (105oC, sagħtejn) |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Selenju | Mhux aktar minn 30 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Fluworidu | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |

E 951 – ASPARTAME

Sinonimi | Ester ta’ l-aspartyl phylalanine methyl |

Definizzjoni

Isem Kimiku | Ester N-L-α-(Aspartyl-L-phenylalanine-1-methyl, Ester 3-amino-N-(α-carbomethoxy-phenethyl)-succinamic acid-N-methyl |

Einecs | 245-261-3 |

Numru E | E 951 |

Formula Kimika | C14H18N2O5 |

Piż molekulari relattiv | 294,31 |

Analiżi | Kontenut ta’ mhux inqas minn 98 % u mhux aktar minn 102 % ta’ C14H18N2O5 fuq bażi anidra |

Deskrizzjoni | Trab kristallin abjad, mingħajr riħa u li għandu togħma ħelwa. Bejn wieħed u ieħor ħelu 200 darba daqs is-sucrose. |

Identifikazzjoni

Solubilità | Jinħall kemm kemm fl-ilma u fl-ethanol |

Purità

Telf fit-tnixxif | Mhux aktar minn 4,5 % (105oC, erba’ sighat) |

Irmied issulfat | Mhux aktar minn 0,2 % espress fuq bażi ta’ piż xott |

pH | Bejn 4,5 u 6,0 (soluzzjoni ta’ 1 f’250) |

Trasmissjoni | It-trasmissjoni ta’ soluzzjoni ta’ 1 % f’aċidu idrokloriku 2N, ikkalkolata f’cellula ta’ 1-cm f’430 nm bi spettrofotometru addattat, bl-użu ta’ aċidu idrokloriku 2N bħala referenza, mhiex inqas minn 0,95, l-ekwivalenti għal assorbenza ta’ mhux aktar minn, bejn wieħed u ieħor, 0,022. |

Rotazzjoni speċifika | (α)D20 + 14,5 sa + 16,5o Ikkalkolata f’soluzzjoni ta’ aċidu formiku ta’ 4 f’100/15 N fi żmien 30 minuta wara l-preparazzjoni tas-soluzzjoni kampjun. |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli Tqal | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |

Aċidu 5-Benzyl-3,6-dioxo- 2-piperazineacetic | Mhux aktar minn 1,5 % espress fuq bażi ta’ piż xott |

E 952 AĊIDU ĊIKLAMIKU U L-IMLUĦA TIEGĦU Na u Ca

(I)AĊIDU ĊIKLAMIKU

Sinonimi | Aċidu cyclohexylsulphamic, ċiklamiku |

Definizzjoni

Isem Kimiku | Aċidu cyclohexanesulphamic, aċidu cyclohexylaminosulphonic |

Einecs | 202-898-1 |

Numru E | E 952 |

Formula Kimika | C6H13NO3S |

Piż molekulari relattiv | 179,24 |

Analiżi | L-aċidu cyclohexylsulphamic fih mhux inqas minn 98 % u mhux iktar mill-ekwivalenti ta’ 102 % ta’ C6H13NO3S ikkalkulat fuq bażi anidra. |

Deskrizzjoni | Trab kristallin abjad, prattikament mingħajr kulur ta’ togħma ħelwa qarsa. Bejn wieħed u ieħor ħelu 40 darba daqs is-sucrose. |

Identifikazzjoni

A. Solubilità | Jinħall fl-ilma u fl-ethanol |

B. Verifika ta’ preparazzjoni | Agħmel soluzzjoni ta’ 2 % aċiduża bl-aċidu idrokloriku, żid 1 ml ta’ soluzzjoni bejn wieħed u ieħor molar ta’ klorur tal-barju fl-ilma u iffiltra jekk jifforma xi ċpar jew xi materja solida. Mas-soluzzjoni ċara żid 1 ml ta’ soluzzjoni ta’ 10 % ta’ nitrat tas-sodju. Għandha tifforma materja solida bajda. |

Purità

Telf fit-tnixxif | Mhux aktar minn 1 % (105oC, siegha) |

Selenju | Mhux aktar minn 30 mg/kg espress bħala selenju fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Cyclohexylamine | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Dicyclohexylamine | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Anilina | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

(II)ĊIKLAMAT TAS-SODJU

Sinonimi | Ċiklamat, melħ tas-sodju ta’ l-aċidu ċiklamiku |

Definizzjoni

Isem Kimiku | Cyclohexanesulphamate tas-sodju, cyclohexylsulphamate tas-sodju |

Einecs | 205-348-9 |

Numru E | E 952 |

Formula Kimika | C6H12NNaO3S u l-forma deidrata C6H12NNaO3S -2H2O |

Piż molekulari relattiv | 201,22 ikkalkulata fuq il-forma anidra 237,22 ikkalkulata fuq il-forma diidrata |

Analiżi | Mhux inqas minn 98 % u mhux aktar minn 102 % fuq il-bażi niexfa. Forma diidrata: mhux inqas minn 84 % fuq il-bażi niexfa |

Deskrizzjoni | Kristalli jew trab kristallin abjad, mingħajr riħa. Bejn wieħed u iehor ħelwin 30 darba daqs is-sucrose |

Identifikazzjoni

Solubilità | Jinħall fl-ilma u kważi ma jinħall xejn fl-ethanol |

Purità

Telf fit-tnixxif | Mhux aktar minn 1 % (105oC, siegha) Mhux aktar minn 15,2 % (150oC, saghtejn) ghall-forma diidrata |

Selenju | Mhux aktar minn 30 mg/kg espress bħala selenju fuq bażi ta’ piż xott |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |

Cyclohexylamine | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Dicyclohexylamine | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Anilina | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

(III)ĊIKLAMAT TAL-KALĊJU

Sinonimi | Ċiklamat, melħ tal-kalcju ta’ aċidu ċiklamiku |

Definizzjoni

Isem Kimiku | Cyclohexanesulphamate tal-kalċju, cyclohexylsulphamate tal-kalċju |

Einecs | 205-349-4 |

Numru E | E 952 |

Formula Kimika | C12H24CaN2O6S2 -2H2O |

Piż molekulari relattiv | 432,57 |

Analiżi | Mhux inqas minn 98 % u mhux aktar minn 10 % fuq bażi ta’ piż xott |

Deskrizzjoni | Kristalli jew trab kristallin abjad, mingħajr kulur. Bejn wieħed u iehor ħelwin 30 darba daqs is-sucrose |

Identifikazzjoni

Solubilità | Jinħall fl-ilma u jinħall kultant fl-ethanol |

Purita

Telf fit-tnixxif | Mhux aktar minn 1 % (105oC, siegha) Mhux aktar minn 8,5 % (140oC, erba’ sighat) ghall-forma diidrata |

Selenju | Mhux aktar minn 30 mg/kg espress bħala selenju fuq bażi ta’ piż xott |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/006Bg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |

Cyclohexylamine | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Dicyclohexylamine | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Anilina | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

E 954 - SAKKARINA U L-IMLUĦA TAGĦHA Na. K u Ca

(I)SAKKARINA

Definizzjoni

Isem Kimiku | 3-oxo-2,3dihydrobenzo(d)isothiazol-1,1-dioxide |

Einecs | 201-321-0 |

Numru E | E 954 |

Formula Kimika | C7H5NO3S |

Piż molekulari relattiv | 183,18 |

Analiżi | Mhux inqas minn 99 % u mhux aktar minn 101,1 % ta’ C7H5NO3S fuq il-bażi anidra. |

Deskrizzjoni | Kristalli bojod jew trab kristallin abjad, mingħajr riħa jew b’riħa mitfija aromatika li għandhom togħma ħelwa anki f’soluzzjonijiet imħallta ħafna. Bejn wieħed u ieħor ħelwin 300 u 500 darba daqs is-sucrose |

Identifikazzjoni

Solubilità | Jinħall kemm kemm fl-ilma, jinħall f’soluzzjonijiet bażici, jinħall kultant fl-ethanol |

Purità

Telf fit-tnixxif | Mhux aktar minn 1 % (105oC, sagħtejn) |

Medda ta’ tidwib | 226 sa 230oC |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Selenju | Mhux aktar minn 30 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |

Irmied issulfat | Mhux aktar minn 0,2 % espress fuq bażi ta’ piż xott |

Aċidu benzoic u salicylic | Ma’ 10 ml ta’ soluzzjoni ta’ 1 f’20, li tkun saret aċiduża qabel b’ħames qatriet ta’ aċidu acetiku, żid tliet qatriet ta’ soluzzjoni bejn wieħed u ieħor molar ta’ klorur tal-ħadid fl-ilma. Ma tidher l-ebda materja solida jew kulur vjola. |

o-Toluenesulphonamide | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

p-Toluenesulphonamide | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Aċidu "benzoic" p- sulfonamide | Mhux aktar minn 25 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Sostanzi li jiġu kkarbonizzati malajr | Nieqsa |

(II)SAKKARINA TAS-SODJU

Sinonimi | Sakkarina, melħ tas-sodju tas-sakkarina |

Definizzjoni

Isem Kimiku | o-benzosulphimide tas-sodju, melh tas-sodju ta’ 2,3-dihydro-3-oxobenzisosulfonazole, oxobenzisosulfonazole 1,2-benzisothiazolin-3-one-1, diidrat tal-melh tas-sodju 1-dioxide |

Einecs | 204-886-1 |

Numru E | E 954 |

Formula Kimika | C7H4NNaO3S.2H2O |

Piż molekulari relattiv | 241,19 |

Analiżi | Mhux inqas minn 99 % u mhux aktar minn 101 % ta’ C7H4NNaO3S fuq il-bażi anidra. |

Deskrizzjoni | Kristalli bojod jew trab kristallin irqiq fin abjad, mingħajr riħa jew b’riħa mitfija aromatika li għandhom togħma ħelwa b’mod intens anki f’soluzzjonijiet imħallta ħafna. Bejn wieħed u ieħor ħelwin 300 u 500 darba daqs is-sucrose f’soluzzjonijiet imħallta |

Identifikazzjoni

Solubilità | Jinħall liberament fl-ilma, jinħall kultant fl-ethanol |

Purità

Telf fit-tnixxif | Mhux aktar minn 15 % (120oC, erba’ sighat) |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Selenju | Mhux aktar minn 30 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |

Aċidu "benzoic" u "salicylic" | Ma’ 10 ml ta’ soluzzjoni ta’ 1 f’20, li tkun saret aċiduża qabel b’ħames qatriet ta’ aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta’ soluzzjoni bejn wieħed u ieħor molar ta’ klorur tal-ħadid fl-ilma. Ma tidher l-ebda materja solida jew kulur vjola. |

o-Toluenesulphonamide | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

p-Toluenesulphonamide | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Aċidu "benzoic" p- sulfonamide | Mhux aktar minn 25 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Sostanzi li jigu kkarbonizzati malajr | Nieqsa |

(III)SAKKARINA TAL-KALĊJU

Sinonimi | Sakkarina, melħ tal-kalċju tas-sakkarina |

Definizzjoni

Isem Kimiku | o-benzosulphimide tal-kalċju, melħ tal-kalcju ta’ 2,3-dihydro-3-oxobenzisosulfonazole, 1,2-benzisothiazolin-3-one-1, diidrat ta’ 1-dioxide melħ tal-kalcju (2:7) |

Einecs | 229-349-0 |

Numru E | E 954 |

Formula Kimika | C14H8CaN2O6S2.3½ H2O |

Piż molekulari relattiv | 467,48 |

Analiżi | Mhux inqas minn 95 % ta’ C14H8CaN2O6S2 fuq il-bażi anidra. |

Deskrizzjoni | Kristalli bojod jew trab kristallin abjad, mingħajr riħa jew b’riħa mitfija li għandhom togħma ħelwa b’mod intens anki f’soluzzjonijiet imħallta ħafna. Bejn wieħed u ieħor ħelwin 300 u 500 darba daqs is-sucrose f’soluzzjonijiet imħallta |

Identifikazzjoni

Solubilità | Jinħall liberament fl-ilma, jinħall fl-ethanol |

Purità

Telf fit-tnixxif | Mhux aktar minn 13,5 % (120oC, erba’ sigħat) |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Selenju | Mhux aktar minn 30 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |

Aċidu benzoic u salicylic | Ma’ 10 ml ta’ soluzzjoni ta’ 1 f’20, li tkun saret aċiduża qabel b’ħames qatriet ta’ aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta’ soluzzjoni bejn wieħed u ieħor molar ta’ klorur tal-ħadid fl-ilma. Ma tkun tidher l-ebda materja solida jew kulur vjola. |

o-Toluenesulphonamide | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

p-Toluenesulphonamide | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Aċidu benzoic p- sulfonamide | Mhux aktar minn 25 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Sostanzi li jigu kkarbonizzati | Nieqsa |

(IV)SAKKARINA TAL-POTASSJU

Sinonimi | Sakkarina, melħ tal-potassju tas-sakkarina |

Definizzjoni

Isem Kimiku | o-benzosulphimide tal-potassju, melħ tal-potassju ta’ 2,3-dihydro-3-oxobenzisosulfonazole, melħ tal-potassju ta’ 1,2-benzisothiazolin-3-one-1,1-dioxide monoidrat |

Einecs | |

Numru E | E 954 |

Formula Kimika | C7H4KNO3S.H2O |

Piż molekulari relattiv | 239,77 |

Analiżi | Mhux inqas minn 99 % u mhux aktar minn 101 % ta’ C7H4KNO3S fuq il-bażi anidra. |

Deskrizzjoni | Kristalli bojod jew trab kristallin abjad, mingħajr riħa jew b’riħa mitfija li għandhom togħma ħelwa intensa anki f’soluzzjonijiet imħallta ħafna. Bejn wieħed u ieħor ħelwin 300 u 500 darba daqs is-sucrose |

Identifikazzjoni

Solubilità | Jinħall liberament fl-ilma, jinħall kultant fl-ethanol |

Purità

Telf fit-tnixxif | Mhux aktar minn 8 % (120oC, erba’ sighat) |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Selenju | Mhux aktar minn 30 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux aktar minn 10mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż niexef. |

Aċidu benzoic u salicylic | Ma’ 10 ml ta’ soluzzjoni ta’ 1 f’20, li tkun saret aċiduża qabel b’ħames qatriet ta’ aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta’ soluzzjoni bejn wieħed u ieħor molar ta’ klorur tal-ħadid fl-ilma. Ma tkun tidher l-ebda materja solida jew kulur vjola. |

o-Toluenesulphonamide | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

p-Toluenesulphonamide | Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Aċidu benzoic p- sulfonamide | Mhux aktar minn 25 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Sostanzi li jigu kkarbonizzati malajr | Nieqsa |

E 957 - THAUMATIN

Sinonimi | |

Definizzjoni

Isem Kimiku | It-thaumatin huwa miksub b’estrazzjoni ta’ l-ilma (pH 2,5 sa 4) tal-kisja doppja (arils) fuq iż-żerriegħa tal-frotta tar-razza naturali ta’ Thaumatococcus daniellii (Benth) u huwa magħmul essenzjalment mill-proteini thaumatin I u thaumatin II flimkien ma’ ammonti żgħar ta’ kostitwenti tal-pjanta mnissla mill-materjal ta’ l-oriġini |

Einecs | 258-822-2 |

Numru E | E 957 |

Formula Kimika | Polypeptide ta’ 207 aċidi amminici |

Piż molekulari relattiv | Thaumatin I 22209 Thaumain II 22293 |

Analiżi | Mhux inqas minn 16 % ta’ nitroġenu fuq il-bażi niexfa ekwivalenti għal mhux inqas minn 94 % ta’ proteini (N x 5,8) |

Deskrizzjoni | Trab kulur il-krema, mingħajr riħa li għandu togħma ħelwa intensa. Bejn wieħed u ieħor ħelu 2000 sa 3000 darba daqs is-sucrose |

Identifikazzjoni

Solubilità | Jinħall ħafna fl-ilma, ma jinħallx fl-aċetun |

Purità

Telf fit-tnixxif | Mhux aktar minn 9 % (105oC ghal piż kostanti) |

Karboidrati | Mhux aktar minn 3 % espress fuq bażi ta’ piż xott |

Irmied issulfat | Mhux aktar minn 2 % espress fuq bażi ta’ piż xott |

Aluminju | Mhux aktar minn 100 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Ċomb | 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Kriterji mikrobijologici | Għadd totali aerobiku mikrobjali: Mass. 1000/g E.Coli: nieqsa f’1 g |

E 959 – NEOHESPERIDINE DIHYDROCHALCONE

Sinonimi | Neohesperidin dihydrochalcone, NHDC, hesperitin dihydrochalcone-4’-β-neohesperidoside, neohesperidin DC |

Definizzjoni

Isem Kimiku | 2-O-α-L-rhamnopyranosyl-4’-β-D-glucopyranosyl hesperetin dihydrochalcone; ottenut bl-idroġenazzjoni katalittika tan-neohesperidin |

Einecs | 243-978-6 |

Numru E | E 959 |

Formula Kimika | C28H36O15 |

Piż molekulari relattiv | 612,6 |

Analiżi | Kontenut mhux inqas minn 96 % fuq il-bażi mnixxfa. |

Deskrizzjoni | Trab kristallin off white, bla riħa li għandu togħma karatteristika ħelwa intensiva. Bejn wieħed u ieħor ħelu 1000 sa 1800 darba daqs is-sucrose |

Identifikazzjoni

A. Solubilità | Solubbli liberalment f’ilma jaħraq, solubbli kemmxejn f’ilma kiesaħ, prattikament insolubbli fl-ether u fil-benzene. |

B. Assorbiment massimu ultravjola | 282 sa 283 nm għal soluzzjoni ta’ 2 mg f’100 ml methanol. |

C. Test ta’ Neu | Ħoll madwar 10 mg ta’ neohesperidine DC f’ 1 ml methanol, żid 1 ml ta’ soluzzjoni 1 % 2-aminoethyl diphenyl borate methanolic. |

Purità

Telf fit-tnixxif | Mhux iktar minn 11 % (105oC, tliet sigħat) |

Irmied issulfat | Mhux iktar minn 0,2 % espress fuq bażi ta’ piż xott |

Arseniku | Mhux iktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott. |

Ċomb | Mhux iktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |

Metalli tqal | Mhux iktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta piż xott |

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet