31993R1969


Titolu u referenza

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1969/93 tad-19 Lulju 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 fuq it-tariffa u n-nomenklatura ta' l-istatistika u t-Tariffa Doganali Komuni

 ĠU L 180, 23.7.1993, p. 9–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 02 Volume 05 P. 105 - 105
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 02 Volume 05 P. 105 - 105
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 02 Volume 05 P. 105 - 105
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 02 Volume 05 P. 105 - 105
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 02 Volume 05 P. 105 - 105
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 02 Volume 05 P. 105 - 105
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 02 Volume 05 P. 105 - 105
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 02 Volume 05 P. 105 - 105
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 02 Volume 05 P. 105 - 105
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 02 Volume 06 P. 28 - 28
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 02 Volume 06 P. 28 - 28
 HR.ES Chapter 02 Volume 002 P. 169 - 169

 DA  DE  EL  EN  ES  FR  IT  NL  PT

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html    
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf    
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1969/93

tad-19 Lulju 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 fuq it-tariffa u n-nomenklatura ta' l-istatistika u t-Tariffa Doganali Komuni

Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

billi r-REGOLAMENT (KEE) Nru 2658/87 [1] li jistabbilixxi nomenklatura ta' oġġetti msemmija "nomenklatura integrata";

billi l-Kummissjoni stabbiliet tariffa integrata fil-Komunitajiet Ewropej, imsejħa "Taric", ibbażata fuq in-nomenklatura integrata;

billi, skond l-Artikoli 3 u 5 tar-Regolament imsemmi aktar qabel, Stati Membri jistgħu jdaħħlu sottodiviżjonijiet ta' statistika bejn iċ-ċifrarji użati għas-sottotitoli tan-nomenklatura integrata u ċ- ċifrarji użati biex jidentifikaw sottodiviżjonijiet Taric applikati f'livell tal-Komunità;

billi d-dfferenzi kkawżati minn dawn l-arranġamenti bejn in-nomenklaturi kummerċjali esterni u ċ-ċifrarji ta' l-oġġetti ta' Stati Membri joħolqu diffikultajiet dwar il-kompjuterizzazzjoni, fil-livell tal-Komunità, ta' proċeduri doganali u l-użu tad-dokument amministrattiv uniku; billi, bħala riżultat, il-possibilità li d-dħul ta' sottodiviżjonijiet statistiċi nazzjonali wara n-nomeklatura integrata mgħandhomx jitkomplew;

Billi, l-liġi tal-Komunità kif inhi fil-preżent, huwa min-naħa l-oħra, xieraq li l-possibilità, bid-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament hawn fuq imsemmi, li jużaw sottodiviżjonijiet nazzjonali tinżamm, sabiex tippermetti lill-Istati Membri li jixtiequ hekk li jipprovdu ċifrarju għal rekwiżiti nazzjonali;

billi kunsiderazzjoni għandha tittieħed ukoll tad-data ta' skadenza tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament imsemmi aktar qabel kif ukoll tad-dħul fis-seħħ tar-REGOLAMENT tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Ċifrarju Doganali tal-Komunità [2],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2658/87 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(a) L-Artikolu 3(2), (3) u (4) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. Is-sottotitoli tat-Taric għandhom jiġu identifikati bid-9 u l-10 numri li, flimkien man-numri taċ-ċifrarju msemmija fil-paragrafu 1, jiffurmaw in-numri taċ-ċifrarju tat-Taric. Fejn m'hemmx sottodiviżjoni tal-Komunità, id-9 u l-10 numri għandhom jiġu "00".

3. B'mod eċċezzjonali, ċifrarji addizzjonali tat-Taric b'erba' figuri jistgħu jintużaw għall-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi tal-Komunità li mhumiex ċifrati, jew mhumiex ċifrati totalment, f'livell tad-9 u l-10 numru."

(b) l-Artikolu 5(3) u (4) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"3. L-Istati Membri kollha jistgħu jużaw sottodiviżjonijiet li jissodisfaw rekwiżiti nazzjonali; l-identifikar ta' ċifrarji jiġi assenjat lil sottodiviżjonijiet bħal dawn skond ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 [3]."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jiġi applikat fl-1 ta' Jannar 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli għall-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Claes

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-REGOLAMENT (KEE) Nru 1891/93 (ĠU L 172, tal-15.7.1993, p. 1).

[2] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet