31993L0010



Official Journal L 093 , 17/04/1993 P. 0027 - 0036
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 24 P. 0027
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 24 P. 0027


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/10/KEE

tat-15 ta' Marzu 1993

dwar il-materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITA EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/109/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam ma' materjal magħmul biex jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel,

Billi n-numru u n-natura tal-bidliet li għandhom isiru u li issa għandhom isiru lid-Direttiva tal-Kunsill 83/229/KEE tal-25 ta' April 1993 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata ta' ċelluloża intiża biex jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel [2], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/15/KEE [3], jindikaw il-ħtieġa biex l-imsemmija Direttiva tkun mibdula;

Billi il-miżuri tal-Komunità ikkunsidrati minn din id-Direttiva mhumiex biss meħtieġa imma wkoll indispensabbli biex jintlaħqu l-objettivi tas-suq intern; billi dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu individwalment mill-Istati Membri; u billi, iżjed u iżjed, l-għan tagħhom fil-livell tal-Komunità huwa diġà pprovvdut mid-Direttiva 89/109/KEE;

Billi l-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/109/KEE jsemmi li l-materjali u l-oġġetti, fl-istat lest tagħhom, m'għandhomx jittrasferixxu l-kostitwenti tagħhom fl-ikel fi kwantitajiet li jistgħu jipperikolaw is-saħħa tal-bniedem jew iġibu bidla li mhix aċċettata fil-komposizzjoni ta' l-ikel;

Billi, biex jintlaħaq l-objettiv fil-każ ta' tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża, l-istrument xieraq hija direttiva speċifika fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/109/KEE;

Billi kisi sintetiku ta' ċelluloża riġenerata għandu jkun is-suġġett ta' dispożizzjonijiet speċifiċi;

Billi l-metodu biex jiddetermina n-nuqqas ta' ċaqlieq ta' sustanzi koloranti għandu jkun stabbilit fi stadju aktar avvanzat;

Billi, sakemm isiru l-kriterji ta' purità u metodi ta' l-analiżi, id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jibqgħu fis-seħħ;

Billi l-istabbiliment ta' lista ta' sustanzi approvati, flimkien mal-limiti ta' kwantitajiet li għandhom jintużaw, huwa biżżejjed biex fil-prinċipju ta' dan il-każ speċifiku jintlaħaq l-iskop stabbilit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/109/KEE;

Billi, madankollu, il-bis(2-hydroxyethyl)ether (= diethyleneglycol) u ethanediol (= monoethyleneglycol), jistgħu jiċċaqalqu estensivament f'ċertu ikel u għalhekk biex tiġi evitata din il-possibiltà, bħala miżura preventiva, huwa aktar xieraq li tkun stabbilita definittivament il-kwantità massima awtorizzata ta' sustanzi bħal dawn fl-ikel li kienu f'kuntatt ma' tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża;

Billi, biex tkun protetta s-saħħa tal-konsumatur, kuntatt dirett bejn l-ikel u superfiċji stampati ta' tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża għandu jkun evitat;

Billi d-dikjarazzjoni bil-miktub li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 6(5) tad-Direttiva 89/109/KEE għandha tkun ipprovduta fil-każ tal-użu professjonali ta' tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża għal materjali u l-oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel, apparti minn dawk li, fin-natura tagħhom, huma intiżi għal dan l-użu;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva hija direttiva speċifika fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/109/KEE,

2. Din id-Direttiva għandha tapplika għal tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża fi ħdan id-deskrizzjoni mogħtija fl-Anness I li jew:

(a) jikkostitwixxi prodott lest fih innifsu, jew

(b) jifforma parti minn prodott lest li fih materjali oħrajn, u li huwa intiż biex jiġi f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel jew li, minħabba l-iskop tiegħu, jiġi f'dan it-tip ta' kuntatt.

3. Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a) tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża li, fuq in-naħa li hija intiża biex tiġi f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel jew li, minħabba l-l-iskop tagħha, tiġi f'dan it-tip ta' kuntatt, ikollha kisi li jeċċedi il-50mg/dm2;

(b) kisi sintetiku ta' ċelluloża riġenerata.

Artikolu 2

1. Biss dawk is-sustanzi jew gruppi ta' sustanzi elenkati fl-Anness II jistgħu jintużaw għall-manifattura ta' tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża u biss skond il-kondizzjonijiet stabbiliti hemmhekk.

2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, is-sustanzi apparti dawk elenkati fl-Anness II jistgħu jkunu wżati meta dawn is-sustanzi jkunu mħaddma bħala sustanzi koloranti (kuluri u pigmenti) jew bħala adesivi, bil-kondizzjoni li ma jkun hemm l-ebda traċċa ta' ċaqliq tas-sustanzi fi jew fuq l-ikel, li jistgħu jkunu osservati b'metodu validitat.

Artikolu 3

Superfiċji stampati ta' tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża m'għandhomx jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel.

Artikolu 4

1. Fl-istadji tas-suq li m'humiex stadji ta' bejgħ bl-imnut, il-materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata ta' ċelluloża li huma intiżi biex jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel għandhom ikunu akkumpanjati b'dikjarazzjoni bil-miktub bi qbil mal-Artikolu 6(5) tad-Direttiva 89/109/KEE.

2. Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża li fin-natura tagħhom huma intiżi biex jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel.

3. Meta l-kondizzjonijiet speċjali ta' l-użu huma indikati, il-materjal jew l-oġġett magħmul minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża għandu jkun mmarkat kif xieraq.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mill-1 ta' Jannar 1994. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kommissjoni b'dan.

L-Istati Membri għandhom:

- jippermettu, mill-1 ta' Jannar 1994, il-kummerċ u l-użu tal-materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiżi biex jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel li huma konformi ma' din id-Direttiva,

- jipprojbixxu, mill-1 ta' Jannar 1994, il-kummerċ u l-użu tal-materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiżi biex jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel li la huma konformi ma' din id-Direttiva u lanqas mad-Direttiva 83/229/KEE.

- jipprojbixxu, mill-1 ta' Jannar 1995, il-kummerċ u l-użu ta' materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiżi biex jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel li ma humiex konformi ma' din id-Direttiva imma li kienu konformi mad-Direttiva 83/229/KEE.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jkunu akkumpanjati b'din ir-referenza fi żmien il-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal dawn it-tip ta' referenzi għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

Artikolu 6

1. Id-Direttiva 83/229/KEE hija hawnhekk irrevokata mill-1 ta' Jannar 1994.

2. Ir-referenzi għad-Direttiva 83/229/KEE għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella ta' korrelazzjoni li tidher fl-Anness III.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Marzu 1993.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kommissjoni

[1] ĠU L 40, 11.2.1989, p.38.

[2] ĠU L 123, 11.5.1983, p.31.

[3] ĠU L 102, 16.4.1992, p.44.

--------------------------------------------------

ANNESS I

DESKRIZZJONI TA' TERTUQA RIĠENERATA TA-ĊELLULOŻA

Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża hija folja rqiqa ta' materjal miksub minn ċelluloża raffinata li ġejja minn injam jew qoton mhux riċiklat. Biex jilħqu il-ħtiġiet tekniċi, sustanzi xierqa jistgħu jiżdiedu jew fil-massa jew fuq is-superfiċju. Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża tista' tkun miksija fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat.

--------------------------------------------------

ANNESS II

LISTA TA' SUSTANZI AWTORIZZATI FIL-MANIFATTURA TA' TERTUQA RIĠENERATA TA-ĊELLULOŻA

NB

- Il-persentaġġi f'dan l-Anness, l-ewwel u t-tieni partijiet, huma espressi f'piż/piż (w/w) u huma kkalkolati b'relazzjoni mal-kwantità ta' tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża anidra mhux miksi.

- Id-denominazzjonijiet tekniċi tas-soltu huma mogħtija fil-parentesi.

- Is-sustanzi użati għandhom ikunu ta' kwalità teknika tajba f'dak li għandu x'jaqsam mal-kriterji ta' purità.

EWWEL PARTI

TERTUQA RIĠENERATA TA-ĊELLULOŻA MHUX MIKSIJA

Denominazzjonijiet | Restrizzjonijiet |

A.Ċelluloża riġenerata | Mhux inqas minn 72 % (w/w) |

B.Addittivi

1.Softeners | Mhux iktar minn 27 % (w/w) bħala total |

—Bis(2-hydroxyethyl) ether [= diethyleneglycol]) | Biss għall-tertuqa intiża biex tiġi miksija u imbagħad użati għall-ikel li mhux niedi, i.e. li ma fihx ilma, li huwa fiżikament ħieles fil-wiċċ. L-ammont totali ta' bis(2 hydroxyethyl)ether u ethanediol preżenti fl-ikel li kien f'kuntatt mat-tertuqa ta' dan it-tip ma jistax jeċċedi 30mg/kg ta' l-ikel. |

—Ethanediol [= monoethyleneglycol] |

—1,3-butanediol | |

—Glycerol | |

—1,2-propanediol [= 1,2 propyleneglycol] | |

—Polyethylene oxide [= polyethyleneglycol] | Piż molekolari medju bejn 250 u 1200 |

—1,2-polypropylene oxide [= 1,2 polypropyleneglycol] | Piż molekolari medju mhux akbar minn 400 u kontenut ħieles ta' 1,3-propanediol mhux akbar minn 1 % (w/w) fis-sustanza |

—Sorbitol | |

—Tetraethyleneglycol | |

—Triethyleneglycol | |

—Urea | |

2.Addittivi oħra | Mhux aktar minn 1 % (w/w) bħala total |

L-ewwel klassi | Il-kwantità tas-sustanza jew tal-grupp tas-sustanzi f'kull paragrafu ma tistax teċċedi 2mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija |

—Aċidu aċetiku u l-imluħ NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu | |

—Aċidu askorbiku u l-imluħ NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu | |

—Aċidu benżojku u sodium benzoate | |

—Aċidu formiku u l-imluħ NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu | |

—Aċidi tax-xaħmijiet lineari, niedja jew mhux niedja b'numru biż-żewġ ta' atomi karbo minn 8 sa 20 inklusiv u wkoll aċidi behenic u ricinoleic u l-imluħ NH4, Ca, Mg, K, Na, Al, Zn ta' dawn l-aċidi | |

—Aċidi ċitriċi, d u 1 lattiċi, malejċi, 1-tartariċi u l-imluħ Na u K tagħhom | |

—Aċidu sorbiku u l-imluħ NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu | |

—Aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b'numru biż-żewġ ta' atomi karbo minn 8 sa 20 inklusiv u wkoll l-amidi ta' aċidi behemic u ricinoleic | |

—Lamtu u dqiq naturali li jittiekel | |

—Lamtu u dqiq li jittiekel modifikat bi trattament kimiku | |

—Amylose | |

—Karbonati u kloruri tal-kalċju u l-manjeżju | |

—Esteri tal-glycrol b'aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b'numru biż-żewġ ta' atomi karbo minn 8 sa 20 inklusiv u/jew b'aċidi adipiċi, ċitriċi, 12-hydroxystearic (oxystearin), ricinoleic | |

—Esteri tal-polyoxyethylene (8 sa 14 gruppi ta' oxyethylene) b'aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b'numru biż-żewġ ta' atomi karbo minn 8 sa 20 inklusiv | |

—Esteri ta' sorbitol b'aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b'numru biż-żewġ ta' atomi karbo minn 8 sa 20 inklusiv | |

—Mono- u/jew di-esteri ta' aċidu stearic b'ethanediol u/jew bis(2-hydroxyethyl) ether u/jew triethylene glycol | |

—Osidi u idro-ossidi tal-aluminju, tal-kalċju, tal-manjeżju u tas-silikon u tas-silikati u silikati idrati ta' l-aluminju, l-kalċju, l-manjeżju u l-potassju. | |

—Polyethylene oxide [= polyethyleneglycol] | Piż molekolari medju bejn 1200 u 4000 |

—Sodju propjoniku | |

It-tieni klassi | Il-kwantità totali tas-sustanzi ma tistax teċċedi 1mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija u l-kwantità tas-sustanza jew grupp ta' sustanzi f'kull inċiż ma tistax teċċedi 0,2 mg/dm2 (jew limitu aktar baxx meta wieħed huwa speċifikat) tat-tertuqa mhux miksija. |

—Sodju alkiliku (C8 sa C18) benzene sulphonate | |

—Sodju isopropiliku naphthalene sulphonate | |

—Sodju alkiliku (C8 sa C18) sulfat | |

—Sodju alkiliku (C8 sa C18) sulfonat | |

—Sodju diocytlsulphosuccinate | |

—Distearate ta' dihydroxyethyl diethylene triamine monoacetate | Mhux aktar minn 0,05 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija |

—Sulfati lawrili ta' l-Ammonju, tal-manjeżju u tal-potassium | |

—N,N'-distearoyl diaminoethane, N,N'-dipalmitoyl diaminoethane u N,N'-dioleoyl diaminoethane | |

—2-heptadKEyl-4,4-bis(methylene-stearate) oxazoline | |

—Polyethylene-aminostearamide ethylsulphate | Mhux aktar minn 0,1 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija |

It-tielet klassi - Aġent li jorbot | Il-kwantità totali tas-sustanzi ma tistax teċċedi 1mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija |

—Prodott ta' kondensazzjoni ta' melamine-formaldehyde mhux modifikat, jew li jista' jkun immodifikat b'wieħed jew iżjed minn dawn il-prodotti li ġejjin:Butanol, diethylenetriamine, ethanol, triethlyenetetramine, tetraethylenepentamine, tri-(2-hydroxyethyl) amine, 3,3'-diaminodipropylamine, 4,4'-diaminodibutylamine | Kontenut ħieles ta' formaldehyde mhux akbar minn 0,5 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija Kontenut ħieles ta' melamine mhux akbar minn 0,3 mg/dm2 ta' tertuqa mhux miksi |

—Prodott ta' kondensazzjoni ta' melamine-urea-formaldehyde modifikat b'tris-(2-hydroxyethyl)amine | Kontenut ħieles ta' formaldehyde mhux akbar minn 0,5 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija Kontenut ħieles ta' melamine mhux akbar minn 0,3 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija |

—‘Cross-linked' cationic polyalkyleneamines:(a)reżina polyamide-epichlorhydrin ibbażata fuq diaminopropylmethylamine u epichlorhydrin(b)reżina polyamide-epichlorhydrin ibbażata fuq epichlorhydrin, aċidu adipiku, caprolactam, diethylenetriamine u/jew ethylenediamine(ċ)reżina polyamide-epichlorhydrin ibbażata fuq aċidu adipiku, diethylenetriamine u epichlorhydrin, jew taħlita ta' epichlorhydrin u ammonja(d)reżina polyamide-polyamine-epichlorhydrin ibbażata fuq epichlorhydrin, dimethyl, adipate u diethylenetriamine(e)reżina polyamide-polyamine-epichlorhydrin ibbażat fuq epichlorhydrin, adipamide u diaminopropylmethylamine | Bi qbil mad-direttivi tal-Komunità u fin-nuqqas tagħhom, mal-leġislazzjoni nazzjonali, pendenti fuq l-addozzjoni tad-direttiva tal-Komunità |

—Polyethyleneamines u polyethyleneimines | Mhux aktar minn 0,75mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija |

—Prodott ta' kondensazzjoni ta' urea-formaldehyde mhux modifikat, jew li jista' jkun modifikat b'wieħed jew iżjed minn dawn il-prodotti li ġejjin:aċidu aminomethylsulphonic, aċidu sulphanillic, butanol, diaminobutane, diaminodiethylamine, diaminodipropylamine, diaminopropane, diethylenetriamine, ethanol, guanidine, methanol, tetraethylenepentamine, triethylenetetramine, sodium sulphite | Kontenut ħieles ta' formaldehyde mhux akbar minn 0,5 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija |

Ir-raba' klassi | Il-kwantità totali ta' sustanzi ma tistax teċċedi 0,01 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija |

—Prodotti li jirriżultaw mir-reazzjoni tal-amini taż-żjut tal-ikel ma' polyethylene oxide | |

—Monoethanolamine lauryl sulphate | |

TIENI PARTI

TERTUQA RIĠENERATA TAĊ-ĊELLULOŻA MIKSIJA

Denominazzjonijiet | Restrizzjonijiet |

A.Ċelluloża riġenerata | Ara l-ewwel parti |

B.Addittivi | Ara l-ewwel parti |

C.Kisi | Mhux aktar minn 50 mg ta' kisi/dm2 tat-tertuqa fuq in-naħa fil kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel |

1.Polimeri | Il-kwantità totali ta' sustanzi ma tistax teċċedi 50 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel |

—Ethyl, hydroxyethyl, hydroxypropyl u methyl ethers ta' ċelluloża | |

—Nitrat taċ-ċelluloża | Mhux aktar minn 20 mg ta' kisi/dm2 tat-tertuqa fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel; kontenut ta' nitroġenu bejn 10,8 % (w/w) u 12,2 % (w/w) fin-nitrat taċ-ċelluloża |

—Polimeri, kopo-limeri u t-taħlitiet tagħhom magħmula mill-monomeri li ġejjin:vinyl acetals idderivati minn aldehydes niedja (C1 sa C6)vinyl acetatealkyl (C1 sa C4) vinyl ethersaċidi akriliċi, crotonic, itaconic, maleic, methacrylic u l-esters tagħhombutadienestyrenemethylstyrenevinylidene chlorideacrylonitrilemethacrylonitrileethylene, propylene, 1- u 2- butylenes | Bi qbil mad-direttivi tal-Komunità, u, fin-nuqqas tagħhom, mal-leġislazzjoni nazzjonali pendenti fuq l-adozzjoni tad-direttivi tal-Komunità |

vinyl chloride | Skond id-Direttiva 78/142/KEE (ĠU L 44, 15.2.1978, p. 15) |

2.Reżini | Il-kwantità totali tas-sustanzi ma tistax teċċedi 12,5 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel u biss għal preparazzjoni ta' tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża b'nitrat taċ-ċelluloża jew vinyl chloride u kisi b'bażi ta' vinyl acetate copolymer |

—Kaseina | |

—Kolofonija u/jew il-prodotti tagħha ta' polimerizzazzjoni, idroġenizzazzjoni, jew disproporizzazzjoni u l-esteri tagħhom ta' methyl, ethyl, jew C2 sa C6 polyvalent alcoħols, jew taħlitiet ta' dawn l-alcoħols | |

—Kolofonija u/jew il-prodotti tagħha ta' polimerizzazzjoni, idroġenizzazzjoni, jew disproporizzazzjoni ikkondensati b'aċidi alryliċi, maleic, citric, fumaric u/jew phthalic u/jew 2,2 bis (4-hydroxyphenyl) propane formaldehyde u ‘esterified' b'methyl ethyl jew C2 sa C6 polyvalent alcoħols, jew taħlit ta' dawn l-alcoħols | |

—Esters derivati minn bis(2-hydroxyethyl) ether bi prodotti addizzjonali ta' betapinene u/jew dipentene u/jew diterpene u maleic anhydride | |

—Ġelatina li tittiekel | |

—Żejt tar-rignu u l-prodotti tiegħu ta' deidratazzjoni jew idroġenizzazzjoni u l-prodotti tiegħu ta' kondensazzjoni ma' polyglycerol, aċidi adipic, citric, maleic, phthalic u sebacic | |

—Gomma naturali [= damar] | |

—Poly-beta-pinene [= reżini terpenic] | |

—Reżini urea-formaldehyde (ara ‘anchoring agents') | |

3.Plasticizers | Il-kwantità totali ta' sustanzi ma tistax teċċedi 6 mg/dm 2 tal-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel |

—Acetyl tributyl citrate | |

—Acetyl tri(2-ethylhexyl) citrate | |

—Di-isobutyl adipate | |

—Di-n-butyl adipate | |

—Di-n-hexyl azelate | |

—Butylbenzylphthalate | Mhux aktar minn 2,0 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel |

—Di-n-butyl phthalate | Mhux aktar minn 3,0 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel |

—Dicyclohexyl phthalate | Mhux aktar minn 4,0 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel |

—2-ethylhexyl diphenyl phosphate | Mhux aktar minn 2,5 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel |

—Glycerol monoacetate [= monoacetin] | |

—Glycerol diacetate [= diacetin] | |

—Glycerol triacetate [= triacetin] | |

—Di-butyl-sebacate | |

—Di(2-ethylhexal) sebacate [= dioctylsebacate] | |

—Di-n-butyl tartrate | |

—Di-isobutyl tartrate | |

4.Addittivi oħra | Il-kwantità totali ta' sustanzi ma tistax teċċedi 6 mg/dm2 fit-tertuqa riġenerat ta' ċelluloża, inkluż fil-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel |

4.1Addittivi mniżżla f'l-ewwel parti: | L-istess restrizzjonijiet bħal fl-ewwel parti (pero il-kwantitajiet f'mg/dm2 jirreferu għal tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża mhux miksi, inkluż fil-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel) |

4.2Additivi speċifiċi tal-kisi: | Il-kwantità tas-sustanza jew grupp ta' sustanzi f'kull inċiż m'għandhiex taqbeż iż-2 mg/dm2 (jew limitu inqas meta wieħed ikun speċifikat) tal-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-ikel. |

—1-hexadecanol u 1-octadecanol | |

—Esteri ta' aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b'numru biż-żewġ ta' atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u ta' aċdu ricinoleic ma' ethyl, butyl, amyl, oleyl linear alcoħols | |

—Xemgħa montan, li tikkomprendi aċidi montanic purifikati (C26 sa C32) u/jew l-esteri tagħhom b'ethanediol u/jew 1,3 butanediol u/jew l-imluh tal-kalċju u potassju tagħhom | |

—Xemgħa karnawba | |

—Xemgħa tan-naħal | |

—Xemgħa esparto | |

—Xemgħa kandelilla | |

—Dimethylpolysiloxane | Mhux aktar minn 1 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel |

—Żejt tal-fażola tas-soya epossidat (kontenut ta' oxirane 6 sa 8 %) | |

—Paraffina raffinata u xemgħa mikrokristallina | |

—Pentaerythritol tetrastearate | |

—Mono u bis(octadKEyldiethyleneoxide)-phosphates | Mhux aktar minn 0,2 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel |

—Aċidi alifatiċi (C8 sa C20) ‘esterifikati' b'mono- jewdi-(2-hydroxyethyl)amine | |

—2- u 3-tert.butyl-4-hydroxyanisole ġ = butylated hydroxyanisole - BHAħ | Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel |

—2,6-di-tert.butyl-4-methylphenol [= butylated hydroxytoluene - BHT] | Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel |

—Di-n-octyltin-bis(2-ethylhexyl) maleate | Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel |

5.Solventi | Il-kwantità totali ta' sustanzi ma tistax taqbeż 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel |

—Butyl acetate | |

—Ethyl acetate | |

—Isobutyl acetate | |

—Isopropyl acetate | |

—Propyl acetate | |

—Acetone | |

—1-butanol | |

—Ethanol | |

—2-butanol | |

—2-propanol | |

—1-propanol | |

—Cyclohexane | |

—Ethyleneglycol monobutyl ether | |

—Ethyleneglycol monobutyl ether acetate | |

—Ethyleneglycol monoethyl ether | |

—Ethyleneglycol monoethyl ether acetate | |

—Ethyleneglycol monomethyl ether | |

—Ethyleneglyclol monomethyl ether acetate | |

—Methyl ethyl ketone | |

—Methyl isobutyl ketone | |

—Tetrahydrofuran | |

—Toluene | Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel |

--------------------------------------------------

ANNESS III

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 83/229/KEE | Id-Direttiva preżenti |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2 | Artikolu 2 |

Artikolu 3 | Artikolu 3 |

Artikolu — | Artikolu 4 |

Artikolu 4(1) | Artikolu 5 |

Artikolu 4(2) | Artikolu — |

Artikolu — | Artikolu 6 |

Artikolu 5 | Artikolu 7 |

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet