31993R1946


Titolu u referenza

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1946/93 tat-30 ta' Ġunju 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru. 337/75 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali

 ĠU L 181, 23.7.1993, p. 11–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
 Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 05 Volume 6 P. 73 - 74
 Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 05 Volume 6 P. 73 - 74
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 05 Volume 02 P. 164 - 165
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 05 Volume 02 P. 164 - 165
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 05 Volume 02 P. 164 - 165
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 05 Volume 02 P. 164 - 165
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 05 Volume 02 P. 164 - 165
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 05 Volume 02 P. 164 - 165
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 05 Volume 02 P. 164 - 165
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 05 Volume 02 P. 164 - 165
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 05 Volume 02 P. 164 - 165
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 05 Volume 03 P. 57 - 58
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 05 Volume 03 P. 57 - 58

 DA  DE  EL  EN  ES  FR  IT  NL  PT

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1946/93

tat-30 ta' Ġunju 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru. 337/75 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri [3],

Billi t-Trattat tat-22 ta' Lulju 1975, li jemenda ċerti dispożizzjonijiet finanzjarji tat-Trattati li jistabbilixxu il-Komunitajiet Ewropej u tat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda għall-Komunitajiet Ewropej, immodifika l-proċedura sabiex tiġi lliberata l-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej; billi għaldaqstant huwa xieraq li tiġi aġġornata l-proċedura sabiex jiġi lliberat il-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, imwaqqaf permezz tar-Regolament (KEE) Nru 337/75 [4] b'referenza għall-proċedura hekk modifikata, kif stabbilit fl-Artikolu 206b tat-Trattat tal-KEE;

Billi t-Trattat tat-22 ta' Lulju 1975 issostitwixxa l-Qorti ta' l-Awdituri għall-Bord ta' Verifika fit-testi kollha li jirreferu għall-Kunsill tal-Verifika;

Billi l-Atti ta' l-Adeżjoni tal-Greċja, Spanja u l-Portugall bidlu l-kompożizzjoni tal-Kunsill Amministrattiv;

Billi huwa mixtieq li jsir provvediment għat-trasmissjoni tar-rapport ġenerali annwali dwar iċ-Ċentru lill-korpi Komunitarji kollha interessati;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 337/75 għandu għalhekk jiġi emendat;

Billi t-Trattat tal-KEE ma jipprovdix poteri ta' azzjoni barra minn dawk li jinsabu fl-Artikolu 235 għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 337/75 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 4(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"1. Iċ-Ċentru għandu jkun amministrat minn Kunsill Amministrattiv kompost minn 39 membru li minnhom:

(a) 12-il membru għandhom jirrappreżentaw lill-Gvernijiet ta' l-Istati Membri;

(b) 12-il membru għandhom jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet professjonali ta' min iħaddem;

(ċ) 12-il membru għandhom jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet ta' trade unions tal-ħaddiema;

(d) tliet membri għandhom jirrappreżentaw lill-Kummissjoni.

Il-membri msemmija f'(a), (b) u (ċ) għandhom jinħatru mill-Kunsill fuq bażi ta' membru għal kull Stat Membru għal kull wieħed minn dawk il-gruppi.

Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri li għandhom jirrappreżentawha."

2. L-Artikolu 9 għandu jiġi mħassar;

3. L-Artikolu 11(1) u (2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"1. Il-Kunsill Amminisrattiv għandu, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena, jibgħat lill-Kummissjoni estimi ta' dħul u nfiq. Dan l-estimu, li għandu jinkludi lista ta' l-impjiegi, għandu jingħata mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ma' l-abbozz preliminari tal-budget finanzjarju tal-Komunitajiet Ewropej.

2. L-awtorità tal-budget għandha tistabbilixxi l-voti disponibbli għas-sussidju taċ-Ċentru.

Il-proċedura fis-seħħ għat-trasferiment ta' ammonti vvutati minn kapitlu għall-ieħor, għandha tapplika għal dawn il-voti.

L-awtorità tal-budget għandha tagħmel il-lista ta' l-impjiegi taċ-Ċentru;"

4. fl-Artikolu 12, il-paragrafi (2) u (3) għandhom jiġu mħassra.

Il-Paragrafu 4 għandu jsir il-paragrafu 2;

5. l-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit wara l-Artikolu 12:

"L-Artikolu 12a

1. Id-Direttur għandu jfassal u l-Kunsill Amministrattiv għandu jadotta, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu, ir-rapport ġenerali annwali dwar l-attivitajiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u linji gwida futuri taċ-Ċentru u għandu jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Qorti ta' l-Awdituri.

Għandu wkoll, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu, jibgħat ir-rapporti ta' dħul u nfiq, l-analiżi ta' l-amministrazzjoni finanzjarja u r-rendikont taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja ta' qabel lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri.

Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha teżaminahom kif provdut fl-Artikolu 206a tat-Trattat.

2. Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tibgħat lill-awtoritajiet responsabbli li jagħmlu ħlasijiet u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru, ir-rapport annwali tagħha flimkien mar-risposti taċ-Ċentru għall-kummenti tagħha, u għandha tiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena ta' wara, jagħmel ħlasijiet lill-Kunsill Amministrattiv taċ-Ċentru skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 206b tat-Trattat";

6. L-Artikolu 13 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 13

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-persunal taċ-Ċentru għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-30 ta' Ġunju 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Bergstein

[1] ĠU C 23, tal-31.1.1991, p. 26.

[2] ĠU C 13, ta' l-20.1 1992, p. 523.

[3] ĠU C 152, ta' l-10.6.1991, p. 1.

[4] ĠU L 39, tat-13.2.1975, p. 1.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet