31994L0039



Official Journal L 207 , 10/08/1994 P. 0020 - 0029
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 60 P. 0132
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 60 P. 0132


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/39/KE

tal-25 ta' Lulju 1994

li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali ta' l-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta' Settembru 1993 dwar il-materjali ta' l-għalf għal skopijiet partikolari nutrizjonali [1] u partikolarment l-Artikolu 6(a) tagħha,

Billi Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tipprovdi għall-istabbiliment ta' lista pożittiva ta' l-użu intiż tal-materjali ta' l-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali; billi dik il-lista trid tindika l-użu preċiż, jiġifieri, l-iskop partikolari nutrizzjonali, l-karatteristiċi nutrizzjonali, d-dikjarazzjonijiet ta' l-ittikettjar u meta xieraq il-ħtiġiet speċjali tal-ittikkettjar;

Billi ċerti skopijiet nutrizzjonali ma jistgħux jiġu inklużi fil-lista ta' użu intiż minħabba l-assenza ta' metodi tal-Komunità ta' kontroll għall-valur ta' l-enerġija fil-materjali ta' l-għalf ta' l-annimali u għall-fibra dietetika fil-materjali ta' għalf ta' l-annimali; billi din il-lista għandha tkun ikkompletata appena dawn il-metodi jiġu adottati;

Billi l-lista stabbilita tista' tkun immodifikata, meta xieraq, bis-segwiment ta' l-iżviluppi fit-tagħrif xjentifiku u tekniku;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-materjali ta' l-għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-materjali ta' l-għalf intiżi għal skopijiet partikolari nutrizzjonali fl-ambitu tat-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE għandhom ikunu marketed biss jekk l-użu intiż tagħhom huma inklużi fil-parti B ta' l-Anness għal din id-direttiva u jekk jissodisfaw id-dispożizzjonijiet l-oħra stabbiliti f'dik il-Parti ta' l-Anness.

Aktar minn hekk, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-dispożizzjonijiet permezz tad- "Dispożizzjonijiet Ġenerali" tal-Parti A ta' l-Anness ikun hemm konformità magħhom.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma din id-Drettiva mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1995. Huma għandhom immedjetament jinformaw b'dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'riferenza bħal din fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 237, tat-22.9.1993, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

PARTI A

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Meta jkun hemm aktar minn grupp wieħed ta' karatterisitiċi nutrizzjonali indikati fil-kolonna 2 tal-Parti B, ddenotata bi "u/jew", għall-istess skop nutrizzjonali, il-manifattur għandu l-għażla li juża jew wieħed minn inkella ż-żewġ gruppi ta' karatteristiċi essenzjali, sabiex jikseb l-iskop nutrizzjonali ddefinit fil-kolonna 1. Għal kull għażla d-dikjarazzjonijiet korrespondenti tal-ittikkettjar huma mogħtija biswit il-kolonna 4.

2. Meta grupp ta' addittivi huwa msemmi fil-kolonna 2 jew fil-kolonna 4 tal-Parti B l-addittiv(i) wżati għandhom ikunu awtoriżżati fid-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE [1] bħala li huma korrespondenti għall-karatteristika essenzjali speċifikata.

3. Meta s-sors(i) ta' l-ingredjenti jew tal-kostitwenti analitiċi hija(huma) meħtieġa fil-kolonna 4 tal-Parti B, il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni preċiża (e.g. l-isem speċifiku ta' l-ingredjent(i), l-ispeċi ta' l-annimali jew ta' parti mill-annimal) li jippermettu l-evalwazzjoni tal-konformità tal-materjali ta' l-għalf bil-karatteristiċi essenzjali nutrizzjonalment korrespondenti.

4. Meta d-dikjarazzjoni ta' sustanza, ukoll awtoriżżata bħala addittiv, hi meħtieġa fil-kolonna 4 tal-Parti B u hija akkumpanjata bl-espressjoni "total" il-kontenut iddikjarat għandu jirreferi għal, kif xieraq, il-kwantità naturalment preżenti meta xejn ma jkun miżjud jew, b'deroga mid-Direttiva 70/524/KEE, il-kwantità totali tas-sustanza naturalment preżenti u l-ammont miżjud bħala addittiv.

5. Id-dikjarazzjonijiet meħtieġa fil-kolonna 4 bir-referenza "jekk miżjuda" huma obligatorji meta l-ingredjent jew l-addittiv ikun ġie inkorporat jew miżjud speċifikament biex jippermetti l-ksib tal-iskop nutrizzjonali partikolari.

6. Id-dikjarazzjonijiet li għandha tingħata bi qbil mal-kolonna 4 tal-Parti B dwar il-kostitwenti analitiċi u l-additivi għandha tkun kwantitattiva.

7. Il-perijodu rakkomandat ta' l-użu indikat fil-kolonna 5 tal-parti B jindika l-medda li fiha l-iskop nutrizzjonali għandu normalment ikun miksub. Il-manifatturi jistgħu jirreferu għal perijodi aktar preċiżi ta' użu, fil-limiti stabbiliti.

8. Meta materjal ta' l-għalf huwa intiż li jissodisfa aktar minn skop nutrizzjonali wieħed, dan għandu jkun konformi mal-kitbiet korrispondenti fil-Parti B.

9. Fil-każ ta' materjali ta' l-għalf kumplimentari li huma intiżi għall-iskopijiet partikolari nutrizzjonali, gwida dwar il-bilanċ tar-razzjon ta' kull jum għandha tkun ipprovduta fl-istruzzjonijiet għall-użu kif murija fuq it-tikketta.

PARTI B

Lista ta' użiu intiż

Skop partikolari nutrizzjonali | Karatteristiċi essenzjali nutrizzjonali | Speċi jew kategorija ta' l-annimali | Dikjarazzjonijiet tal-ittikkettjar | Tul rakkomandat għall-użu | Dispożizzjonijiet oħra |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

Sostenn għall-funzjoni renali fil-każ ta' insuffiċjenza renali | Livell baxx ta' fosfru u livell ristrett ta' proteina imma ta' kwalità għolja | Klieb u qtates | Sorsi ta' ProteinaKalċjuFosfruPotassjuSodjuKontenut ta' aċidi mxaħħma essenzjali (jekk miżjuda) | Inizjalment sa sitt xhur | Indika fuq il-pakkett, ik-il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa rrakkomandat li l-opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta' l-użu" Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:"Ilma jrid ikun disponibbli l-ħin kollu" |

Dissoluzzjoni ta' ġebel struwittiv | —Propjetajiet aċidifikanti ta' l-urina, livell baxx ta' manjeżju, u livell ristrett ta' proteina imma ta' kwalità għolja | Klieb | Sorsi ta' ProteinaKalċjuFosfruSodjuManjeżjuPotassjuKloridiKubritSustanzi aċidifikanti ta' l-urina | 5 sa 12-il ġimgħa | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Ilma jrid ikun disponibbli l-ħin kollu" Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa rrakkommandat li opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu" |

—Propjetajiet aċidifikanti ta' l-urina u livell moderat ta' magnjeżju | Qtates | KalċjuFosfruSodjuManjesjuPotassjuKloridiKubritTotal ta' zokkorSustanzi aċidifikaanti ta' l-urina |

Tnaqqis ta' rikorrenza tal-ġebla struttiva | Propjetajiet aċidifikanti ta' l-urina u livell moderat ta' magnjeżju | Klieb u qtates | KalċjuFosfruSodjuManjesjuPotassjuKloridiKubritSustanzi aċidifikaanti ta' l-urina | Sa 6 xhur | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa rrakkomandat li opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu." |

Tnaqqsis tal-formazzjoni tal-ġebla uratika | Livell baxx ta' purini, livell baxx ta' proteina imma ta' kwalità għolja | Klieb u qtates | Sorsi ta' Proteina | Sa 6 xhur imma użu għal tul il-ħajja f' każijiet ta' disturbanza irreversibbli tal-metaboliżżmu b aċidu urikuż | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa rrakkomandat li opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu." |

Tnaqqsis tal-formazzjoni tal-ġebla oxalika | Livell baxx ta' kalċju, livell baxx ta' vitamina D u propjetajiet alkalizzanti ta' l-urina | Klieb u qtates | FosfruKalċjuSodjuManjesjuPotassjuKloridiKubritTotal vitamina DIdroxiprolinaSustanzi alkalizzanti ta'l-urina | Sa 6 xhur | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa rrakkomandat li opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu." |

Tnaqqsis tal-formazzjoni tal-ġebla ċistina | Livell baxx ta' proteina, livell moderat ta' aċidi amino tal-kubrit u propjetajiet alkalizzanti ta' l-urina | Klieb u qtates | Total ta' aċidi amino tal-kubritSodjuPotassjuKloridiKubritSustanzi alkalizzanti ta'l-urina | Inizzjalment sa sena | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa rrakkomandat li opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta' l-użu" |

Tnaqqis ta' l-intolleranzi għall-ingredjenti u n-nitriment | Sorsi ta' proteina magħżula | Klieb u qtates | Sorsi ta' ProteinaKontenut ta' l-aċidi mxaħħma essenzjali (jekk miżjuda) | 3 sa 8 ġimgħat jekk jisparixxu s-sinjali ta' l-intolleranxa dan l-ikel jista' jintuża indefinittivament | — |

sorsi magħżula tal-karbo-idrati (s) | Sors(i) ta' Karbo-idratikontenut ta' aċidi mxaħħma essenzjali (jekk miżjuda) | |

Riduzzjoni ta' disordni assorbittiva intestinali akuta | Livell aktar għoli ta' elettroliti u l-ingredjenti li jkunu diġeriti malajr | Klieb u qtates | Ingredjenti li jiġu diġeriti b' mod mgħaġġel kif ukoll it trattament tagħhom jekk xieraqSodjuPotassjuSors(i) ta' sustanzi muċilaġġini (jekk miżjuda) | 1 sa 2 ġimgħat | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Matul perijodi ta' u l-irkuprar minn dijarreja akuta.""Huwa rrakkomandat li l-opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu." |

Kumpens għal diġestjoni ħażina | Ingredjenti li jiġu diġeriti malajr u livell aktar baxx ta' xaħam | Klieb u qtates | Ingredjenti ferm diġeriti inkluż it-trattament tagħhom jekk xieraq | 3 sa 12-il ġimgħa, imma durata għal-ħajja fil-każ ta' insuffiċjenza kronika tal-pankreja | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa rrakkomandat li l-opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu." |

Sostenn għall-funzjoni tal-qalb fil-każ ta' insuffiċjenza kardijaka. | Livell baxx ta' melħ u rata miżjuda ta' K/Na | Klieb u qtates | SodjuPotassjuManjesju | Inizzjalement sa 6 xhur | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa rrakkomandat li opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta' l-użu" |

Regolazzjoni ta' forniment ta' zokkor (Dijabete mellitus) | Livell baxx ta' karbo-idrati li jirrilaxxaw iz-zokkor b' mod mgħaġġel | Klieb u qtates | Sors(i) ta' Karbo-idratiTrattament ta' karbo-idrati jekk xieraqLamtuTotal ta' zokkorFruttożi (jekk miżjuda)Kontenut ta' aċidi mxaħħma essenzjali (jekk miżjuda)Sors(i) ta' aċidi mxaħma ta' katina qasira u medja (jekk miżjuda) | Inizzjalement sa 6 xhur | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa rrakkomandat li opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta' l-użu" |

Sostenn għall-funzjoni tal-fwied fil-każ ta' insuffiċjenza kronika tal-fwied | Proteini ta' kwalità għolja, livell moderat ta' proteini, livell baxx ta' xaħam, livell għoli ta' aċidi essenzjali tax-xaħam u livell għoli ta' karboidrati li jkunu diġeriti malajr | Klieb | Sorsi ta' ProteinaKontenut ta' aċidi essenzjali mxaħħmaKarboidrati li jiġu diġeriti b' mod mgħaġġel kif ukoll it trattament tagħhom jekk xieraqSodjuTotal ta' ram | Inizzjalement sa 6 xhur | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa ssuġġerit li opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta' l-użu" |

Proteini ta' kwalita għolja, livell moderat ta' proteina,m livell moderat ta' xaħam u livell għolo ta' aċidi tax-xaħam essenzjali | Qtates | Sorsi ta' ProteinaKontenut ta' aċidi essenzjali mxaħħmaSodjuTotal ta' ram |

Regolazzjoni ta' metaboliżżmu lipidu fil-każ ta' iperlipidimija | Livell baxx ta' xaħam u livell għoli ta' aċidi tax-xaħam essenzjali | Klieb u qtates | Kontenut ta' aċidi essenzjali mxaħħmaKontenut ta' aċidi essenzjali mxaħħma n-3 (jekk miżjuda) | Inizzjalement sa xahrejn | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa ssuġġerit li opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta' l-użu" |

Tnaqqis ta' ram fil-fwied | Livell baxx ta' ram | Klieb | Total ta' Ram | Inizzjalement sa 6 xhur | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa ssuġġerit li opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu." |

Sostenn għall-funzjoni tal-ġilda fil-każ ta' dermatożi u telf eċċessiv ta' xagħar | Livell għoli ta' aċidi tax-xaħam essenzjali | Klieb u qtates | Kontenut ta' aċidi essenzjali mxaħħma | Sa xahrejn | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Huwa ssuġġerit li opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta' l-użu" |

Tnaqqis tar-riskju ta' deni mill-ħalib | Livell baxx ta' kalċju | Baqar tal-ħalib | KalċjuFosfruManjesju | ġimgħa sa 4 ġimgħat qabel ma' jwelldu l-għoġġiela | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Ieqaf li tiitma wara li jwelldu." |

Relattività baxxa ta' katjuni/anjuni | KalċjuFosfruSodjuPotassjuKloridiKubrit |

Tnaqqis tar-riskju ta' Ketożi | Ingredjenti li jipprovdu sorsi ta' enerġija glukoġenika | Baqar u nagħaġtal-ħalib | Ingredjenti lijipprovdu glukoġenikuPropan-1,2 diol (jekk miżjud bħala prekursur taz-zokkor)Gliċerol (jekk miżjud bħala prekursur taz-zokkor) | 3 sa 6 ġimgħat qabel ma' jwelldu l-għoġġiela L-aħħar 6 ġimgħat qabel u l-ewwel 3 ġimgħat wara li jwelldu l-ħrief | |

Tnaqqis tar-riskju tat-tetnu (ipomanjesjamija) | Livell għoli ta' magnjeżju, karboidrati faċilment disponibbli, livell moderat ta' proteina u livell baxx ta' potassju | Ruminanti | LamtuTotal ta' zokkorManjesjuSodjuPotassju | 3 sa 10 ġimgħat matul perijodi ta' tkabbir ta' malajr tal-haxix | Fl-istruzzjonijit għall-użu, gwida għandha tkun ipprovduta fuq il-bilanċ tal-kwantità ta' kulljum, f'dak li jirrigwardja l-inklużjoni tal-fibra u sorsi faċilment disponibbli ta' l-enerġija. Fil-każ tal-materjali ta' l-għalf għall-ovini indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Speċjalment għall-ħrief li jerdgħu." |

Tnaqqis tar-riskju ta' l-aċidożi | Livell baxx ta' karboidrati li jiffermentaw b' mod faċli u għandhom il-kapaċità ta' lqugħ għolja | Ruminanti | LamtuTotal ta' zokkor | Massimu ta' xahrejn | Fl-istruzzjonijit għall-użu, gwida għandha tkun ipprovduta fuq il-bilanċ tal-kwanitità ta' kulljum, f'dak li jirrigwardja l-inklużjoni tal-fibra u sorsi faċilment fermentabbli tal-karboidrati. Fil-każ tal-materjali ta' l-għalf għall-baqar li jreddgħu indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Speċjalment għal baqar ta' produżżjoni għolja." Fil-każ tal-materjali ta' l-għalf għal ruminanti għas-simna indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Speċjalment għal dawk mitmugħa intensivament …" |

Stabilizzazzjoni tal-bilanċ ta' l-ilma u l-elettroliti | Prinċipalment elettroliti u karboidrati li jkunu assorbiti malajr | GħoġġielaMajjaliniNagħaġGidjienFerħ taż-żwiemel | Sors(i) ta' KarboidratiSodjuPotassjuKloridi | ġurnata sa 7 tijiem (ġurnata sa 3 ijiem jekk mitmugħa esklussivament) | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Fil-każ ta' riskju ta' matul il-perijodi ta', jew l-irkuprar minn disturbanza diġenstiva (dijarreja).""Huwa ssuġġerit li opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu." |

Tnaqqis tar-riskju ta' kalkul urinarju | Livell baxx ta' fosfru, magnjeżju u propjetajiet ta' l-urina aċidifikanti | Ruminanti | KalċjuFosfruSodjuManjesjuPotassjuKloridiKubritSustanzi aċidifikaanti ta' l-urina | Sa 6 ġimgħat | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Speċjalment għal dawk mitmugħa intensivament" Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Ilma jrid ikun disponibbli il-ħin kollu" |

Tnaqqis ta' reazzjonijiet ta' l-istress | Livell għoli ta' magnjeżjuu/jew | Majjali | Manjeżju | ġurnata sa 7 tijiem | Gwida għandha tkun ipprovduta dwar is-sitwazzjoni f'liema użu ta' dan l-ikel huwa xieraq |

Ingredjenti li jkunu diġeriti malajr | Ingredjenti li jiġu diġeriti b' mod mgħaġġel kif ukoll it trattament tagħhom jekk xieraqKontenut ta' l-aċidi essenzjali mxaħħma n-3 (jekk miżjuda) |

Stabilizzazzjoni ta' diġestjoni fiżjoloġika | Kapaċita ta' lqugħ baxxa, u ingredjenti li jkunu diġeriti malajr | Majjalini | Ingredjenti li jiġu diġeriti b mod mgħaġġel kif ukoll it trattament tagħhom jekk xieraqKapaċita' ta' lqugħSors(i) ta' sustanzi astrinġenti (jekk miżjuda)Sors(i) ta' sustanzi muċilaġini (jekk miżjuda) | Ġimgħatejn sa 4 ġimgħat | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Fil-każ ta' riskju ta' matul il-perijodi ta', jew l-irkuprar minn disturbanza diġenstiva." |

Ingredjenti li jkunu diġeriti malajr | Majjali | Ingredjenti li jiġu diġeriti b' mod mgħaġġel kif ukoll it trattament tagħhom jekk xieraqSors(i) ta' sustanzi astrinġenti (jekk miżjuda)Sors(i) ta' sustanzi muċilaġini (jekk miżjuda) |

Tnaqqis tar-riskju ta' konstipazzjoni | Ingredjenti li jistimulaw il-passaġġ intestinali | Majjali femminili | Ingredjenti li jistimulaw il-passaġġ intestinali | 10 sa 14-il ġurnata qabel u 10 sa 14-il ġurnata wara t-twelid tal-majjalini | — |

Tnaqqis tar-riskju tas-sindromu tal-fwied imxaħħam | Enerġija baxxa u proporzjon għoli ta' l-enerġija metaboliżżabbli minn lipidi b' livell għoli ta' aċidi mxaħħmin polisaturati | Tiġieġ li jbidu | Valur Enerġiku (kkalkulat skond il-metodu KEE)Perċentwali ta' enerġija metabilizzabbli mil lipidiKontenut ta' aċidi mxaħħma polisaturizzati | Sa 12-il ġimgħa | — |

Kumpens għal assorbiment hażin | Livell baxx ta' aċidi mxaħħmin saturati u livell għoli ta' vitamini mxaħħma li jinħallu fl-ilma | Tjur apparti milli wiżż u ħamiem | Perċentwali ta' aċidi mxaħħma saturati meta mqabbla mat-total ta' aċidi mxaħħmaTotal ta' vitamina ATotal ta' vitamina DTotal ta' vitamina ETotal ta' vitamina K | Matul l-ewwel ġimgħatejn wara t-tfaqqis | — |

Kumpens għal diżordnijiet diġeriti kroniċi ta' l-intestin iż-żgħir | Karboidrati li jkunu diġeriti malajr, proteini u xaħmijiet | Ekwini | Ingredjenti li jkunu diġeriti malajr sorsi ta' karboidrati proteini u xaħmijiet, kif ukoll it-trattament tagħhom jekk xieraq | Sa 3 xhur | Gwida għandha tkun ipprovduta dwar is-sitwazzjonijiet f' liema l-użu ta' dan l-ikel huwa xieraq Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa ssuġġerit li opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu." |

Tnaqqis tar-riskju ta' diżordnijiet diġeriti ta' l-intestin il-kbir | Livell aktar għoli ta' fibri, imma ingredjenti li jkunu diġeriti malajr | Ekwini | Ingredjenti ferm diġeriti inkluż it-trattament tagħhom jekk xieraq | 1 sa ġimgħatejn | Gwida għandha tkun ipprovduta dwar is-sitwazzjonijiet f' liema l-użu ta' dan l-ikel huwa xieraq Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa ssuġġerit li opinjoni ta' veterinarju tkun miksuba qabel l-użu." |

Tnaqqis ta' reazzjonijiet tal-istress | Ingredjenti li jkunu diġeriti malajr | Ekwini | ManjeżjuIngredjenti li jiġu diġeriti b' mod mgħaġġel kif ukoll it trattament tagħhom jekk xieraq | Ġimgħatejn sa 4 ġimgħat | Gwida għandha tkun ipprovduta dwar is-sitwazzjonijiet f' liema użu ta' dan l-ikel u xieraq |

Kumpens ta' telf ta' elettroliti f' każijiet ta' ħafna għerieq | Prinċipalment elettroliti u karboidrati li jkunu assorbiti malajr | Ekwini | SodjuPotassjuKloridiZokkor | ġurnata sa jumejn | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Ilma jrid ikun disponibbli il-ħin kollu" |

[1] ĠU L 270, ta' l-14.12.1970, p. 1.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet