31993L0014



Official Journal L 121 , 15/05/1993 P. 0001 - 0019
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 24 P. 0057
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 24 P. 0057


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/14/KEE

tal-5 ta' April 1993

dwar l-ibbrejkjar tal-vetturi bil-mutur b'¿ewġ roti jew bi tlieta

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur b'¿ewġ roti jew bi tlieta [1],

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [4],

Billi għandhom jiġu adottati mi¿uri li huma inti¿i biex gradwalment jistabbilixxu suq intern sal-31 ta' Diċembru 1992; billi s-suq intern huwa ¿ona mingħajr fruntieri interni li fih il-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa ¿gurat;

Billi, fir-rigward ta' l-ibbrejkjar, f'kull Stat Membru, il-vetturi b'¿ewġ roti jew bi tlieta għandhom ikollhom ċerti karatteristiċi tekniċi stipulati f'dispożizzjonijiet tassativi li huma differenti minn Stat Membru għal ieħor; billi, bħala ri¿ultat tad--differenzi tagħhom, dawn id-dispożizzjonijiet joħolqu ostaklu għall-kummerċ fi ħdan il-Komunitá;

Billi dawn l-ostakli għall-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern jistgħu jitneħħew jekk l-istess ħtiġiet ikunu adottati mill-Istati Membri kollha flok ir-regoli nazzjonali tagħhom;

Billi huwa meħtieġ li jiġu mfassla ħtiġiet armonizzati li jikkonċernaw l-ibbrejkjar tal-vetturi b'¿ewġ roti jew bi tlieta armonizzati sabiex jippermettu li l-proċeduri għall-approvazzjoni tat-tip u l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent stipulati fid-Direttiva 92/61/KEE jiġu applikati għal kull tip ta' vettura;

Billi biex ikun iffaċilitat l-aċċess għas-swieq tal-pajji¿i non-Kumintarji huwa neċessarju li tkun stabbilita ekwivalenza bejn il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u dawk tar-Regolament tan-Nazzjonijiet Uniti ECE Nru 78,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għall-ibbrejkjar ta' kull tip ta' vettura kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/61/KEE.

Artikolu 2

Il-proċedura għall-għoti ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent fir-rigward ta' l-ibbrejkjar ta' xi tip ta' vettura b'¿ewġ roti jew bi tlieta u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment liberu ta' vetturi bħal dawn għandhom jiġu stipulati fil-Kapitoli II u III tad-Direttiva 92/61/KEE.

Artikolu 3

Skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/61/KEE, l-ekwivalenza bejn il-ħtiġiet stipulati f'din id-Direttiva u dawk stipulati fir-Regolament tan-Nazzjonijiet Uniti ECE Nru 78, (E/ECE/324 u E/ECE(TRANS/505 REV 1 ADD 77 ta' l-20 ta' Ottubru 1988) qegħda hawnhekk tiġi rikonoxxuta.

L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent għandhom jaċċettaw l-approvazzjonijiet mogħtija bi qbil mal-ħtiġiet tar-Regolament Nru 78 hawn fuq imsemmi kif ukoll il-marki ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent bħala alternattiva għall-approvazzjonijiet u marki ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent korrispondenti mogħtija skond din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva tista' tiġi emendata skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE [5] sabiex:

- tikkunsidra kull emendi għar-Regolament ECE msemmi fl-Artikolu 3,

- taddatta l-Anness għall-progress tekniku.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel il-5 ta' Ottubru 1994 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dsiposizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okka¿joni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet relatati ma' l-ibbrejkjar, jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta' vetturi li jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu mill-5 ta' April 1995.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fil-5 ta' April 1993.

Għal Kunsill

Il-President

J.Troejborg

[1] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72.

[2] ĠU C 93, tat-13.4.1992, p. 24.

[3] ĠU C 305, tat-23.11. 992, p. 114; uĠU C 72, tal-15.3.1993.

[4] ĠU C 313, tat-30.11.1992, p. 7.

[5] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1; Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/53/KEE (ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p.1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta' din id-Direttiva:

1.1. Tip ta' vettura fir-rigward ta' l-ibbrejkjar tagħha:

tfisser vetturi li mhumiex differenti minn xulxin fl-aspetti essenzjali bħal:

1.1.1. il-kategorija ta' vetturi, kif definit fl-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva;

1.1.2. il-massa massima, kif definita f'1.13;

1.1.3. id-distribuzzjoni tal-massa madwar il-fusien;

1.1.4. il-veloċità massima tad-disinn;

1.1.5. tip differenti tas-sistema ta' l-ibbrejkjar;

1.1.6. in-numru u l-arranġament tal-fusien;

1.1.7. it-tip tal-magna;

1.1.8. in-numru ta' gerijiet u l-proporzjon globali tagħhom;

1.1.8a. il-proporzjonijiet ta' sewqan finali;

1.1.9. id-dimensjonijiet tat-tyres.

1.2. Il-mezz ta' l-ibbrejkjar:

ifisser il-kombinazzjoni ta' partijiet minbarra l-magna li x-xogħol tagħhom huwa li progressivament inaqqsu l-veloċità ta' vettura li tkun miexja jew biex iwaqqfuha kompletament jew biex iżommuha wieqfa jekk tkun diġà wieqfa; dawn il-funzjonijiet huma speċifikati f'2.1.2. Dan il-mezz jikkonsisti fil-kontroll, trasmissjoni u l-brejk innifsu.

1.3. Kontroll:

tfisser il-parti attwata direttament mis-sewwieq biex jagħti lit-trasmissjoni l-enerġija meħtieġa għall-ibbrejkjar, jew biex jikkontrollaha. Din l-enerġija tista' tkun enerġija muskolari tas-sewwieq, jew enerġija minn fonti oħra kontrollata mis-sewwieq, jew kombinazzjoni ta' dawn l-enerġiji varji.

1.4. Trasmissjoni:

tfisser il-kombinazzjoni tal-komponenti inklu¿i bejn il-kontroll u l-brejkijiet u t-tlaqqigħ funzjonali tagħhom. Fejn il-qawwa tal-brejk tkun ġejja minn jew assistita minn xi fonti ta' enerġija indipendenti mis-sewwieq imma kontrollata minnu, ir-riserva ta' l-enerġija fil-mezz hija wkoll parti mit-trasmissjoni.

1.5. Brejk:

ifisser il-partijiet tal-mezz ta' l-ibbrejkjar li fih ikunu ¿viluppati l-forzi li jopponu l-moviment tal-vettura.

1.6. Tipi differenti ta' mezzi ta' l-ibbrejkjar:

tfisser mezzi li huma differenti minn xulxin fl-aspetti essenzjali bħall-:

1.6.1. komponenti li għandhom karatteristiċi differenti;

1.6.2. komponent magħmul minn materjal b'karatteristiċi differenti, jew komponent li huwa differenti fil-forma jew fid-daqs;

1.6.3. immuntar differenti tal-komponenti.

1.7. Il-komponent(i) ta' mezz ta' l-ibbrejkjar:

tfisser wieħed jew iktar mill-partijiet individwali li, meta immuntati, isiru parti mill-mezz ta' l-ibbrejkjar.

1.8. Sistema ikkombinata ta' ibbrjekjar tfisser:

1.8.1. fil-ka¿ ta' mopeds b'¿ewġ roti u muturi b'¿ewġ roti, sistema li biha mill-inqas ¿ewġ brejkijiet fuq roti differenti ikunu attwati f'kombinazzjoni bl-u¿u ta' kontroll wieħed;

1.8.2. fil-ka¿ ta' mopeds bi tliet roti u triċikletti, l-mezz ta' l-ibbrejkjar li jopera fuq ir-roti kollha;

1.8.3. fil-ka¿ ta' muturi b'sidecar, l-mezz ta' l-ibbrejkjar li jopera mill-inqas fuq ir-rota ta' quddiem u ta' wara. Għaldaqstant il-mezz ta' l-ibbrejkjar li jopera kontemporanjament fuq ir-rota ta' wara u fuq ir-rota tas-sidecar huwa kkunsidrat bħala brejk ta' wara.

1.9. L-ibbrejkjar progressiv u gradwali:

ifisser ibbrejkjar li waqtu, fil-limitu operattiv normali tal-mezz, u kemm waqt l-applikazzjoni jew waqt ir-rilaxx tal-brejkijiet:

1.9.1. is-sewwieq ikun jista' f'kull waqt i¿id jew inaqqas il-forza ta' l-ibbrejkjar billi ju¿a l-kontroll;

1.9.2. il-forza ta' l-ibbrejkjar tvarja proporzjonatament ma' l-azzjoni fuq il-kontroll (funzjoni monotonika);

u

1.9.3. il-forza ta' l-ibbrejkjar tkun tista' tiġi regolata faċilment b'bi¿¿ejjed preċi¿joni.

1.10. Veloċità massima ddisinjata:

tfisser il-veloċità li l-vettura ma tistax taqbeż, fuq pjan u mingħajr influwenza esterna, b'kunsiderazzjoni tal-limitazzjonijiet speċjali imposti fuq id-disinn u l-kostruzzjoni tal-vettura.

1.11. Vettura mgħobbija:

tfisser, minbarra fejn imsemmi mod ieħor, vettura mgħobbija b'tali mod li tilħaq il-massa massima tagħha.

1.12. Vettura mhux mgħobbija:

tfisser il-vettura weħidha, kif tingħata għat-testijiet, flimkien mas-sewwieq waħdu u kull tagħmir jew instrumentazzjoni meħtieġa għat-test.

1.13. Massa massima:

tfisser il-massa massima dikjarata mill-manifattur tal-vettura hija teknikament permissibbli (din il-massa tista' tkun ikbar mill-massa massima permissibblistabbilita mill-amministrazzjoni nazzjonali).

1.14. Brejk imxarrab:

ifisser brejk jew brejkijiet li ġie/ġew ittrattati skond is-Sezzjoni 1.3 ta' Appendiċi 1.

2. ĦTIĠIET TA' KOSTRUZZJONI U IFFITTJAR

2.1. Generali

2.1.1. Il-Mezz ta' l-ibbrejkjar

2.1.1.1. Il-mezz ta' l-ibbrejkjar għandu jkun iddiżinjat, mibni u iffittjat b'tali mod li jippermetti lill-vettura f'użu normali li tħares id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, minkejja l-vibrazzjoni li jista' jkun suġġett għaliha.

2.1.1.2. B'mod partikolari, il-mezz ta' l-ibbrejkjar għandu jkun iddi¿injat, mibni u iffittjat b'tali mod li jirre¿isti l-fenomeni tal-korru¿joni u ¿-¿mien li għalihom ikun espost.

2.1.2. Funzjonijiet tal-mezz ta' l-ibbrejkjar

Il-mezz ta' l-ibbrejkjar definit f'1.2 għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.1.2.1. Il-brejkijiet tas-servizz

Il-brejkijiet tas-servizz għandhom jagħmluha possibbli li s-sewwieq jikkontrolla l-moviment tal-vettura u jwaqqafha b'sigurtà, malajr u effettivament, tkun xi tkun il-veloċità jew it-tagħbija tagħha, fuq kull tip ta' diżlivell. Għandu jkun possibbli li din l-azzjoni ta' ibbrejkjar tkun gradwata. Is-sewwieq għandu jkun jista' jagħmel din l-azzjoni ta' l-ibbrejkjar mis-sedil tas-sewwieq mingħajr ma jneħħi jdejh minn fuq l-isteering.

2.1.2.2. Ibbrejkjar sekondarju (ta' emerġenza) (fejn applikabbli)

L-ibbrejkjar sekondarju (ta' emerġenza) għandu jagħmilha possibbli li titwaqqaf il-vettura f'distanza raġonevoli fil-ka¿ ta' ħsara fl-ibbrejkjar tas-servizz. Għandu jkun possibbli li din l-azzjoni tal-brejkijiet tkun gradwali. Is-sewwieq għandu jkun jista' jagħmel din l-azzjoni ta' ibbrejkjar mis-sedil tas-sewwieq waqt li jħalli almenu id waħda fuq l-isteering. Għall-fini ta' dawn id-dsisposizzjonijiet huwa mifhum li mhux iktar minn ħsara waħda fil-brejkijiet tas-servizz ma tista' sseħħ kull darba.

2.1.2.3. Il-Brejk ta' l-ipparkjar (jekk iffittjat)

Il-brejk ta' l-ipparkjar għandu jagħmilha possibbli li titħalla l-vettura wieqfa f'kull telgħa jew ni¿la anke fin-nuqqas tas-sewwieq, bil-partijiet li jħaddmu l-vettura mi¿muma fil-po¿izzjoni illokkjata b'mezz purament mekkaniku. Is-sewwieq għandu jkun jista' jagħmel din l-azzjoni ta' ibbrejkjar mis-sedil tiegħu.

2.2. Il-Karatteristiċi tal-mezz ta' l-ibbrejkjar

2.2.1. Kull moped b'¿ewġ roti jew mutur bi tliet roti għandu jkun mgħammar b'¿ewġ mezzi tal-brejkijiet tas-servizz, b'kontrolli u trasmissjonijiet indipendenti, wieħed jaħdem għall-inqas fuq ir-rota ta' quddiem u l-ieħor għall-inqas fuq ir-rota ta' wara.

2.2.1.1. I¿-¿ewġ mezzi ta' l-ibbrejkjar tas-servizz jista' jkollhom ibbrejkjar komuni sakemm ħsara f'mezz wieħed ta' l-ibbrejkjar ma teffettwax l-esekuzzjoni ta' l-ieħor. Ċerti partijiet, bħall-brejk innifsu, iċ-ċilindri tal-brejk u l-pistons tagħhom (minbarra s-siġilli), il-vireg u l-assemblaġġi tal- kamm tal-brejkijiet, m'għandhomx ikunu ikkunsidrati bħala risponsabbli għall-ibbrejkjar jekk ikunu ta' dimensjonijiet kbar, aċċessibbli malajr għall-manutenzjoni u jkun fihom bi¿¿ejjed karatteristiċi ta' sigurtà

2.2.1.2. Mezz tal-brejk ta' l-ipparkjar mhuwiex obbligatorju.

2.2.2. Kull mutur bis-sidecar għandu jkun mgħammar b'mezz ta' l-ibbrejkjar li kien ikun mitlub fin-nuqqas ta' sidecar; jekk dawn il-mezzi jagħmulha possibbli li tintlaħaq l-e¿ekuzzjoni mitluba fit-testijiet ta' vetturi bis-sidecar, brejk fuq is-sidecar m'għandux ikun obbligatorju; il-mezz tal-brejk ta' l-ipparkjar mhuwiex obbligatorju.

2.2.3. Kull moped bi tliet roti għandu jkun mgħammar:

2.2.3.1. jew b'¿ewġ mezzi ta' l-ibbrejkjar tas-servizz indipendenti li flimkien iħaddmu l-brejkijiet fuq ir-roti kollha; jew

2.2.3.2. b'mezz tal-brejkijiet tas-servizz li jopera fuq ir-roti kollha, u l-mezz ta' l-ibbrejkjar sekondarju (ta' emerġenza) li jista' jkun il-brejk ta' l-ipparkjar.

2.2.3.3. Barra minn hekk, kull moped bi tliet roti għandu jkun mgħammar b'mezz tal-brejk ta' l-ipparkjar li jaħdem fuq ir-rota jew roti ta' mill-inqas fus wieħed. Il-mezz tal-brejk ta' l-ipparkjar, li jista' jkun wieħed mi¿-¿ewġ mezzi speċifikati f'2.2.3.1, għandu jkun indipendenti mill-mezz li jaħdem fuq il-fus jew il-fusien l-oħra.

2.2.4. Kull triċikletta għandha tkun mgħammra bi:

2.2.4.1. mezz tal-brejkijiet tas-servizz ikkontrollat bis-sieq li jopera fuq ir-roti kollha, u l-mezz ta' l-ibbrejkjar sekondarju (ta' emerġenza) li jista' jkun il-brejk ta' ipparkjar;

u

2.2.4.2. mezz ta' brejk ta' ipparkjar fuq ir-roti ta' mill-inqas fus wieħed. Il-kontroll tal--mezz ta' l-ipparkjar għandu jkun indipendenti mill-kontroll tal-mezz tal-brejkijiet tas-servizz.

2.2.5. Il-mezzi ta' l-ibbrejkjar għandhom jaħdmu fuq l-uċuħ tal-brejk imqabbdin b'mod permanenti mar-roti jew b'mod riġidu jew permezz ta' komponenti li diffiċilment imorru.

2.2.6. Il-partijiet tal-komponenti tal-mezz kollu ta' l-ibbrejkjar, fejn imqabbdin mal-vettura, għandhom jitwaħħlu fis-sod biex il-mezzi tal-brejkijiet ma jmorrux waqt il-funzjoni tagħhom taħt kondizzjonijiet normali.

2.2.7. Il-mezzi ta' l-ibbrejkjar għandhom jaħdmu liberament meta illubrikati u irranġati korrettament.

2.2.7.1. Il-tgħarriq ikkaġunat mill-u¿u tal-brejkijiet għandha tkun faċli biex titranġa kemm b' aġġustament manwali jew awtomatiku. Il-brejkijiet għandhom ikunu jistgħu jiġu aġġustati għall-po¿izzjoni effiċjenti ta' operazzjoni sakemm il-linings brejkijiet ma jkunux ittieklu tant illi jkollhom b¿onn jinbidlu.

2.2.7.2. Il-kontroll u l-komponenti tat-trasmissjoni u tal-brejkijiet għandu jkollhom riserva għall-vjaġġ b'tali mod li meta l-brejkijiet jisħnu u l-linings tal-brejkijiet jilħaq il-punt massimu tat-tgħarriq bl-u¿u, l-ibbrejkjar effettiv ikun assigurat mingħajr ma jkun hemm b¿onn ta' aġġustament immedjat.

2.2.7.3. Meta aġġustati korrettament il-komponenti tal-mezz ta' ibbrejkjar m'għandhomx, meta u¿ati, imissu ma' partijiet oħra barra dawk inti¿i.

2.2.8. F'mezzi ta' l-ibbrejkjar fejn it-trasmissjoni hija idrawlika, ir-reċipjenti li j¿ommu l-fluwidi ta' riserva għandhom ikunu ddi¿injati u mibnija b'tali mod li l-livell tal-fluwidu ta' riserva jkun jista' jiġi iċċekkjat faċilment.

Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal mopeds b'veloċità massima ta' 25 km fis-siegħa jew inqas.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet