31994D0276


Titolu u referenza

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ april 1994 dwar azzjoni konġunta adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ l-Artikolu J (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’appoġġ għall-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani

 ĠU L 119, 7.5.1994, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
 Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 11 Volume 30 P. 300 - 301
 Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 11 Volume 30 P. 300 - 301
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 18 Volume 01 P. 4 - 5
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 18 Volume 01 P. 4 - 5
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 18 Volume 01 P. 4 - 5
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 18 Volume 01 P. 4 - 5
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 18 Volume 01 P. 4 - 5
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 18 Volume 01 P. 4 - 5
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 18 Volume 01 P. 4 - 5
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 18 Volume 01 P. 4 - 5
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 18 Volume 01 P. 4 - 5
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 18 Volume 01 P. 3 - 4
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 18 Volume 01 P. 3 - 4

 DA  DE  EL  EN  ES  FR  IT  NL  PT

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-19 ta’ april 1994

dwar azzjoni konġunta adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ l-Artikolu J (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’appoġġ għall-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani

(94/276/PESK)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikoli J (3) u J (11) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-linji gwida ġenerali maħruġa mill-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ Ottubru 1993,

Wara li kkunsidra l-qafas għall-azzjoni konġunta miftiehma mill-Kunsill Ewropew fil-10 u l-11 ta’ Diċembru 1993,

Wara li kkunsidra l-Artikolu Ċ tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

(a) Sabiex taħdem għall-konklużjoni ta’ paċi komprensiva fil-Lvant Nofsani msejsa fuq ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea se:

- tipparteċipa fl-arranġamenti internazzjonali miftiehma mill-partijiet sabiex jiġġarantixxu l-paċi fil-kuntest tal-progress mibdi f’Madrid,

- tuża l-influwenza tagħha sabiex tinkoraġġixxi lill-partijiet kollha jappoġġjaw il-proċess tal-paċi mingħajr kondizzjonijiet fuq il-bażi ta’ l-istedin tal-Konferenza ta’ Madrid u li jaħdmu sabiex jissaħħu d-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem,

- tagħmel il-kontribuzzjoni tagħha sabiex tiġi ddefinita l-għamla tar-relazzjonijiet bejn il-partijiet reġjonali fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Kontroll ta’ l-Armi u s-Sigurtà Reġjonali.

(b) L-Unjoni Ewropea ser:

- tiżviluppa r-rwol tagħha fil-Kumitat ad hoc tal-Kuntatt responsabbli mill-kordinazzjoni ta’ l-għajnuna internazzjonali lit-Territorji Okkupati,

- iżżomm ir-rwol tagħha ta’ mexxejja fil-grupp tax-xogħol dwar l-iżvilupp ekonomiku reġjonali (REDWG) u tiżviluppa l-parteċipazzjoni tagħha fi gruppi oħra multilaterali,

- tikkunsidra manjieri addizzjonali li bihom tista’ tikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-reġjun.

(ċ) L-Unjoni Ewropea ser:

- tidħol għal miżuri li jkabbru l-fiduċja li hija ssottomettiet lill-partijiet,

- tidħol għal démarches ma’ l-Istati Għarab bil-għan li tiżgura t-tmiem tal-bojkott fuq l-Iżrael,

- issegwi mill-qrib il-kolonji futuri Iżraeliti fit-Territorji Okkupati kollha u tidħol għal démarches ma’ l-Iżrael dwar din il-kwistjoni.

Artikolu 2

Skond il-proċeduri Komunitarji rilevanti, il-Kunsill se jeżamina l-proposti li l-Kummissjoni se tagħmel:

- rigward l-implimentazzjoni rapida tal-programmi ta’ għajnuna għall-iżvilupp tat-Territorji Okkupati u l-estimi finanzjarji operattivi Palestinjani, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Palestinjani u daqstant ieħor f’kordinazzjoni mill-qrib mad-donaturi l-oħra,

- li tipprovdi l-għajnuna fil-qafas tal-linji gwida eżistenti lill-partijiet l-oħra fin-negozjati bilaterali kif dawn jagħmlu progress sostanzjali lejn il-paċi.

Artikolu 3

Sabiex tikkontribwixxi b’mod attiv u urġenti għall-ħolqien ta’ Forza tal-Pulizija Palestinjana:

(a) L-Unjoni Ewropea se tipprovdi assistenza.

(b) Il-Presidenza f’koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni se tiffaċilita l-kordinazzjoni permezz ta’ skambju tat-tagħrif bejn l-Istati Membri dwar l-assistenza bilaterali tagħhom.

(ċ) Se jintużaw fondi għal ammont massimu ta’ ECU 10 miljuni disponibbli mill-estimi finnzjarji tal-Komunità bħala materja ta’ urġenza għall-provvediment ta’ l-assistenza u għall-ħolqien ta’ Forza tal-Puliziji Palestinjana.

Artikolu 4

Fuq it-talba tal-partijiet, l-Unjoni Ewropea se tipparteċipa fil-protezzjoni tal-poplu Palestinjan permezz ta’ preżenza temporanja internazzjonali fit-Territorji Okkupati, kif ordnata fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 904 (1994).

L-aranġamenti operazzjonali u l-finanzjament li joħorġu minn dan l-Artikolu jkunu bla ħsara għal deċiżjoni separata u speċifika tal-Kunsill.

Artikolu 5

Fuq it-talba tal-partijiet, l-Unjoni Ewropea se timplimenta programm ikkordinat ta’ assistenza sabiex tħejji għall-elezzjonijiet fit-Territorji Okkupati maħsuba minn qabel bid-Dikjarazzjoni tal-Prinċipji tat-13 ta’ Settembru 1993 u tosservahom. L-arranġamenti operazzjonali preċiżi u l-finanzjament ikunu bla ħsara għal deċiżjoni separata tal-Kunsill ġaladarba jkun intlaħaq ftehim bejn l-Iżrael u l-PLO dwar l-arranġamenti għall-elezzjonijiet. Il-Parlament Ewropew se jiġi mistiedem sabiex jipparteċipa f’dawn l-arranġamenti.

Artikolu 6

L-Unjoni Ewropea tikkonferma r-rieda tajba tagħha li tieħu iktar deċiżjonijiet operazzjonali fil-kamp ta’ din l-azzjoni konġunta, skond l-iżviluppi fil-proċess tal-paċi.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-lum.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fil-Lussemburgu, fid-19 ta’ April 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

Th. Pangalos

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet