Official Journal L 136 , 05/06/1993 P. 0020 - 0020
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0241
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0241
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1380/93 ta’ l-4 ta’ Ġunju 1993 dwar it-tneħħija ta’ dazji doganali u l-komponenti ffissati fil-kummerċ bejn il-Portugall u l-bqija tal-Komunità u l-applikazzjoni mill-Portugall ta’ dazji tat-Tariffa Komuni Doganali fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi mill-1 ta’April 1993 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u partikolarment l-Artikolu 75(4) u l-Artikolu 243(4) tiegħu, Billi l-Att ta’Adeżjoni jiddisponi għall-possibiltà li jitneħħew id-dazji doganali u komponenti oħra għall-prodotti agrikoli negozjati bejn il-Portugall u l-Komunità ta’ l-Għaxra; billi l-imsemmija dispożizzjonijiet jippermettu d-dazji doganali Portugiżi li jiġu allinjati malajr mat-Tariffa Komuni Doganali; Billi, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3792/85 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 li jippreskrivi l-arranġamenti li japplikaw għall-kummerċ fi prodotti agrikoli bejn Spanja u l-Portugall [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3296/88 [2], id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 75(4) u l-Artikolu 243(4) ta’ l-Att ta’Adeżjoni japplikaw ugwalment rigward dazji li japplikaw għall-kummerċ bejn Spanja u l-Portugall; Billi l-Portugall u Spanja għamlu applikazzjoni dwar dan; Billi l-kisba ta’ suq ewlieni jinħtieġ li jitneħħew l-ostakoli kollha għall-kummerċ, mhux biss bejn l-Istati Membri tal-Komunità kif kostitwiti fil-31 ta’ Diċembru 1985 iżda wkoll bejn dawn l-Istati Membri u Spanja u l-Portugall kif ukoll bejn dawn iż-żewġ pajjiżi; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati Amministrattivi kkonċernati, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Mill-1 ta’April 1993: (a) Il-Portugall se jneħħi fil-kummerċ mal-bqija tal-Komunità għall-prodotti suġġetti għall-organizzazzjoni komuni tas-suq: - id-dazji doganali, - il-komponenti ffissati maħsuba biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ l-industrija ta’ l-ipproċessar; (b) Spanja se tneħħi d-dazji doganali fil-kummerċ mal-Portugall għall-prodotti suġġetti għal organizzazzjoni komuni tas-suq; (ċ) Id-dazji doganali applikati mill-bqija tal-Komunità għall-importazzjonijiet mill-Portugall għandhom jitneħħew. 2. Mill-1 ta’April 1993, il-Portugal għandu japplika fil-kummerċ tiegħu mal-pajjiżi li mhumiex membri d-dazji doganali li huma applikati mill-bqija tal-Komunità. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu ta’ qabel jgħoddu biss mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti dwar prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex12081000, 15151100, 15151910 u ex09011200 li għalihom il-Portugall applika qabel l-1 ta’April 1993 dazju doganali anqas minn dak applikat mill-bqija tal-Komunità. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Jibda jgħodd mill-1 ta’April 1993, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1(2) it-tieni subparagrafu. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Ġunju 1993. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 367, 31.12.1985, p. 7. [2] ĠU L 293, 27.10.1988, p. 7. --------------------------------------------------