31994D0069


Titolu u referenza

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kambjamenti tal-Klima

 ĠU L 33, 7.2.1994, p. 11–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
 Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 11 Volume 29 P. 27 - 28
 Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 11 Volume 29 P. 27 - 28
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 11 Volume 19 P. 167 - 168
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 11 Volume 19 P. 167 - 168
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 11 Volume 19 P. 167 - 168
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 11 Volume 19 P. 167 - 168
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 11 Volume 19 P. 167 - 168
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 11 Volume 19 P. 167 - 168
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 11 Volume 19 P. 167 - 168
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 11 Volume 19 P. 167 - 168
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 11 Volume 19 P. 167 - 168
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 11 Volume 08 P. 132 - 133
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 11 Volume 08 P. 132 - 133

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf   pdf     pdf           pdf pdf pdf pdf   pdf   pdf pdf pdf pdf pdf

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-15 ta' Diċembru 1993

dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kambjamenti tal-Klima

(94/69/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s (1) flimkien ma' l-Artikolu 228(3), l-ewwel subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, [1]

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku Soċjali, [3]

Billi l-Komunità u l-Istati Membri tagħha ipparteċipaw fin-negozjati mmexija mill-Kumitat tan-Negozjati Intergovernattiv kif stabbilit mill-Assemblea Generali tan-Ġnus Magħquda għall-preparazzjoni ta' Konvenzjoni Qafas dwar il-Kambjamenti fil-Klima [4];

Billi, waqt il-Konferenza tal-Ġnus Magħquda dwar l-Ambjent u l-Iżvillup f'Rio de Janeiro mit-3 sa l-14 ta'Ġunju 1992, il-Konvenzzjoni Qafas tal-Ġnus Magħquda dwar il-Kambjamenti fil-Klima kienet iffirmata mill-Komunità u L-Istati Membri kollha;

Billi l-għan aħħari tal-Konvenzjoni, kif espress fl-Artikolu 2 tagħha, huwa li jinkiseb, skond id-dispożizzjonijiet relevenati tal-Konvenzjoni, l-istabbilizzazzjoni tal-konċentrazzjoni ta' gassijiet li joħolqu l-effett serra fl-atmosfera, f'livell li jipprevjeni interferenzi antropoġeniċi perikolużi mas-sistema klimatika, f'qafas ta'żmien suffiċjenti biex l-ekosistema titħalla tadatta ruħha b'mod naturali għall-kambjamenti fil-klima, biex jiġi aċċertat li l-produzzjoni ta' l-ikel ma tkunx f'periklu u biex l-iżvilupp ekonomiku jkun jista' jimxi b'mod sostenibbli;

Billi l-Konvenzjoni, meta tiġi ratifikata, għandha torbot lill-pajjiżi żviluppati u l-partijiet kollha msemmija fl-Anness I għall-Konvenzjoni biex tieħu miżuri biex tillimita emissjonijiet antropoġeniċi ta' CO2 u gassijiet oħra li jikkawżaw l-effett serra mhux kontrollati mill-Protokoll ta' Montreal, bil-għan li jiġu rirpristinati, individwalment jew b'mod konġunt għall-livelli ta' emissjonijiet antropoġeniċi tal-1990 sa l-aħħar ta'dan id-deċennju;

Billi, meta il-Konvenzjoni kienet qed tiġi ffirmata, il-Komunità u L-Istati Membri sostnew mill-ġdid l-għan ta' l-istabbilizzazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' CO2 għall-livelli ta' l-1990 fil-Komunità kollha, kif imsemmi fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' Ottubru 1990, 13 ta' Diċembru 1991, 5 u 26 ta' Mejju 1992;

Billi l-Konvenzjoni, skond l-Artikolu 22, hija miftuħa għar-ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni mill-Istati u minn organizzazzjonijiet reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika li ffirmawh;

Billi għandha tittieħed azzjoni preventiva kontra l-kambjementi klimatici antropoġeniċi kemm fuq livell internazzjonali kif ukoll fuq livell nazzjonali;

Billi il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom kompetenzi f'certi mis-setturi mħarsa mill-Konvenzjoni; billi huwa neċċessarju li l-Komunità u l-Istati Membri tagħha jsiru Partijiet Kontraenti sabiex jaderixxu b'mod sħiħ għall-obligazzjonijiet kollha koperti mil-Konvenzjoni;

Billi r-rabta li tillimita l-emissjonijiet antropoġeniċi ta'CO2 kif stabbilita fl-Artikolu 4(2) tal-Konvenzjoni sa jiġu mwettqa mill-Komunitá kollha, permezz ta'azzjoniji mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha, skond il-kompetenzi rispettivi ta' kull wieħed minnhom;

Billi l-Komunità tieħu nota li l-Istati Membri sa jieħdu l-miżuri neċessarji biex mill-aktar fis, u sa kemm huwa b'mod simultanju, id-depożitu ta' strumenti ta' ratifika jew approvazzjoni ta' l-Istati Membri u l-Komunitá,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni Qafas tal-Ġnus Magħquda dwar il-Kambjamenti fil-Klima ffirmata f'Ġunju tal-1992 f'Rio de Janeiro qegħda permezz ta' din id-Deċiżjoni tiġi approvata f'isem il-Komunità Ewropea.

It-test tal-Konvenzjoni ta' din id-Deċiżjoni jidher fl-Anness A.

Artikolu 2

1. F'isem il-Komunità Ewropea, il-President tal-Kunsill għandu jiddeposita l-istrument ta' l-approvazzjoni mas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda skond l-Artikolu 22 OJ No C 44, tas-16.2.1993, p. 1.(1) tal-Konvenzjoni.

2. Fl-istess ħin, il-President tal-Kunsill għandu jiddepożita d-dikjarazzjoni ta' kompetenza kif stabbilit fl-Anness B, skond id-dispożizzjonijiet ta'l-Artikolu 22 No C 194, tad-19.7.1993, p. 358. tal-Konvenzjoni, kif ukoll id-Dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness Ċ.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1993.

F'isem il-Kunsill

Il-President

M. De Galan

[1] ĠU C 44, tas- 16.2.1993, p. 1.

[2] ĠU C 194, tad- 19.7.1993, p. 358.

[3] ĠU C 201, tas-26.7.1993, p. 1,

[4] Ir-Riżoluzzjoni 45/212 ta' l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda tad-19 ta' Diċembru 1990 fuq il-protezzjoni tal-Klima globali għall-ġenerazzjonijiet futuri

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet