Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (tat-22 ta' Diċembru 1994) dwar il-konklużjoin f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994)
ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 11 Volume 21 P. 80 - 81
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 11 Volume 21 P. 80 - 81
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 11 Volume 21 P. 80 - 81
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 11 Volume 21 P. 80 - 81
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 11 Volume 21 P. 80 - 81
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 11 Volume 21 P. 80 - 81
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 11 Volume 21 P. 80 - 81
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 11 Volume 21 P. 80 - 81
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 11 Volume 21 P. 80 - 81
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 11 Volume 10 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 11 Volume 10 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 11 Volume 38 P. 3 - 310
Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 11 Volume 38 P. 3 - 310
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | ||||
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill
(tat-22 ta' Diċembru 1994)
dwar il-konklużjoin f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994)
(94/800/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Tratta li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43,54, 57,66, 75, 84(2), 99, 100, 100a, 113, u 235 in konnessjoni mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3), ta' dan,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
B'kunsiderazzjoni għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [1],
B'kunsiderazzjoni għall-qbil tal-Parlament Ewropew [2],
Billi n-negozjati tal-kummerċ multilaterali miftuħa taħt il-GATT, konformi mad-Dikjarazzjoni mill-Ministri adottati f'Punta del Este fl-20 ta' Settembru 1986, wasslu biex l-Att Finali li jinkorpora r-riżultati tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj ta' negozjati tal-kummerċ multilaterali;
Billi r-rappreżentattivi tal-Kumunita u l-Istati membri ffirmaw l-Att Finali li jinkorpora r-riżultati tal- Laqgħa ta' l-Urugwaj tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali u, suġġetti għall-konklużjoni, l-Ftehim li jistabilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f'Marakexx fil-15 ta' April 1994;
Billi l-konċessjonijiet reċiproki u l-obbligazzjonijiet li ġew innegozjati mill-Kummissjoni f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, kif inkorporata fil-ftehim multilaterali fl-Att Finali, jirrappreżentaw riżultat li fis-sħiħ tiegħu hu sodisfaċenti u bbilanċjat;
Billi numru ta' kunċessjonijiet reċiproki u obbligazzjonijiet mill-Kummissjoni f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u ċertu pajjiżi partijiet għan-negozjati u wkoll mfassla fil-ftehim speċjali plurilaterali fl-Anness 4 għall-Ftehim li jistabilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;
Billi numru minn dawn il-konċessjonijiet u obbligazzjonijiet kienu nnegozjati b'mod bilaterali ma' l-Urugwaj fuq laħam bovin b'mod paralell mal-Laqgħa ta' l-Urugwaj;
Billi l-konpetenza tal-Komunità li tikkonkludi ftehim internazzjonali ma tidderiviex biss minn permess espliċitu mit-Trattat imma tista' wkoll tidderiva minn dispożizzjonijiet oħra tat-trattat u minn atti adottati konformi ma' dawn id-dispożizzjonijiet minn istituzzjonijiet tal-Komunità;
Billi fejn ir-regoli tal-Komunità ġew adottati sabiex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattat, Stati Membri ma jistgħux, batta mill-gwarniċ ta' l-istituzzjonijiet komuni, jidħlu f'obbligazzjonijiet li għandhom iċ-ċans jeffettwaw dawk ir-regoli jew ibiddlu l-iskop tagħhom;
Billi proporzjoni mill-obbligazzjonijiet miżmuma fil-Ftehim li jistabilixxi l-Oragnizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, kif ukoll l-Annessi ta' dan, jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenza tal-Komunità taħt l-Artikolu 113 tat-Trattat; billi aktar u aktar, mill-bqija ta' l-imsemmija obbligazzjonijiet ftit jeffettwaw ir-regoli tal-Komunità adottati a bażi ta' l-Artikoli 43,54,57,66, 75, 84,(2),99, 110a u 235 u jistgħu għalhekk ikunu magħmula mill-Komunità biss;
Billi, b'mod partikolari l-użu ta' l-Artikoli 100 u 235 tat-trattat bħala bażi legali għal din id-Deċiżjoni hi ġġustifikata sal-punt li l-Ftehim li jistabilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, kif ukoll l-Annessi ta' dan, jeffettwa d-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta'Lulju 1990 fuq is-sitema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għal inkorporazzjonijiet, diviżjonijiet, trasferimenti ta' assi u skambji ta' isħma li jikkonċernaw kumpanniji ta' Stati Membri differenti [3], Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 fuq is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli fil-każ tal-kumpanniji ġenituri u sussidjarji fi Stati membri differenti [4], li huma bbażati fuq l-Artikolu 100 tat-tratta u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 fuq il-marka tal-kummerċ tal-Komunità [5] li hi bbażata fuq l-Artikolu 235 tat-trattat;
Billi l-ebda att fil-liġi tal-Komunità għadu ma ġie adottat a bażi ta' l-Artikolu 73ċ tat-Trattat;
Billi, bin-natura tiegħu, il-Ftehim li jistabilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, kif ukoll l-Anness ta' dan, mhux suxxettiblu biex ikun invokat direttament fil-Komunità jew il-qrati ta' l-Istati Membri,
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Is-segwenti ftehim multilaterali u atti humma minn hawnhekk approvati f'isem il-Komunità Ewropea fejn għandha x' taqsam dik il-prozjoni li taqa' fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea;
- l-Ftehim li jistabilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u wkoll l-Ftehim fl-Anness 1,2, u 3 ta' dak il-Ftehim;
- id-deċiżjonijiet ministerjali u d-dikjarazzjonijiet u l-Ftehim fuq l-Obbligazzjoni fis-Servizzi Finanzjarji li jidhru fl-Att Finali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj.
2. It-testi tal-ftehim u l-atti rreferuti f'dan l-Artikolu huma mhemuża ma' din id-Deċiżjoni.
3. Il-president tal-Kunsill hu minn hawnhekk awtorizzat li jagħżel persuna li jkollha l-poter li tieħu l-miżura li għaliha hemm provvedimenti fl-Artikolu XIV tal-Ftehim li jistabilixxi l-organizzazzjoni Dinjija tal-Kummeċ sabiex jorbot il-Komunità Ewropea fejn għandu x'jaqsam dak il-porzjon tal-Ftehim li jaqgħa fl-ambitu tal-komptenza tagħha.
Artikolu 2
1. Il-ftehim plurilaterali f'L-Anness 4 għall-Ftehim li jistablixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ huma minn hawnhekk approvati f'isem il-Komunità Ewropea fejn għandha x' taqsam dik il-prozjoni li taqa' fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea.
2. It-testi tal-ftehim li għalihom hemm referenza f'dan l-Artikolu huma mhemuża ma' din id-Deċiżjoni.
3. Il-president tal-Kunsill hu minn hawnhekk awtorizzat li jagħżel persuna li jkollha l-poter li tieħu l-miżura li għaliha hemm provvedimenti fil-ftehim li għalih hemm referenza f'dan l-Artikolu sabiex jorbot il-Komunità Ewropea fejn għandu x'jaqsam dak il-porzjon tal-Ftehim li jaqgħa fl-ambitu tal-komptenza tagħha.
Artikolu 3
1. Il-Ftehim fuq laħam bovin konkluż ma' l-Ururwaj hu minn hawnhekk approvat f'isem il-Komunità Ewropea.
2. It-test ta' l-imsemmi Ftehim hu mhemuż ma' din id-Deċiżjoni.
3. Il-President tal-Kunsill hu minn hawnhekk awtorizzat li jagħżel persuna bil-poter li tiffirma l-Ftehim sabiex torbot lill-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1994.
Għall-Kunsill
Il-President
H. Seehofer
[1] Opinjoni mgħotija fl-23 ta' Novembru 1994 (għadha ma ġietx fil-Ġurnal Uffiċjali).
[2] Qbil mgħoti fl-14 ta' Diċembru 1994 (għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
[3] ĠU L 225, ta' l-20.8.1990, p. 1.
[4] ĠU L 225, ta' l-20.8.1990, p. 6.
[5] ĠU L 11, ta' l-14.1.1994, p. 1.
--------------------------------------------------
| Fuq |