31994R1467


Titolu u referenza

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/94 tal-20 ta' Ġunju 1994 fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura

 ĠU L 159, 28.6.1994, p. 1–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
 Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 03 Volume 58 P. 156 - 165
 Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 03 Volume 58 P. 156 - 165
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 03 Volume 16 P. 208 - 217
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 03 Volume 16 P. 208 - 217
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 03 Volume 16 P. 208 - 217
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 03 Volume 16 P. 208 - 217
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 03 Volume 16 P. 208 - 217
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 03 Volume 16 P. 208 - 217
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 03 Volume 16 P. 208 - 217
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 03 Volume 16 P. 208 - 217
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 03 Volume 16 P. 208 - 217

 DA  DE  EL  EN  ES  FR  IT  NL  PT

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
  pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT SK SL SV

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/94

tal-20 ta' Ġunju 1994

fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, bl-iskop tal-preservazzjoni tad-diversità bioloġika u ġenetika fl-agrikultura fil-Komunità, li tikkostitwixxi fond irripjazzabbli ta' riżorsi bioloġiċi u ġenetiċi, għandhom ikunu preservati r-riżorsi ġenetiċi; billi għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex ikunu konservati, karatterizzati, miġbura u utilizzati dawk ir-riżorsi biex ikunu promossi l-miri tal-politika agrikola komuni u titħares id-diversità bioloġika skond il-Konvenzjoni ta' Diversità bioloġika ratifikata mill-Komunità fl-1993; billi għandhom jgħoddu soluzzjonijiet kollha li jħarsu 'il quddiem li jistgħu jinħtieġu;

Billi f' dan ir-Regolament agrikultura għandha tittieħed fis-sens wiesgħa tal-kelma u għalhekk ir-riżorsi ġenetiċi għandhom jinkludu riżorsi ġenetiċi fis-selvikultura;

Billi riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura jinkludu kemm riżorsi ġenetiċi tal-pjanti u l-annimali fit-tifsira ta' dan ir-Regolament;

Billi l-mira tal-iżvilupp u l-koordinament effettiv tal-konservazzjoni, karatterizzazzjoni, ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura għandha tkun li jkun organizzat, għall-ġid komuni, xogħol magħmul fl-Istati Membri, biex jintużaw ir-riżultati ta' dak ix-xogħol effettivament, biex ikun dirett dak ix-xogħol għall-finijiet kompattibbli mal-politika komuni agrikola u skond il-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bioloġika, u biex jinġabru r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet li jirrispondu għall-bżonnijiet tal-Komunità wara li jitqiesu, fejn xieraq, dawk l-azzjonijiet meħuda fl-istess qasam minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti bħala kompetenti u minn pajjiżi Ewropej barra l-Unjoni;

Billi, biex jintlaħaq dak l-oġġettiv, għandhom ikunu stabbiliti l-bidla permanenti tal-informazzjoni u, partikolarment, konsultazzjonijiet reċiproċi fuq programmi fi Stati Membri, eżistenti jew ippjanati għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsa ġenetika fl-agrikultura;

Billi l-koordinazzjoni fil-livell Komunitarju, ta' xogħol li qed isir diġa fil-livell nazzjonali tal-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura għandha tħalli dak ix-xogħol isir aktar effettiv;

Billi x-xogħol li sar jidher li mhux biżżejjed jew minħabba n-natura tax-xogħol innifsu jew minħabba l-mezzi disponibbli għall-Istati Membri ma jħalluhomx iżidu l-isforzi tagħhom fil-qasam tal-konservazzjoni, karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura; billi skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Komunità Ewropea għandha għandha tkun tista' tappoġġa u tissupplimenta l-isforzi magħmula fl-Istati Membri f'dawn il-każijiet, u għalhekk ikunu jistgħu jitħarsu l-obbligi li jaqgħu fuq il-Komunità biex tħares l-ambjent u l-kampanja u biex ikunu żviluppati u implimentati pjanijiet għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diverrsità bioloġika; billi l-problema tal-konservazzjoni ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura għandha dimensjoni transnazzjonali u tikkonċerna l-Istati Membri kollha imma s'issa ma kien hemm l-ebda programm ta' azzjoni f'dan il-qasam fil-livell Komunitarju; billi l-aħjar soluzzjoni hija billi jiżdied il-valur bit-twaħħid ta' azzjonijiet eżistenti u bl-appoġġ ta' azzjonijiet ġodda ta' prijorità għolja; billi n-nuqqas ta' azzjoni twassal għall-ineffiċjenza u telf ta' riżorsi ġenetiċi;

Billi xogħol li sar fil-qasam tal-konservazzjoni, karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura għandu jżid id-diversifikazzjoni fl-agrikultura, jgħin biex tinżamm id-diversità bioloġika, itejjeb il-kwalità ta' prodotti agrikoli u jnaqqas ħlasijiet u spejjeż tal-produzzjoni agrikola billi titħeġġeġ partikolarment, il-firxa tal-produzzjoni agrikola;

Billi, minħabba l-koordinazzjoni tal-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura hija marbuta direttament mal-politika agrikola komuni, il-miżuri adottati għal dak l-iskop għandhom ikunu applikati kemm jista' jkun malajr;

Billi, għall-finijiet tal-koordinazzjoni minħabba l-firxa ġeografika tal-għana ġenetiku tal-agrikultura tal-Komunità u minħabba l-bżonn biex ikunu implimentati l-miżuri rilevanti, għandha tkun stabbilita kooperazzjoni mill-qrib u permanenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura;

Billi l-koordinazzjoni tax-xogħol fil-livell nazzjonali jeħtieġ għarfien wiesgħa u dettaljat tas-sitwazzjni dwar il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura f'kull Stat Membru; billi l-informazzjoni rilevanti għandha tinġabar u jkunu preskritti l-proċeduri għall-aċċess tagħhom;

Billi xogħol magħmul fil-livell Komunitarju għandu jkun dirett partikolarment, għat-titjib tal-kwalità ta' prodotti agrikoli u s-sejbien ta' użi ġodda għall-prodotti agrikoli tradizzjonali jew ġodda biex jiżdied il-valur miżjud tagħhom;

Billi programm tal-Komunità ta' miżuri għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura għandha tgħin biex tkun preservata d-diversità fil-Komunità, tiżdied il-kompettitività fl-agrikultura u tittejjeb il-ġestjoni tar-riżorsi agrikoli;

Billi programm tal-Komunità tali ta' miżuri fit-tul jistgħu jwasslu għall-forom ġodda ta' produzzjoni, u għalhekk tibbenefika l-agrikultura, l-ambjent u l-kampanja;

Billi huwa importanti li jkun żgurat li r-riżultati tax-xogħol fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura li għalihom tagħmel kontribut il-Komunità isiru disponibbli għall-Komunità;

Billi fil-qafas tal-politika ġenerali fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura żviluppata mill-Komunità bl-għajnuna ta' korpi konsultattivi rilevanti, it-twaqqif ta' kumitat kompost minn rappreżentanti ta' Stati Membri u presjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni huwa l-aktar mezz xieraq għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni, dan il-kumitat ikun jista' jipprovdi l-għajnuna u pariri xierqa lill-Kummissjoni fit-twettieq ta' dawk l-impenji mogħtija lilha fil-koordinazzjoni tal-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura;

Billi, biex ikun permess l-użu ta' riżultati miksuba, it-tqassim tagħhom u l-għoti ta' pariri għandhom jitħeġġu; billi biex jintlaħaq l-użu l-aktar xieraq u wiesgħa tal-programm ta' azzjoni kemm jista' jkun għandu jkun supplimentat bil-pubblikazzjonijiet li jkopru r-riżultati u l-attivitajiet konsultattivi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Bl-iskop li jintlaħqu l-miri tal-politika agrikola komuni, xogħol fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura magħmul fl-Istati Membri għandu jkun koordinat u mħeġġeġ fil-livell Komunitarju taħt il-kondizzjonijiet preskritti f'dan ir-Regolament.

2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura għandhom jinkludu riżorsi ġenetiċi kemm ta' pjanti u ta' annimali;

(b) - riżorsi ġenetiċital-pjanti għandhom ifissru partikolarment dawk l-uċuħ agrikoli, inkluż dwieli, għalf, uċuħ ortikulturali, inkluż uċuħ tal-ġnien u ornamentali, uċuħ ta' pjanti mediċinali u aromatiċi, uċuħ tal-frott, siġar tal-foresta, fungi, mikro-organiżmi u flora selvaġġa li huma jew jistgħu jintużaw fil-qasma tal-agrikultura.

- riżorsi ġenetiċi tal-annimali għandhom ifissru, partikolarment, dawk l-annimali tar-razzett (vertebrati u ċerti invertebrati), mikro-organiżmi u fawna selvaġġa li huma jew jistgħu jintużaw fil-qasam tal-agrikultura.

3. Il-koordinazzjoni u l-promozzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skond il-politika ġenerali fuq ir-riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura preskritta mill-Komunità.

IT-TITOLU I Informazzjoni u konsultazzzjoni

Artikolu 2

Għandhom ikunu stabbiliti arranġamenti għall-bdil ta' informazzjoni u konsultazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni taħt il-kondizzjonijiet msemmija f'Artikoli 3 and 4.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fuq bażi regolari, u tal-inqas darba fis-sena, b'informazzjoni teknika, ekonomika u finanzjarja fuq miżuri speċifiċi għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura mwettqa jew pjanati taħt l-awtorità tagħhom.

Għandhom jipprovaw li jipprovdu lill-Kummissjoni fuq bażi regolari b'informazzjoni simili fuq il-miżuri ta' konservazzjoni, karatterizzazzjoni, il-ġabra u użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura mwettqa u ippjanati minn korpi mhux taħt l-awtorità tagħhom.

2. Il-Kummissjoni għandha żżomm inventarju permanenti tal-miżuri msemmija fil-paragrfu 1 u, permezz ta' miżuri xierqa, tinkuraġġixxi bdil ta' informazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet kompetenti fl-Istati Membri partikolarment bdil fuq l-oriġinijiet u l-karatteristiċi tar-riżorsi ġenetiċi disponibbli.. Dan il-bdil ta' informazzjoni jista' jseħħ fil-kuntest ta' miżuri finanzjati mill-programm msemmi f'Artikolu 7.

3. Wara li tinkiseb l-fehma tal-Kumitat msemmi f'Artikolu 13, il-Kummissjoni għandha tiffissa l-proċeduri biex isiru disponibbli lil dawk kollha konċernati l-informazzjoni kollha miġbura.

Artikolu 4

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel studju permanenti tal-politika fuq is-sitwazzjoni ta', u x-xejriet fil-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura fl-Istati Membri, wara li jitqiesu r-riżultati ta' studji rilevanti oħra fil-qasam ta' riżorsi ġenetiċi inkluż dawk disponibbli fuq sfruttament ġenetiku u l-erożjoni. Għal dak l-iskop, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' l-Istati Membri ġewwa l-Kumitat msemmi f'Artikolu 13.

2. Il-Kummissjoni għandha torganizza bdil ta' informazzjoni u espanzjoni u titjib tal-miżuri għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura partikolarment permezz ta' seminars, korsijiet ta' taħriġ, bdil ta' esperti, żjajjar ta' studju u rapporti xjentifiċi u tekniċi.

IT-TITOLU II Miżuri speċifiċi

Artikolu 5

1. Mingħajr preġudizzju għal kull rakkommandazzjoni li l-Kummissjoni tista' tagħmel lill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għal;

(a) assistenza għall-koordinazzjoni fil-livell Komunitarju, ta' ċerti miżuri nazzjonali għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura biex tippermetti l-organizzazzjoni razzjonali tal-mezzi impjegati ġewwa l-Komunità u l-użu effiċjenti tar-riżultati u biex jintlaħaq approċċ skond il-miri tal-politika agrikola komuni;

(b) l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programmi ta' miżuri għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura fil-livell Komunitarju biex jappoġġaw u jissuplimentaw l-azzjoni meħuda fl-Istati Membri,

2. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura preskritta f'Artikolu 14.

Artikolu 6

1. Skond il-proċedura preskritta f'Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li kull riżultat li jikkontribwixxi għall-applikazzjoni ta' miżuri adottati bis-saħħa ta' Artikolu 5(1) ikun disponibbli għall-Komunità bl-aktar mezzi xierqa.

2. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa skond il-miri tal-politika agrikola komuni, biex tħeġġeġ id-disseminazzjoni u l-isfruttament ta' kull riżultat tax-xogħol fil-kamp tal-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura li jikkontribbwixxu biex jintlaħqu dawk il-miri.

IT-TITOLU III Programm ta' azzjoni dwar ir-riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura

Artikolu 7

L-ewwel programm għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura kif muri fl-Anness I, minn hawn 'il quddiem msejjaħ 'il-programm, huwa b'dan adottat għall-perjodu ta' ħames snin.

Artikolu 8

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-programm, inkluż il-livell ta' appoġġ finanzjarju mill-Komunità, huma kif murija f'Anness I.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-programm wara li tinkiseb il-fehma tal-Kumitat msemmi f'Artikolu 13. Din il-konsultazzjoni għandha tirrigwarda partikolarment:

- l-abbozzar u l-aġġornament ta' programm ta' xogħol

- il-kontenut tas-sejħiet pubbliċi għall-proposti ta' azzjoni,

- l-istima ta' azzjonijiet għalenija u l-proġetti provduti fl-ANNESS I,

- l-iżvilupp u l-isfruttament tal-inventarju msemmi f'Artikolu 3(2).

Artikolu 10

1. Il-programm tax-xogħol msemmi fl-ewwel inċiż ta' Artikolu 9 għandu jippreskrivi l-oġġettivi dettaljati, it-tip ta' azzjonijiet li għandhom ikunu applikati u d-dispożizzjonijiet rilevanti finanjarji li għandhom ikunu adottati. Il-Kummissjoni għandha toħroġ sejħiet pubbliċi għall-proposti ta' azzjoni fuq il-bażi ta' programm ta' xogħol.

2. Kuntratti magħmula mill-Kummissjoni għall-implimentazjoni ta' diversi miżuri għandhom jippreskrivu regoli dettaljati għad-disseminazzjoni, il-protezzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-azzjonijiet meħuda bħala parti mill-programm.

Artikolu 11

1. Matul it-tielet sena ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-programm u tagħmel analiżi tas-sitwazzjoni, partikolarment, il-pożizzjoni finanzjarja. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq ir-riżultati tar-riviżjoni.

2. Fit-tmiem tal-programm, il-Kummissjoni għandha taħtar grupp ta' esperti indipendenti biex jistmaw ir-riżultati. Ir-rapport tal-grupp, flimkien mal-kummenti tal-Kummissjoni, għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.

Artikolu 12

1. Il-fondi stmati bħala meħtieġa għall-esekuzzjoni ta' dan il-programm, inkluż l-ispiża tal-persunal u l-amministrazzjoni jammontaw għal ECU 20 miljun.

2. Allokazzjoni indikattiva tal-fondi tingħata f'Anness II.

IT-TITOLU IV Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 13

1. Kumitat fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura, minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala "il-Kumitat", għandu jkun stabbilit kompost mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u presjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Il-Kumitat għandu jadotta regoli tal-proċedura skond ir-regoli adottati fl-1965 għall-Kumitati ta' Ġestjoni stabbiliti għall-amministrazzjoni tal-organizzazzonijiet tas-swieq.

3. Kwistjonijiet għandhom ikunu riferiti lill-Kumitat għal opinjoni skond il-proċedura preskritta f'Artikolu 14.

Artikolu 14

1. Meta l-proċedura preskritta f'dan Artikolu għandha tkun segwita, il-president għandu jirriferi l-kwistjoni lill-Kumitat jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' rappreżentant ta' Stat Membru.

2. Ir-rappresentant tal-Kumissjoni għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f'limitu taż-żmien illi l-President tiegħu jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tingħata skond il-maġġoranza stipulata f'Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat għandhom jitwieżnu b'mod preskritt f'dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw minnufih. Iżda, jekk dawn il-miżuri mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, għandhom ikunu ikkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill minnufih. F'dak il-każ il-Kummissjoni tista' tippostponi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun iddeċidiet għall-perjodu ta' mhux aktar minn xahar mid-data ta' din il-komunikazzjoni.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħdu deċiżjoni differenti fit-terminu msemmi fil-paragrafu 5 ta' qabel.

Artikolu 15

Il-Kumitat jista' jikkonsidra kull kwistjoni rilevanti oħra mibgħut lilu mill-president jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru.

Artikolu 16

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq il-miżuri għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura msemmija f'Artikolu 5.

Partikolarment, ir-rapport għandu jinkludi:

- stħarriġ tal-iżvilupp ta' azzjonijiet fir-rigward tal-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura fl-Istati Membri.

- deskrizzjoni tal-iżvilupp tal-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura fil-Komunità,

- il-pożizzjoni fir-rigward tal-miżuri applikati f'dan ir-Regolament,

- studju esploratorju ta' żviluppi mixtieqa fil-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura fl-Istati Membri u l-koordinazzjoni tax-xogħol f'dik l-isfera fil-livell Komunitarju fid-dawl tal-miri tal-politika agrikola komuni u tar-riżultati diġa milħuqa taħt dan il-programm. L-istudju għandu jinkludi, fejn xieraq, referenzi għax-xogħol magħmul f'dan il-qasam b'organizzazzjonijiet internazzjonali ta' kompetenza rikonoxxuta.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara dik tal-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-20 ta' Ġunju 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Moraitis

[1] ĠU Ċ 266, tal- 1.10.1993, p. 2.

[2] ĠU Ċ 128, tad- 9.5.1994.

[3] ĠU Ċ 52, tad- 19.2.1994, p. 20.

--------------------------------------------------

ANNESS I

REGOLI DETTALJATI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' PROGRAMM TA' AZZJONI

I. OĠĠETTIVI

L-oġġettivi għandhom jgħinu jiżguraw u jtejbu l-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi ta' pjanti u annimali potenzjalment ta' valur fil-Komunità.

Biex jintlaħqu l-oġġettivi, azzjonijiet eżistenti fl-Istati Membri għandhom ikunu koordinati, kumplimentati u estiżi Fl-azzjonijiet kollha l-prinċipju ta' sussidjarjetà għandu jkun applikat.

Fejn xieraq, l-azzjonijiet meħuda f'dan il-programm għandhom ikunu segwiti flimkien ma' l-azzjonijiet fl-istess qasam meħuda minn organizzazzjonijiet internazzjonali ta' kompetenza rikonoxxuta.

II. DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Il-programm għandu jkun implimentat mill-Kummissjoni.

2. Il-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-programm msemmija f'Artikolu 8 għandhom jinkludu inventarju permanenti ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura fil-Komunità, azzjonijiet għalenija, proġetti bi spejjeż mqassma għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' dawk ir-riżorsi ġenetiċi u miżuri li jakkumpanjawhom.

- Inventarju permanenti

L-inventarju permanenti għandu jikkonsisti prinċipalment fit-twaqqif, aġġornament regolari u pubblikazzjoni regolari tal-istat u n-natura tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura miġbura fil-Komunità u l-elenkar tax-xogħol kurrenti fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' dawk ir-riżorsi ġenetiċi. Spiża fuq it-twaqqif tal-inventarju u l-pubblikazzjoni regolari tiegħu għandha tkun koperta mill-voti kollha mogħtija għall-implimentazzjoni tal-programm.

- Azzjonijiet għalenija

Azzjonijiet għalenija għandhom jikkonsistu f'xogħol magħmul mill-Komunità biex tikkoordina azzjonijiet individwali għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura magħmula fl-Istati Membri. Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja sa 100 % tal-ispiża ta' konċentrazzjoni.

- Proġetti bl-ispejjeż mqassma għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura.

Għandhom ikunu konklużi kuntratti bi spejjeż mqassma għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura. Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ta' mhux aktar minn 50 % tal-ispiża totali tal-proġetti għall-implimentazzjoni tagħhom.

Proġetti bi spejjeż mqassma għandhom, bħala regola ġenerali, jitwettqu mill-parteċipanti stabbiliti fil-Komunità. Għandha tingħata prijorità lill-proġetti li jipprovdu għall-parteċipazzjoni ta' tnejn jew iżjed parteċipanti mhux konnessi stabbiliti fi Stati Membri differenti. Kuntratti għall-proġetti bi spejjeż mqassma għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura għandhom, bħala regola ġenerali, ikunu konklużi wara proċedura ta' għażla ibbażata fuq sejħiet għall-proposti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. F'każijiet urġenti, il-proċedura ristretta tista' tintuża.

- Miżuri li jakkumpanjaw

Miżuri li jakkumpanjaw għandhom jikkonsistu minn:

- l-organizzazzjoni ta' seminars, konferenzi tekniċi u workshops,

- miżuri interni ta' koordinazzjoni permezz ta' gruppi tekniċi speċjalizzati,

- skemi ta' taħriġ u mobilità għall-persunal speċjalista,

- il-promozzjoni tal-użu tar-riżultati.

Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja sa 100 % tal-ispiża totali ta' dawn il-miżuri.

3. Kull persuna naturali jew legali li hija ċittadina ta' Stat Membru u stabbilita fil-Komunità tista' tipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-miżuri provduti fil-programm.. Il-parteċipazzjoni ta' ċittadini ta' terzi pajjiżi u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità dwar din il-parteċipazzjoni għandhom ikunu eżaminati fuq bażi ta' każ b'każ.

4. Neqfa fuq id-disseminazzjoni tar-riżultati u t-tagħrif miksub matul l-implimentazzjoni tal-miżuri u l-proġetti għandhom isiru mill-estimi tal-programm.

5. Il-proposti kollha għall-miżuri għandhom jinkludu dikjarazzjoni fuq l-impatt fuq l-ambjent. Id-dikjarazzjoni għandha tinkludi impenn għall-ħarsien tar-regoli tas-sigurtà rilevanti.

III. PROĊEDURI TEKNIĊI

1. Skop

(a) Attivitajiet eliġibbli

Dan il-programm jirrigwarda l-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi, tal-pjanti u l-annimali, li bħalissa jseħħu ġewwa t-territorju tal-Komunità u li x'aktarx jintilfu jekk ma jittieħdux miżuri speċjali.

Organiżmi eliġibbli huma pjanti (żerriegħa u ċerti pjanti li jkollhom l-ispori), annimali (vertebrati u ċerti invertebrati) u mikro-organiżmi.

It-tipi kollha ta' materjal eliġibbli inkluż cultivars u razzez domestiċi, razzez lokali, materjal ta' min irabbi, ġabriet ta' tip ġenetiku u speċi slavaġġ. Il-programm ikopri materjal li qed jikber attivament u materjal li huwa inattiv (żerriegħa, embrijuni, sperma u pollinu) Ġabriet kemm ex-situ u in-situ huma koperti.

Għandha tingħata prijorità lill-speċi li huma, jew li raġonevolment huwa mistenni li jsiru, ekonomikament sinnifikanti fl-agrikultura, ortikultura jew selvikultura fil-Komunità. Tingħata preferenza partikolari għall-użu ta' riżorsi ġenetiċi għal:

- diversifikazzjoni tal-produzzjoni fl-agrikultura,

- kwalità tal-prodott imtejjeb,

- kura aħjar tal-ambjent.

"Dokumentazjoni", "passaport", "karatterizzazzjoni" u "valutazjoni" huma definiti f'dan il-programm kif ġej:

- "dokumentazzjoni" tirriferi għall-ġabra u l-irrikordjar tat-tipi kollha tad-data,

- data"passport" huma irrikordjati fis-sit tal-ġabra,

- "karatterizzazzjoni" tirriferi għad-deskritturi tassonomiċi primarji irrikordjati sussegwentement,

- "valutazzjoni" tirriferi għall-istima ta' karatteristiċi oħra bħal mard jew resistenza għall-istress,

Meta ġabriet huma reġistrati u jsir ġbir ġdid, għandhom jittieħdu passi fil-programm biex jiżguraw li huma inklużi wkoll l-esperjenza reġjonali tradizzjonali u l-għarfien tal-utenti (bdiewa, ortokulturisti) fuq metodi ta' koltivazzjoni, użi speċifiċi, proċessar, togħma eċċ.

(b) Esklużi

L-azzjonijiet li ġejjin huma speċifikatament mhux eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju taħt dan il-programm: studji teoretiċi, studji biex jippruvaw l-ipoteżijiet, studju biex jittejbu għodod jew tekniċi, xogħol li jinvolvi tekniċi mhux pruvati jew sistemi "mudell" u attivitajiet ta' riċerka oħrajn kollha. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jkunu eliġibbli għall-konsiderazzjoni taħt programmi tal-Komunità ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku,

Azzjonijiet li huma diġa għaddejja fl-Istati Membri għandhom jikkwalifikaw biss biex isiru azzjonijiet għalenija.

Azzjonijiet fuq annimali primittivi, pjanti u mikro-organiżmi mhumiex eliġibbli, ħlief għal dawk li huma mrobbija jew koltivati l-art jew fl-ilma frisk jew dawk l-organiżmi li huma tajba għall-użu bħala aġenti bioloġiċi fl-agrikultura. Għandhom isiru eċċezzjonijiet fil-każ speċifiku ta' relazzjonijiet definiti ġene għal ġene bejn parassita jew simbjont u l-ospiti, u fejn iż-żewġ organiżmi għandhom ikunu konservati.

Il-ġabra u l-kisba ta' materjal huma soġġetti għall-prijoritajiet stipulati hawn fuq.

2. Azzjonijiet

Għandhom jitħeġġu l-azzjonijiet li ġejjin:

(a) Inventarju

Għandu jsir inventarju permanenti tax-xogħol magħmul fil-Komunità fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura u fuq programmi in situ u ġabriet ex situ, aġġornati perjodikament u pubblikati regolarment.

L-inventarju għandu jipprovdi gwida għall-ġabriet ta' riżorsi ġenetiċi konservati u attivitajiet assoċjati fil-Komunità. Il-miri tal-inventarju huma li jappoġġaw l-attivitajiet tal-programm u jħeġġu l-għarfien l-aktar wiesgħa possibbli u l-użu tal-materjal preservat. L-inventarju għandu jkollu d-dettalji sħaħ ta' kull database u ta' kull ġabra appoġġata partikolarment bil-programm, flimkien ma' dettalji l-oħra xierqa.

(b) Konservazzjoni, dokumentazjoni u bdil ta' informazzjoni

L-oġġettiv huwa li jissaħħu l-isforzi tal-Komunità fil-konservazzjoni u d-dokumentazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi agrikoli, ta' annimali u tal-pjanti, inkluż siġar tal-foresta, billi jkun armonizzat ix-xogħol li qed isir diġa u tkun eliminata d-duplikazzjoni tal-isforz.

Ix-xogħol għandu jipproċedi f'serje ta' passi loġiċi. Xogħol li jirrigwarda pass aktar tard m'għandux ikun eliġibbli għal fondi tal-Komunità sakemm ma jkunx hemm prova li l-passi preċedenti ikunu konklużi kemm jekk f'dan il-programm jew qabel.

Eventwalment, jekk jintwera li teżisti l-ħtieġa, jistgħu jkunu appoġati azzjonijiet ġodda (pass 6).

Biex ikunu armonizzati l-isforzi, id-databases użati fl-azzjonijiet appoġġati mill-programm għandhom ikunu kompatibbli.

F'kull pass fil-proċess, għandha tkun pubblikata l-informazzjoni u materjal maħżun għandu, kemm jista' jkun possibbli, ikun disponibbli għad-distribuzzjoni.

Għal kull speċi l-passi huma li ġejjin:

- Pass 1: Stabbilixxi pjan tax-xogħol

Issir lista minima ta' deskritturi primarji, iddisinja u ipprova database komuni u format komuni għal bdil tad-data. Id-database komuni għandha tkun disinjata biex tirrispondi għall-bżonnijiet tal-utenti u għandha tuża l-lingwa standard tad-database. Id-deskritturi magħżula għandhom ikunu ereditabbli ħafna. Għandhom ikunu mfissra fl-ambjenti kollha u jkun irħisa għall-valutazzjoni.

- Pass 2: Karatterizza il-ġabriet

Oħloq id-database. Iġbor data tal-passaport, immoltiplika jew irriġenera materjal u ikkaratterizza d-deskritturi primarji.

- Pass 3: Valutazzjoni (karatterizzazzjoni sekondarja)

Fejn rilevanti, żid data minn testijiet oħra ta' screening (ara "valutazzjoni u utilizazzjoni").

- Pass 4 Issortja l-ġabriet

Bl-użu tad-database komuni, identifika d-duplikati u nuqqasijiet fil-ġabriet eżistenti. Fejn xieraq, għażel frazzjoni mit-total bħala qalba tal-ġabra.

- Pass 5 Irrazzjonalizza l-ġabriet

Fejn hemm duplikazzjoni bejn il-ġabriet, irrazzjonalizza u armonizza l-azjendi. Xi sovraponiment tal-azjendi hu meħtieġ biex iħares kontra telf aċċidentali. Il-kriterju minimu hu li duplikati tal-qalbiet tal-ġabriet għandhom isiru mill-anqas f'żewġ siti magħżula. Il-ġabra fil-kumpless tagħha tista' titferrex fuq diversi siti magħżula.

- Pass 6: Ikseb (iġbor) riżorsi ġenetiċi

Jista' jsir il-ġbir:

(i) Meta hemm nuqqasijiet fil-ġabriet, li fid-deher jillimitaw l-utilità tagħhom; jew

(ii) meta hemm materjal mhux miġbur li huwa raġonevolment suspettat li huwa uniku u li, jekk mhux miġbur, jintilef.

Prattiċi tajba u ta' ħażna għandhom ikun segwiti u l-materjal miġbur għandu jkun dokumentat u mdaħħal fid-database (passi 1 sa 5). Għall-annimali, "ġabra" tista' tinkludi l-ġabra u l-preservazzjoni ta' sperma, bajd u embrijuni ta' razzez mhedda jew uniċi.

Għandha issir enfażi partikolari fuq il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni u disseminazzjoni li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' hawn fuq,

(ċ) Valutazzjoni u użu

L-oġġettiv huwa biex tittejjeb il-valutazzjoni u l-użu ta' materjal maħżun fil-ġabra ta' riżorsa ġenetika in-situ u ex-situ fil-Komunità.

L-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli:

- Azzjonijiet li jwasslu direttament għall-użu ta' materjal konservat fl-agrikultura, eż il-moltiplikazzjoni ta' materjal kandidat u l-prova tiegħu f'kondizzjonijiet reali.

- Il-kisba ta' informazzjoni rilevanti minn utenti li rċevew riżorsi ġenetiċi mill-bank ġenetiku fil-passat u l-ġabra ta' informazzjoni rilevanti mil-letteratura.

- Il-valutazzjoni ta' rutina tal-prestazzjoni tal-materjal konservat f'kondizzjonijiet prattiċi.

- L-"i screening" ta' rutina ta' materjal konservat għal sorsi ta' ġeni utili u rilevanti li jagħtu eż, kwalità tal-prodott, resistenza għall-mard, annimali ta' ħsara u kondizzjonijiet ta' stress, abbilità ġenerali ta' tgħaqqid u sterilità maskili.

- Ir-reġistrazzjoni ta' karatteri mhux ekonomiċi oħra li huma utli operazzjonalment eż għall-identifikazzjoni aktar mgħaġġla jew preċiża tal-ġenotipi.

3. Parteċipazzjoni

Għandu jkun hemm żewġ modi ta' parteċipazzjoni fi proġetti ta' spejjeż mqassma Il-kriterji huma kif ġej:

(a) Parteċipant maħtur

A Parteċipant maħtur:

- huwa rikonoxxut għat-taħriġ fil-livell tal-Ph. D.; il-parteċipant għandu jkun lest li jaċċetta studenti għat-taħriġ post-universitarju (3 snin) taħriġ.

u/jew

- huwa uffiċjalment rikonoxxut mill-Istat Membru,

u/jew

- huwa ċertifikat mill-Istat Membru li jkollu livell paragunabbli ta' kompetenza fil-qasam rilevanti,

u

jekk responsabbli għall-ġabra, dik il-ġabra għandha:

- tkun aċċessibbli lill-utenti kollha bona fide,

- iħares standards ta' prattika tajba,

- ikunu f'użu attiv

(B) Parteċipant kumplimentari

Parteċipant kumplimentari jkollu materjal li huwa kumplimentari ma' dak tal-istess speċi f'bank ġenetiku indikat jew għandu xi kompetenza oħra kumplimentari.

Parteċipanti kumplimentari għandhom jipparteċipaw fix-xogħol bħala subkuntratturi f'kollaborazzjoni ma' parteċipant maħtur.

Dan huwa programm multidixxiplinari. Hija speċjalment mħeġġeġa l-parteċipazzjoni tad-dixxiplini kollha rilevanti, partikolarment ta' dawk rigwardanti l-użu ta' materjal maħżun.

--------------------------------------------------

ANNESS II

TQASSIM FINANZJARJU INDIKATTIV TA' RIŻORSI ĠENETIĊI FL-AGRIKULTURA

Azzjoni | % |

I.Inventarju permanenti | 10 % |

II.Konservazzjoni, karatterizzazzjoni, ġabra, użu | 88 % |

1.Riżorsi ġeneriċi tal-pjanti | 66 % |

2.Riżorsi ġenetiċi tal-annimali | 22 % |

III.Valutazjoni tal-programm | 2 % |

Total | 100 % |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet