Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 1995 li temenda, minħabba l-adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 77/144/KEE li tniżżel il-kodiċi standard u r-regoli li jirregolaw it-traskrizzjoni f’forma li tinqara bil-magni, tad-data ta’ l-istħarriġ ta’ żoni ta’ tħawwil ta’ ċerti speċi ta’ siġar tal-frott, u tniżżel il-limiti taż-żoni produttivi għal dan l-istħarriġ
ĠU L 302, 15.12.1995, p. 37–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 03 Volume 18 P. 314 - 315
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 03 Volume 18 P. 314 - 315
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 03 Volume 18 P. 314 - 315
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 03 Volume 18 P. 314 - 315
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 03 Volume 18 P. 314 - 315
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 03 Volume 18 P. 314 - 315
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 03 Volume 18 P. 314 - 315
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 03 Volume 18 P. 314 - 315
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 03 Volume 18 P. 314 - 315
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 03 Volume 18 P. 67 - 68
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 03 Volume 18 P. 67 - 68
DA DE EL EN ES FI FR IT NL PT SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | ||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-22 ta’ Novembru 1995
li temenda, minħabba l-adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 77/144/KEE li tniżżel il-kodiċi standard u r-regoli li jirregolaw it-traskrizzjoni f’forma li tinqara bil-magni, tad-data ta’ l-istħarriġ ta’ żoni ta’ tħawwil ta’ ċerti speċi ta’ siġar tal-frott, u tniżżel il-limiti taż-żoni produttivi għal dan l-istħarriġ
(95/531/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, r-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja,
Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/625/KEE ta’ l-20 ta’ Lulju 1976 li tikkonċerna l-istħarriġ statistiku li għandu jsir mill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu l-potenzjal tal-produzzjoni taż-żoni ta’ tħawwil ta’ ċerti speċji ta’ siġar tal-frott [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1057/91 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 4(2) u (4) u l-Artikolu 9 tagħha,
Billi dawk l-Istati Membri li jipproċessaw elettronikament ir-riżultati ta’ l-isħarriġ statistiku tagħhom għandhom jissottomettuhom lill-Kummissjoni f’forma li tinqara bil-magni; billi l-kodiċi għat-trasmissjoni tar-riżultati ta’ l-istħarriġ huma determinati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 76/625/KEE; billi dawn il-kodiċi kienu mniżżla mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 77/144/KEE [3],
Billi l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 76/625/KEE jipprovdi għal taqsim miż-żoni ta’ produzzjoni ta’ l-informazzjoni miġbura fil-qafas ta’ dan l-istħarriġ tas-siġar tal-frott; billi l-konfini ta’ l-oqsma ta’ produzzjoni huma fissati wkoll skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 9 ta’ l-istess Direttiva, jiġifieri b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni wara opinjoni mill-Kumitat Permanenti ta’ l-Istatistika Agrikola; billi l-kodiċi għall-Istati Membri u ż-żoni ta’ produzzjoni u l-kodiċi tagħhom kienu mniżżla fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 77/144/KEE;
Billi, minħabba l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, kien għalhekk meħtieġ li jiġu emendati l-Annessi I u III li jinsabu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 77/144/KEE;
Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Statistika Agrikola,
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI
Artikolu 1
Minħabba l-adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, l-Annessi I (dispożizzjonijiet speċifiċi) u III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 77/144/KEE għandhom jiġu mkabbra skond l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni mill-1 ta’ Jannar 1995.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.
Magħmulha fi Brussell, fid-29 ta’ Novembru, 1995.
Għall-Kummissjoni
Yves-Thibault De Silguy
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU Nru L 218, tal-11.8.1976, p.10.
[2] ĠU Nru L 107, tas-27.4.1991, p.11.
[3] ĠU Nru L 47, tat-18.2.1977, p.52.
--------------------------------------------------
L-ANNESS
1. Dan li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Anness I (Dispożizzjonijiet speċifiċi) li jinsab mad-Deċiżjoni Nru 77/144/KEE;
- taħt l-intestatura ‘1. Pajjiż’ wara Portugall:
| "KODIĊI |
Awstrija | 13 |
Finlandja | 14 |
Svezja | 15" |
- taħt l-intestatura ‘2. Żona ta’ produzzjoni’ bejn Danimarka u Ġreċja:
| "KODIĊI |
Awstrija | 00 |
Finlandja | 00 |
Svezja | 00" |
"Awstrija | Tifforma żona waħda ta' produzzjoni |
Finlandja | Tifforma żona waħda ta' produzzjoni |
Svezja | Tifforma żona waħda ta' produzzjoni." |
--------------------------------------------------
| Fuq |