Official Journal L 237 , 10/09/1994 P. 0003 - 0012
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 27 P. 0005
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 27 P. 0005
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Wara li kkonsultaw mal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel, Waqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 189b tat-Trattat [4], Billi d-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali li jirrigwardjaw is-sustanzi li jagħtu ħlewwa u l-kondizzjonijiet ta’ użu tagħhom ifixklu l-moviment liberu ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel; billi din is-sitwazzjoni tista’ toħloq kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux ġusta; Billi l-kondsiderazzjoni ewlenija għal xi regola dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa u l-kondizzjonijiet ta’ użu tagħhom għandha tkun il-ħtieġa li l-konsumatur jiġi protett u nfurmat; Billi, b’konsiderazzjoni għall-informazzjoni xjentifika u tossikoloġika l-aktar riċenti, dawn is-sustanzi għandhom ikunu permissibbli biss f’ċerti oġġetti ta’ l-ikel u f’ċerti kondizzjonijiet ta’ użu; Billi din id-Direttiva ma taffettwax ir-regoli relatati mal-funzjonijiet apparti mill-karatteristiċi ta’ ħlewwa tas-sustanzi koperti b’din id-Direttiva; Billi l-użu ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa minflok iz-zokkor huwa ġġustifikat għall-produzzjoni ta’ l-ikel ta’ enerġija mnaqqsa, ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel mhux karjoġeniċi jew ta’ l-ikel mingħajr zokkor miżjud, għall-estensjoni taż-żmien ta’ kemm ħaġa ddum tajba permezz tas-sostituzzjoni taz-zokkor u għall-produzzjoni ta’ prodotti djetetiċi, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA Artikolu 1 1. Din id-Direttiva hija direttiva speċifika li tifforma parti mid-direttiva komprensiva fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/107/KEE. 2. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-addittivi ta’ l-ikel, minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘sustanzi li jagħtu ħlewwa’, li huma wżati: - biex jagħtu togħma ħelwa lill-oġġetti ta’ l-ikel, - bħala sustanzi li jagħtu ħlewwa ta’ fuq il-mejda. 3. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, ‘mingħajr zokkor miżjud’ u ‘ta’ enerġija mnaqqsa fil-kolonna III ta’ l-Anness għandhom jiġu definiti kif ġej: - ‘mingħajr zokkor miżjud’: mingħajr żieda ta’ mono- jew disaccharides jew xi oġġetti ta’ l-ikel oħrajn użati minħabba l-karatteristiċi li jagħtu l- ħlewwa tagħhom, - ‘ta’ enerġija mnaqqsa’: b’valur enerġetiku imnaqqas b’ta’ mill-anqas 30 % meta mqabbel ma’ l-oġġett ta’ l-ikel oriġinali jew ma’ prodott simili. 4. Din id-Diriettiva m’għandhiex tapplika għall-oġġetti ta’ l-ikel b’karatteristiċi li jagħtu l-ħlewwa. Artikolu 2 1. Huma biss is-sustanzi li jagħtu ħlewwa elenkati fl-Anness li jistgħu jitqiegħdu fis-suq bl-iskop li: - jinbiegħu lill-konsumatur finali, jew - jintużaw fil-manifattura ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel. 2. Is-sustanzi li jagħtu ħlewwa msemmija fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1 jistgħu jintużaw biss fil-manifattura ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel elenkati fl-Anness skond il-kondizzjonijiet speċifikati hemmhekk. 3. Minbarra fejn hemm speċifikament previst,, is-sustanzi li jagħtu ħlewwa ma jistgħux jintużaw fl-ikel tat-trabi jew ta’ tfal żgħar, kif speċifikat fid-Direttiva 89/398/KEE [5]. 4. Id-dożi massimi li jistgħu jintużaw indikati fl-Anness jirreferu għall-oġġetti ta’ l-ikel li huma lesti biex jittieklu skond l-istruzzjonijiet ta’ l-użu. Artikolu 3 1. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-direttivi speċifiċi li jippermettu li l-addittivi elenkati fl-Anness jintużaw għall-iskopijiet apparti minn dak li jagħtu ħlewwa. 2. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jirregolaw il-kompożizzjoni u d-deskrizzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel. Artikolu 4 Meta jkun hemm differenzi ta’ l-opinjoni fir-rigward ta’ jekk is-sustanzi li jagħtu ħlewwa jistgħux jintużaw f-oġġett ta’ l-ikel partikolari skond il-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7 jekk dak l-oġġett ta’ l-ikel għandhux jiġi kkunsidrat bħala li jagħmel parti mill-kategoriji elenkati fil-kolonna III ta’ l-Anness. Artikolu 5 1. Id-deskrizzjoni tal-bejgħ ta’ sustanza li tagħti ħlewwa ta’ fuq il-mejda għandha tinkludi l-frasi ‘… - sustanza li tagħti ħlewwa ta’ fuq il-mejda magħmula minn….’, bl-użu ta’ l-isem/ismijiet tas-sustanza/i li jagħtu ħlewwa użati fil-kompożizzjoni tagħha. 2. It-tikkettjar ta’ sustanza li tagħti ħlewwa ta’ fuq il-mejda li jkun fiha l-polyols u/jew l-aspartame għandu jkollu t-twissijiet li ġejjin: - polyols: ‘konsum eċċessiv jista’ jkollu effetti ta’ lassattiv’, - aspartame: ‘fih sors ta’ fenilalanin’. Artikolu 6 Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw: - id-dettalji li għandhom jidhru fuq it-tikketti ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li jkun fihom sustanzi li jagħtu ħlewwa sabiex il-preżenza tagħhom tkun evidenti, - it-twissijiet li jikkonċernaw il-preżenza ta’ ċerti sustanzi li jagħtu ħlewwa fl-oġġetti ta’ l-ikel, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7 qabel tmiem it-terminu taż-żmien stipulat fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 9(1). Artikolu 7 1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel (minn hawn ‘l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat"), mill-president, jew fuq l-inizzjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ rappreżentant ta’ xi Stat Membru. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f’terminu ta’ żmien li l-President jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tkun mogħtija bil-maġġoranza kif stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jiġu peżati bil-metodu stabbilit f’dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota. 3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti jekk ikunu konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat. (b) Jekk il-miżuri previsti ma jkunux konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. Jekk, f’għeluq il-perjodu ta’ tliet xhur mid-data ta’ riferiment lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Artikolu 8 1. Fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, skond il-kriterji ġenerali tal-punt 4 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 89/107/KEE, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ stħarriġ dwar il-konsumaturi biex jissorveljaw il-konsum ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa. Id-dettalji ta’ din is-sistema ta’ monitoraġġ għandhom jiġu kkoordinati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7. 2. Fi żmien ħames snin mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport ibbażat fuq informazzjoni miksuba mis-sistema ta’ monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1, dwar bidliet fis-suq tas-sustanzi li jagħtu ħlewwa, il-livelli ta’ użu, u jekk hemmx bżonn aktar li l-kondizzjonijiet ta’ l-użu jiġu ristretti, inkluż bl-użu ta’ twissijiet adattati lill-konsumatur, sabiex jiġi assigurat li l-użu ma jeċċedix l-ammont aċċettabbli li jista’ jittieħed ta’ kuljum. Jekk ikun hemm bżonn, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għall-emendi ta’ din id-Direttiva. Artikolu 9 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1995. Dawn il-miżuri huma maħsuba biex: - jippermettu, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1995, il-kummerċ u l-użu ta’ prodotti li huma konformi ma’ din id-Direttiva, - jipprojbixxu, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1996, il-kummerċ u l-użu ta’ prodotti li ma jkunux konformi ma’ din id-Direttiva; b’danakollu, l-prodotti mqiegħda fis-suq jew ittikkettjati qabel dik id-data li ma jkunux konformi ma’ din id-Direttiva, jistgħu jkunu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw il-ħażniet. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih. 2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Artikolu 10 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Komunitajiet Ewropej. Artikolu 11 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula Brussel, it-30 ta’ Ġunju 1994. Għall-Parlament Ewropew Il-President E. Klepsch Għall-Kunsill Il-President A. Baltas [1] ĠU L 40, 11.2.1989, pġ 27. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/34/KE (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali). [2] ĠU Ċ 206, 13.8.1992, p. 3. [3] ĠU Ċ 332, 16.12.1992, p. 10. [4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Ottubru 1993 (ĠU Ċ 305, 23.11.1993), ikkonfermata fit-2 ta’ Diċembru 1993 (ĠU Ċ 342, 20.12.1993), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tal-11 ta’ Novembru 1993 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 1994 (ĠU Ċ 91, 28.3.1994, p. 81). [5] ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27. -------------------------------------------------- ANNESS Nru KE | Isem | Oġġett ta’ l-ikel | Doża massima li tista’ tintuża | E 420 E 421 E 953 E 965 E 966 E 967 | Sorbitol (i)Sorbitol(ii)Ġulepp tas-sorbitolMannitol Isomaltu Maltitol (i)Maltitol(ii)Ġulepp tal-maltitolLaktitol Żajlitol | Deżerti u prodotti simili | quantum satis | | | —Deżerti mħawwra b’bażi ta’ l-ilma, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | | | | —Preparazzjonijiet b’bażi ta’ ħalib jew b'bażi ta’ derivattiv tal-ħalib, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | | | | —Deżerti b’bażi ta’ frott u ħaxix, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | | | | —Deżerti b’bażi ta’ bajd, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | | | | —Deżerti b’bażi ta’ ċereali, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | | | | —Prodotti b'bażi ta’ ċereali tal-kolazzjon jew b’bażi ta’ ċereali, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | | | | —Deżerti b’bażi ta’ grassi, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | | | | —Prodotti ffriżati tajbin għall-ikel, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | | | | —Kunserva tal-frott, ġetalini, marmellati u frott kristalizzat, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | | | | —Preparazzjonijiet tal-frott, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li huma ntiżi għall-manifattura ta’ xorb b’bażi tal-meraq tal-frott | | | | Prodotti tad-dolċiera | | | | —Prodotti tad-dolċiera mingħajr zokkor miżjud | | | | —Prodotti tad-dolċiera b’bażi ta’ frott imqadded, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | | | | —Prodotti tad-dolċiera b’bażi ta’ lamtu, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | | | | —Prodotti b’bażi tal-kawkaw, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | | | | —Dlik għal fuq il-ħobż, kawkaw, ħalib, frott imqadded jew ibbażati fuq ix-xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | | | | —Chewing gum, mingħajr zokkor miżjud | | | | —Zlazi | | | | —Mustarda | | | | —Prodotti fini tal-furnara, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | | | | —Prodotti intiżi għall-użu ta’ nutriment partikolari | | | | —Supplimenti ta’ l-ikel solidi/integraturi tad-dieta | | E 950 | Aċesulfame K | Xorb mhux alkoħoliku | | | | —Xorb imħawwar b'bażi ta' l-ilma, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/l | | | —Xorb b'bażi ta' ħalib u derivattivi tal-ħalib jew b'bażi ta' meraq tal-frott, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/l | | | Deżerti u prodotti simili | | | | —Deżerti mħawwra b’bażi ta’ l-ilma, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/kg | | | —Preparazzjonijiet b’bażi ta’ ħalib jew b'bażi ta’ derivattivi tal-ħalib, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi ta’ frott u ħaxix, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi ta’ bajd, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi ta’ ċereali, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi ta’xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/kg | | | —Ikliet ħfief: ta’ ċerti taħwir lesti biex jittieklu, ippakkjati minn qabel, mqadda, prodotti tal-karboidrati b'togħmiet u ġewż miksi | 350 mg/kg | | | Prodotti tad-dolċiera | | | | —Prodotti tad-dolċiera mingħajr zokkor miżjud | 500 mg/kg | | | —Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-kawkaw jew b’bażi ta’ frott imqadded, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 500 mg/kg | | | —Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-karboidrati, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 1000 mg/kg | | | —Dlik għal fuq il-ħobż b'bażi tal-kawkaw, tal-ħalib, tal-frott imqadded jew ta' xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 1000 mg/kg | | | —Chewing gum, mingħajr zokkor miżjud | 2000 mg/kg | | | —Cider u perry | 350 mg/l | | | —Birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol li ma jeċċedix 1,2 % vol | 350 mg/l | | | —‘Bière de table/Tafelbier/Table beer (Birra tal-mejda)’ (b’kontenut oriġinali ta’ wort anqas minn 6 %) apparti milli għal ‘Obergäriges Einfachbier' | 350 mg/l | | | —Birer b’aċidità minima ta’ 30 milli-ekwivalenti espressi f’NaOH | 350 mg/l | | | —Birer kannella tat-tip ‘oud bruin’ | 350 mg/l | | | —Oġġetti ffriżati li jittieklu, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 800 mg/kg | | | —Frott tal-bottijiet jew fil-flixkun, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/kg | | | —Ġamm, ġelatini, u marmellati | 1000 mg/kg | | | —Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex | 350 mg/kg | | | —Priservattivi 'ħelwin-morri', tal-frott u l-ħxejjex | 200 mg/kg | | | —Priservattivi u semi-priservattivi 'ħelwin-morri' tal-ħut u ta' l-immanirati tal-ħut, tal-krustaċej u tal-molluski | 200 mg/kg | | | —Zlazi | 350 mg/kg | | | —Mustarda | 350 mg/kg | | | —Prodotti fini tal-furnara għall-użu ta’ nutriment speċjali | 1000 mg/kg | | | —Formuli kompleti għall-kontroll tal-piż intiżi biex jissosstitwixxu l-ikel totali ta’ kuljum jew xi ikla individwali | 450 mg/kg | | | —Formuli kompleti u supplimenti ta’ nutrimenti għall-użu taħt is-superviżjoni medika | 450 mg/kg | | | —Supplimenti likwidu ta’ l-ikel/integraturi tad-dieta | 350 mg/kg | | | —Supplimenti solidi ta’ l-ikel/integraturi tad-dieta | 500 mg/kg | | | Vitamini u preparazzjonijiet tad-dieta | 2000 mg/kg | E 951 | Aspartame | Xorb mhux alkoħoliku | | | | —Xorb imħawwar b'bażi ta' l-ilma, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 600 mg/l | | | —Xorb b'bażi tal-ħalib u b'derivattivi tal-ħalib jew b'bażi ta'l-meraq tal-frott, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 600 mg/l | | | Deżerti u prodotti simili | | | | —Deżerti mħawwra b’bażi ta’ ilma, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 1000 mg/kg | | | —Preparazzjonijiet b’bażi tal-ħalib jew b'bażi ta’ derivattiv tal-ħalib, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 1000 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi tal-frott u l-ħxejjex, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 1000 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi tal-bajd, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 1000 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi ta’ ċereali, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 1000 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi tax-xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 1000 mg/kg | | | —Ikliet ħfief: ta’ ċerti togħmiet lesti biex jittieklu, ippakkjati bil-quddiem, mqadda, prodotti mħawwra tal-karboidrati u ġewż miksi | 500 mg/kg | | | Prodotti tad-dolċiera | | | | —Prodotti tad-dolċiera mingħajr zokkor miżjud | 1000 mg/kg | | | —Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-kawkaw jew b’bażi tal-frott imqadded, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 2000 mg/kg | | | —Prodotti tad-dolċiera b’bażi ta-karboidrati, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 2000 mg/kg | | | —Dlik għal fuq il-ħobż b'bażi tal-kawkaw, tal-ħalib, tal-frott imqadded jew xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 1000 mg/kg | | | —Chewing gum, mingħajr zokkor miżjud | 5500 mg/kg | | | —Cider u perry | 600 mg/l | | | —Birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol li ma jeċċedix il- 1,2 % vol | 600 mg/l | | | —‘Bière de table/Tafelbier/Table Beer (Birra tal-mejda)’ (b’kontenut oriġinali ta’ wort anqas minn 6 %) apparti minn ‘Obergäriges Einfachbier’ | 600 mg/l | | | —Birer b’aċidità minima ta’ 30 milli-ekwivalenti espressi f’NaOH | 600 mg/l | | | —Birer kannella tat-tip ‘oud bruin’ | 600 mg/l | | | —Ġelati li jittieklu, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 800 mg/kg | | | —Frott tal-bott jew fil-flixkun, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 1000 mg/kg | | | —Ġamm, ġelatini, marmellati ta’ enerġija mnaqqsa | 1000 mg/kg | | | —Preparattivi tal-frott u l-ħxejjex ta’ enerġija mnaqqsa | 1000 mg/kg | | | —Priservattivi tat-tip morr/ħelu, tal-frott u l-ħxejjex | 300 mg/kg | | | —Priservattivi u semi-priservs tat-tip morr/ħelu tal-ħut u l-immarinat tal-ħut, tal-krustaċej u tal-molluski | 300 mg/kg | | | —Zlazi | 350 mg/kg | | | —Mustarda | 350 mg/kg | | | —Prodotti fini tal-furnara għall-użi ta’ nutriment speċjali | 1700 mg/kg | | | —Formuli kompleti għall-kontroll tal-piż intiżi biex jissosstitwixxu l-ikel totali ta’ kuljum jew xi ikla individwali | 800 mg/kg | | | —Formuli kompleti u supplimenti ta’ nutrimenti għall-użu taħt is-superviżjoni medika | 1000 mg/kg | | | —Supplimenti ta’ l-ikel, likwidi/integraturi tad-dieta | 600 mg/kg | | | —Supplimenti ta’ l-ikel, solidi/integraturi tad-dieta | 2000 mg/kg | | | Vitamini u preparazzjonijiet tad-dieta | 5500 mg/kg | E 952 | Aċidu ċiklamiku u l-imluħa Na u Ca tiegħu | Xorb mhux alkoħoliku | | | | —Xorb imħawwar b'bażi ta' l-ilma, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 400 mg/l | | | —Xorb b'bażi tal-ħalib ud- derivattivi tal-ħalib jew b'bażi tal-meraq tal-frott, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 400 mg/l | | | Deżerti u prodotti simili | | | | —Deżerti mħawwra b’bażi ta’ l-ilma, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 250 mg/kg | | | —Preparazzjonijiet b’bażi tal-ħalib jew b'bażi tad-derivattiv tal-ħalib, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 250 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi tal-frott u l-ħxejjex, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 250 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi tal-bajd, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 250 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi ta’ ċereali, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 250 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi ta’ xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 250 mg/kg | | | Prodotti tad-dolċiera | | | | —Prodotti tad-dolċiera mingħajr zokkor miżjud | 500 mg/kg | | | —Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-kawkaw jew b’bażi tal-frott imqadded, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 500 mg/kg | | | —Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-karboidrati, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 500 mg/kg | | | —Dlik għal fuq il-ħobż b'bażi tal-kawkaw, tal-ħalib, tal-frott imqadded jew xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 500 mg/kg | | | —Chewing gum, mingħajr zokkor miżjud | 1500 mg/kg | | | —Ġelati li jittieklu, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 250 mg/kg | | | —Frott tal-bott jew fil-flixkun, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 1000 mg/kg | | | —Kunserva tal-frott, ġelatini, marmellati ta’ enerġija mnaqqsa | 1000 mg/kg | | | —Preparattivi tal-frott u l-ħxejjex ta’ enerġija mnaqqsa | 250 mg/kg | | | —Prodotti fini tal-furnara għall-użu ta’ nutriment speċjali | 1600 mg/kg | | | —Formuli kompleti għall-kontroll tal-piż intiżi biex jissosstitwixxu l-ikel totali ta’ kuljum jew ta' xi ikla individwali | 400 mg/kg | | | —Formuli kompleti u supplimenti ta’ nutrimenti għall-użu taħt is-superviżjoni medika | 400 mg/kg | | | —Supplimenti ta’ l-ikel, likwidi/integraturi tad-dieta | 400 mg/kg | | | —Supplimenti ta’ l-ikel solidi/integraturi tad-dieta | 500 mg/kg | E 954 | Zakkarina u l-imluħa Na, K u Ca tagħha | Xorb mhux alkoħoliku | | | | —Xorb imħawwar b'bażi ta' l-ilma, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 80 mg/l | | | —Xorb b'bażi tal-ħalib u d-derivattivi tal-ħalib jew b'bażi tal-meraq tal-frott, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 80 mg/l | | | —‘Gaseosa’: xarba mhux alkoħolika b’bażi ta' l-ilma bid-diossidu karboniku, sustanzi tal-ħlewwa u tgħomiet miżjuda | 100 mg/l | | | Deżerti u prodotti simili | | | | —Deżerti mħawwra b’bażi ta’ ilma, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 100 mg/kg | | | —Preparattivi b’bażi tal-ħalib jew b'bażi tad-derivattiv tal-ħalib, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 100 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi ta’ frott u ħaxix, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 100 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi tal-bajd, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 100 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi taċ-ċereali, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 100 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi ta’ xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 100 mg/kg | | | —Ikliet ħfief: ta’ ċerti togħmiet lesti biex jittieklu, ippakkjati bil-quddiem, mqadda, prodotti mqadda tal-karboidrati u ġewż miksi | 100 mg/kg | | | Prodotti tad-dolċiera | | | | —Prodotti tad-dolċiera mingħajr zokkor miżjud | 500 mg/kg | | | —Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-kawkaw jew b’bażi ta’ frott imqadded, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 500 mg/kg | | | —Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-karboidrati, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 300 mg/kg | | | —Essoblaten | 800 mg/kg | | | —Dlik għal fuq il-ħobż b'bażi tal-kawkaw, tal-ħalib, tal-frott imqadded jew xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 200 mg/kg | | | —Chewing gum, mingħajr zokkor miżjud | 1200 mg/kg | | | —Cider u perry | 80 mg/l | | | —Birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol li ma jeċċedix il- 1,2 % vol | 80 mg/l | | | —‘Bière de table/Tafelbier/Table beer (Birra tal-mejda)’ (b’kontenut oriġinali ta’ wort anqas minn 6 %) apparti minn ‘Obergäriges Einfachbier’ | 80 mg/l | | | —Birer b’aċidità minima ta’ 30 milli-ekwivalenti espressi f’NaOH | 80 mg/l | | | —Birer kannella tat-tip ‘oud bruin’ | 80 mg/l | | | —Ġelati ta' l-ikel, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 100 mg/kg | | | —Frott tal-bott jew fil-flixkun, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 200 mg/kg | | | —Kunserva tal-frott, ġelatini, marmellati ta’ enerġija mnaqqsa | 200 mg/kg | | | —Preparattivi tal-frott u l-ħxejjex ta’ enerġija mnaqqsa | 200 mg/kg | | | —Priservattivi tat-tip morr-ħelu, tal-frott u l-ħxejjex | 160 mg/kg | | | —Priservattivi u semi-priservattivi tat-tip morr-ħelu tal-ħut u l-immarinati tal-ħut, tal-krustaċej u l-molluski | 160 mg/kg | | | —Zlazi | 160 mg/kg | | | —Mustarda | 320 mg/kg | | | —Prodotti fini tal-furnara għal l-użu ta’ nutriment speċjali | 170 mg/kg | | | —Formuli kompleti għall-kontroll tal-piż intiżi biex jissosstitwixxu l-ikel totali ta’ kuljum jew xi ikla individwali | 240 mg/kg | | | —Formuli kompleti u supplimenti ta’ nutrimenti għall-użu taħt is-superviżjoni medika | 200 mg/kg | | | —Supplimenti ta’ l-ikel, likwidi/integraturi tad-dieta | 80 mg/kg | | | —Supplimenti ta’ l-ikel, solidi/integraturi tad-dieta | 500 mg/kg | | | Vitamini u preparazzjonijiet tad-dieta | 1200 mg/kg | E 957 | Thaumatin | Prodotti tad-dolċiera | | | | —Prodotti tad-dolċiera mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg | | | —Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-kawkaw jew b’bażi tal-frott imqadded, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg | | | —Chewing gum mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg | | | Vitamini u preparattivi tad-dieta | 400 mg/kg | E 959 | Neohesperidine DC | Xorb mhux alkoħoliku | | | | —Xorb imħawwar b'bażi ta' l-ilma, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 30 mg/l | | | —Xorb b'bażi tal-ħalib u d-derivattivi tal-ħalib jew b'bażi ta' meraq tal-frott, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/l | | | —Xorb b’bażi tal-meraq tal-frott, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 30 mg/l | | | Deżerti u prodotti simili | | | | —Deżerti mħawwra b’bażi ta’ l-ilma, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg | | | —Preparazzjonijiet b’bażi tal-ħalib jew b'bażi tad-derivattiv tal-ħalib, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi tal-frott u l-ħxejjex, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi tal-bajd, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi taċ-ċereali, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg | | | —Deżerti b’bażi ta’ xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg | | | Prodotti tad-dolċiera | | | | —Prodotti tad-dolċiera mingħajr zokkor miżjud | 100 mg/kg | | | —Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-kawkaw jew b’bażi tal-frott imqadded, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 100 mg/kg | | | —Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-karboidrati, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 150 mg/kg | | | —Dlik ta' fuq il-ħobż b'bażi tal-kawkaw, tal-ħalib, tal-frott imqadded jew xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg | | | —Chewing gum, mingħajr zokkor miżjud | 400 mg/kg | | | —Cider u perry | 20 mg/l | | | —Birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol li ma jeċċedix il- 1,2 % vol | 10 mg/l | | | —‘Bière de table/Tafelbier/Table Beer (Birra tal-mejda)’ (b’kontenut oriġinali ta’ wort anqas minn 6 %) apparti minn ‘Obergäriges Einfachbier’ | 10 mg/l | | | —Birer b’aċidità minima ta’ 30 milli-ekwivalenti espressi f’NaOH | 10 mg/l | | | —Birer kannella tat-tip ‘oud bruin’ | 10 mg/l | | | —Ġelati ta' l-ikel, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg | | | —Frott tal-bott jew fil-flixkun, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg | | | —Ġamm, ġelatini, marmellati ta’ enerġija mnaqqsa | 50 mg/kg | | | —Preservattivi tat-tip morr-ħelu, tal-frott u l-ħxejjex | 100 mg/kg | | | —Preparattivi tal-frott u l-ħxejjex ta’ enerġija mnaqqsa | 50 mg/kg | | | —Preservattivi u semi-preservattivi tat-tip morr-ħelu tal-ħut u l-immarinati tal-ħut, tal-krustaċej u l-molluski | 30 mg/kg | | | —Zlazi | 50 mg/kg | | | —Mustarda | 50 mg/kg | | | —Prodotti fini tal-furnara għal użi ta’ nutriment speċjali | 150 mg/kg | | | —Formuli kompleti għall-kontroll tal-piż intiżi biex jissosstitwixxu l-ikel totali ta’ kuljum jew xi ikla individwali | 100 mg/kg | | | —Supplimenti ta’ l-ikel, likwidi/integraturi tad-dieta | 50 mg/kg | | | —Supplimenti ta’ l-ikel, solidi/integraturi tad-dieta | 100 mg/kg | --------------------------------------------------