31993L0008

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/8/KEE tal-15 ta' Marzu 1993 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/711/KEE li tistabbilixxi r-regoli bażiċi meħtieġa għall-ittestjar tal-migrazzjoni tal-kostitwenti ta' materjali u oġġetti tal-plastik intenzjonati biex jiġu f'kuntatt ma' oġġetti ta' l-ikel

Official Journal L 090 , 14/04/1993 P. 0022 - 0025
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 24 P. 0016
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 24 P. 0016
CS.ES Chapter 13 Volume 012 P. 21 - 24
ET.ES Chapter 13 Volume 012 P. 21 - 24
HU.ES Chapter 13 Volume 012 P. 21 - 24
LT.ES Chapter 13 Volume 012 P. 21 - 24
LV.ES Chapter 13 Volume 012 P. 21 - 24
MT.ES Chapter 13 Volume 012 P. 21 - 24
PL.ES Chapter 13 Volume 012 P. 21 - 24
SK.ES Chapter 13 Volume 012 P. 21 - 24
SL.ES Chapter 13 Volume 012 P. 21 - 24


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/8/KEE

tal-15 ta' Marzu 1993

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/711/KEE li tistabbilixxi r-regoli bażiċi meħtieġa għall-ittestjar tal-migrazzjoni tal-kostitwenti ta' materjali u oġġetti tal-plastik intenzjonati biex jiġu f'kuntatt ma' oġġetti ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/109/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt ma' oġġetti ta' l-ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi il-miżuri tal-Komunità previsti minn din id-Direttiva mhumiex biss neċessarji imma wkoll indispensabbli għall-objettiv tas-suq intern; billi dawn l-objettivi ma jistgħux jiġu milħuqa mill-Istati Membri individwalment, u billi wkoll, il-kisba tagħhom fil-livell tal-Komunità hemm diġà provediment għaliha fid-Direttiva 89/109/KEE;

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 90/128/KEE tat-23 ta' Frar 1990 dwar materjali u oġġetti tal-plastik intenzjonati biex jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel [2], kif emendata mid-Direttiva 92/39/KEE [3], tipprovdi l-possibbiltà ta' testijiet ta' migrazzjoni jew fuq oġġetti ta' l-ikel jew fuq simulanti ta' l-ikel, waqt li d-Direttiva tal-Kunsill 82/711/KEE [4] titlob li t-testijiet ta' migrazzjoni isiru biss fuq simulanti ta' l-ikel ħlief jekk il-metodu ta' analiżi li jippermetti li tkun stabbilita l-migrazzjoni fl-oġġetti ta' l-ikel kien adottat uffiċjalment; billi din id-diskrepanza tista' taffettwa l-applikazzjoni tajba ta' dawn id-Direttivi u billi huwa, għalhekk, importanti li tiġi eliminata;

Billi ż-żieda fl-użu ta' microwave ovens, iġġib il-ħtieġa ta' kondizzjonijiet speċifiċi ġodda ta' testijiet;

Billi hemm il-bżonn li titneħħa l-possibbilità mogħtija lill-Istati Membri li jadottaw liġijiet nazzjonali għal testijiet ta' temperaturi għolja bil-għan li jeliminaw id-diskrepanzi eżistenti;

Billi il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-Oġġetti ta' l-Ikel,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

Id-Direttiva 82/711/KEE hija amendata kif ġej:

1. L-Artikoli 2 u 3 jinbidlu b' dan li ġej:

"Artikolu 2

Il-livelli ta' migrazzjoni globali uu speċifiċi tal-kostitwenti tal-materjali u oġġetti imsemmija fl-Artikolu 1 għal ġewwa jew fuq oġġetti ta' l-ikel jew simulanti ta' l-ikel m'għandhomx jaqbżu il-limiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 90/128/KEE [5] jew f'xi direttiva oħra speċifika.

Artikolu 3

1. Il-verifika tal-konformità tal-migrazzjoni fl-ikel mal-limiti tal-migrazzjoni għandha ssir taħt l-aktar kondizzjonijiet estremi ta' ħin u temperatura prevedibbli fl-użu attwali.

Il-verifika tal-konformità tal-migrazzjoni f'simulanti ta' l-ikel mal-limiti ta' migrazzjoni għandha ssir bl-użu ta' testijiet konvenzjonali ta' migrazzjoni, li r-regoli bażiċi tagħhom jinsabu fl-Anness ta' din id-Direttiva.

2. (a) Iżda, meta xi Stat Membru, bħala riżultat ta' informazzjoni ġdida jew assessjar mill-ġdid ta' l-informazzjoni li diġà teżisti magħmula minn meta din id-Direttiva ġiet adottata, għandu bażi dettaljata biex jistabbilixxi li r-regoli bażiċi fuq xi materjal jew oġġett tal-plastik partikolari provduti fl-Anness għat-testijiet ta' migrazzjoni m'humiex adatti teknikament jew minħabba li l-kondizzjonijiet attwali għall-użu huma bażikament differenti minn dawk il-kondizzjonijiet tat-testijiet speċifikati fit-tabella ta' l-Anness, dak l-Istat Membru jista', fit-territorju tiegħu u biss f'dak il-każ partikolari, jissospendi temporanjament l-applikazzjoni tar-regoli bażiċi msemmija fl-Anness u jippermetti l-użu ta' regoli li jkunu iktar adatti. Huwa għandu jinforma immedjatament lill-Istat Membri l-oħra u lil Kummissjoni b'dan u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

(b) Il-Kummissjoni għandha teżamina, malajr kemm jista' jkun, ir-raġunijiet mogħtija mill-Istati Membri kkonċernati u għandha tikkonsulta ma' l-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti fuq l-Oġġetti ta' l- Ikel u mbagħad tagħti l-opinjoni tiegħha minnufih u temenda din id-Direttiva jekk ikun hemm il-ħtieġa. F'dak il-każ, l-Istat Membru li jkun adotta r-regoli bażiċi aktar adatti, ikun jista' jżommhom sakemm l-emendi l-ġodda jidħlu fis-seħħ."

2. L-Anness huwa mibdul b'dan l-Anness

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mill-1 ta' April 1994. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Meta xi Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza meta toħroġ il-pubblikazzjoni uffiċjali. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Marzu 1993.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Numru L 40, 11.2.1989, p. 38

[2] ĠU Numru L75, 21.3.1990, p. 19, rettifikata minn ĠU Numru L 349, 13.12.1990, p. 26

[3] ĠU Numru L 168, 23.6.1992, p. 21

[4] ĠU Numru L 297, 23.10.1982, p. 26

[5] ĠU Numru L75, 21.3.1990, p. 19, emendata minn ĠU Numru L 349, 13.12.1990, p. 26

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS

REGOLI BAŻIĊI GĦALL-ITTESTJAR TA' MIGRAZZJONI F'SIMULANTI TA' L-IKEL

Id-determinazzjoni tal-migrazzjoni f'simulanti ta' l-ikel għandha ssir billi jintużaw is-simulanti ta' l-ikel imsemmija fil-Kapitolu I ta' l-Anness u taħt il-kondizzjonijiet tat-test speċifikati fil-Kapitolu II ta' l-Anness. Iżda d-determinazzjoni tal-migrazzjoni għandha tkun ristretta għas-simulant(i) ta' l-ikel u għal kondizzjoni/jiet ta' test li, fil-każ speċifiku taħt eżami, jistgħu jkunu konsidrati l-iktar iebsa fuq il-bażi ta' l-esperjenza.

KAPITOLU I

Simulanti ta' l-ikel

1. Każ ġenerali: materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt ma' kull tip ta' ikel

It-testijiet għandhom isiru bl-użu ta' simulanti ta' l-ikel msemmija hawn taħt, billi jiġi meħud kampjun ġdid tal-materjal jew oġġett tal-plastik għal kull simulant:

- ilma distillat jew ilma ta' kwalità ekwivalenti (= simulant A).

- 3 % aċidu aċetiku (w/v) f'soluzzjoni milwiema (= simulant B),

- 15 % etanol (v/v) f'soluzzjoni milwiema (= simulant Ċ),

żejt taż-żebbuġa retifikat [1](-simulant D); jekk minħabba raġunijiet tekniċi konnessi mal-metodi ta' l-analiżi ikun hemm bżonn li jkunu użati simulanti ta' l-ikel differenti, iż-żejt taż-żebbuġa jista' jinbidel ma' taħlita ta' trigleriċidi sintetiċi [2] jew ma' żejt tal-ġirasol. Jekk is-simulanti ta' l-ikel kollha provduti f'dan l-inċiż ma jkunux adatti, jistgħu jiġu użati simulanti ta' l-ikel u kondizzjonijiet ta' ħin u temperaturi oħra.

Iżda, is-simulant A għandu jintuża biss f'każi speċjali msemmija speċifikament fit-Tabella ta' dan l-Anness.

2. Każ speċjali: materjali u oġġetti tal-plastik intenzjonati biex jiġu f'kuntatt ma' oġġett ta l-ikel wieħed jew ma' grupp speċifiku ta' oġġetti ta' ikel

It-testijiet għandhom isiru:

- bl-użu biss ta' simulant(i) ta' l-ikel speċifikati bħala adatti għall-oġġett ta' l-ikel jew għall-grupp ta' l-oġġetti ta' l- ikel fid-Direttiva 85/572/KEE [3].

- fejn l-oġġett ta' l-ikel jew il-grupp ta' l-oġġetti ta' l-ikel mhux inkluż fil-lista msemmija fl-ewwel inċiż, billi jingħażlu s-simulant(i) ta' l-ikel stipulat(i) f'Sezzjoni 1 li jikkorispondi l-iktar mill-qrib mal-kapaċità estrattiva ta' l-oġġett ta' l- ikel jew tal-grupp ta' l-oġġetti ta' l-ikel.

KAPITOLU II

Kondizzjonijiet għat-testijiet (ħin u temperaturi)

1. It-testijiet tal-migrazzjoni għandhom isiru, billi jintgħażlu mill-ħinijiet u t-temperaturi speċifikati fit-tabella dawk li jikkorispondu l-aktar mill-qrib, imma li mhumiex inqas minn, mal-kondizzjonijiet normali jew prevedibbli ta' kuntatt għal materjali jew oġġetti tal-plastik li jkun qed jiġu studjati.

2. Meta materjal jew oġġett tal-plastik jgħaddi mit-test f'ħin u temperatura partikolari, m'hemmx bżonn li jkun ittestjat f'inqas ħin fl-istess temperatura, u lanqas fl-istess ħin imma f'temperatura iktar baxxa.

3. Iżda jekk il-materjal jew l-oġġett tal-plastik maħsub biex jiġi f'kuntatt ma' ikel skond żewġ kombinazzjonijiet jew aktar ta' ħin jew temperatura li jinsabu fit-tabella, il-migrazzjoni għandha tkun determinata billi l-materjal jew l-oġġett jiġi issuġġettat suċċessivament għall-kondizzjonijiet kollha tat-test applikabbli, billi tkun wżata l-istess alikwota ta' simulanti ta' l-ikel.

4. Jekk il-materjal jew l-oġġett tal-plastik huwa maħsub biex jiġi f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel f'kull kondizzjoni ta' ħin, il-kondizzjonijiet għall-ittestjar għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) meta l-materjal jew l-oġġett tal-plastik jistgħu jiġu mħaddma fl-użu attwali tiegħu f'temperaturi sa u inklużi s-70 °C u dak ikun indikat b'tikketti u istruzzjonijiet adattati, it-testijiet ta' 10 ijiem f'40 °C biss għandhom isiru;

(b) meta materjal jew oġġett tal-plastik jista' fl-użu attwali tiegħu jiġi mħaddem f'temperatura ta' ‘l fuq minn 70 °C:

(i) meta l-ebda tikketti jew istruzzjonijiet mhuma mogħtija biex jindikaw it-temperatura mistennija meta użati fir-realtà, simulanti B u C għandhom jintużaw f'temperaturi ta' rifluss, jekk possibbli, jew f'test/ijiet ta' sagħtejn b'100 °C u s-simulant D għandu jiġi wżat għal sagħtejn b'175 °C;

(ii) fejn tikketti jew istruzzjonijiet jingħataw biex jindikaw il-kondizzjonijiet mistennija meta wżati fir-realtà, il-ħin u t-temperaturi għandhom jintgħażlu mit-Tabella.

5. B'deroga mill-kondizzjonijiet ipprovduti fit-tabella u l-paragrafu 2, jekk il-materjal jew l-oġġett tal-plastik ikun, fl-użu attwali, jista' jitħaddem għal perijodi ta' inqas minn 15-il minuta f'temperaturi ta' bejn 70 °C u 100 °C u dak ikun indikat bit-tikketti u istruzzjonijiet adatti, għandu jsir biss it-test ta' sagħtejn f'70 °C u t-test ta' 10 ijiem f'40 °C. Dawn it-testijiet għandhom isiru separatament u billi jittieħdu kampjuni differenti. Għal kull wieħed minn dawn iż-żewġ tipi ta' testijiet, kampjun ġdid mill-istess materjal jew oġġett għandu jittieħed biex jiġi eżaminat.

6. Jekk jinstab li t-twettieq tat-testijiet bil-kondizzjonijiet speċifikati fit-tabella jikkawżaw effetti fiżiċi jew bidliet oħra fuq il-materjal jew l-oġġett tal-plastik li ma jseħħux taħt il-kondizzjonijiet prevedibbli ta' użu ta' dak il-materjal jew oġġett, it-testijiet tal-migrazzjoni għandhom isiru taħt kondizzjonijiet iktar adatti għal każ speċifiku.

7. Għal materjali u oġġetti intenzjonati għall-użu fil-microwave ovens, fit-testijiet tal-migrazzjoni għandu jiġu wżati forn konvenzjonali u ħin u temperaturi adatti magħżula mit-Tabella.

Tabella

Kondizzjonijiet ta' kuntatt f'użu attwali | Kondizzjonijiet ta' test |

Ħin ta' kuntatt | Ħin ta' test |

t ≤ 0,5 siegħat | 0,5 siegħat |

0,5 siegħat < t ≤ 1 siegħa | 1 siegħa |

1 siegħa < t ≤ 2 siegħat | 2 siegħat |

2 siegħat < t ≤ 24 siegħa | 24 siegħa |

t > 24 siegħa | 10 ijiem |

Temperatura ta' kuntatt | Temperaturi tat-test |

T ≤ 5 °C | 5 °C |

5 °C < T ≤ 20 °C | 20 °C |

20 °C < T ≤ 40 °C | 40 °C |

40 °C < T ≤ 70 °C | 70 °C |

70 °C < T ≤ 100 °C | 100 °C jew temperatura ta' rifluss |

100 °C < T ≤ 121 °C | 121 °C [4] |

121 °C < T ≤ 130 °C | 130 °C [4] |

130 °C < T ≤ 150 °C | 150 °C [5] |

T > 150 °C | 175 °C [5] |

"

[1] Karatterisitiċi ta' żejt taż-żebbuġa:

- ta' l-iodine (Wijs) = 80 sa 88,

- ta' refrazzjoni bi 25ºC = 1,4665 sa 1,4679,

- aċidità (espressa f' % ta' aċidu oleiku) = 0,5 % massimu,

- indiċi ta' peroxide (espress f' milli-ekwivalenti ta' ossiġenu għal kull kg ta' żejt) = 10 massimu.

[2] Karatteristiċi tat-taħlita standard ta' trigliċeridi sintetiċi kif deskritt fl-artikolu ta' K. Figge,"Food Cosmet. Toxicol" 10 (1972) 81.5.

[3] ĠU L 272, 31.12.1985, p. 14

[4] Uża simulant C f'temperatura ta' rifluss

[5] Uża simulant D b'150 °C jew 175 °C, b'żieda mas-simulanti A, B u C użati b'mod adatt b'100 °C jew f'temperatura ta' rifluss.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet