Id-Deċiżoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 1993 li tistabbilixxi l-kriterji għall-klassifika ta’ pajjiżi terzi dwar influwenza avjana u l-marda ta’ Newcastle
Official Journal L 137 , 08/06/1993 P. 0024 - 0030
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0247
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0247
CS.ES Chapter 3 Volume 14 P. 218 - 224
ET.ES Chapter 3 Volume 14 P. 218 - 224
HU.ES Chapter 3 Volume 14 P. 218 - 224
LT.ES Chapter 3 Volume 14 P. 218 - 224
LV.ES Chapter 3 Volume 14 P. 218 - 224
MT.ES Chapter 3 Volume 14 P. 218 - 224
PL.ES Chapter 3 Volume 14 P. 218 - 224
SK.ES Chapter 3 Volume 14 P. 218 - 224
SL.ES Chapter 3 Volume 14 P. 218 - 224
Id-Deċiżoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 1993 li tistabbilixxi l-kriterji għall-klassifika ta’ pajjiżi terzi dwar influwenza avjana u l-marda ta’ Newcastle (93/342/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li tirregola l-kummerċ fil-Komunità fi u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis [1], kif l-aħar emendata mid-Direttiva 92/65/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 22(2) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li tirregola l-kummerċ fil-Komunità fi u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ laħam frisk tat-tjur [3], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 92/116/KEE [4], u partikolarment l-Artikolu 10 (2) tagħha, Billi t-tjur, bajd għat-tfaqqis u laħam tat-tjur li ġej minn pajjiżi terzi għandu jkun liberu minn influwenza avjana u l-marda ta’ Newcastle; billi huwa meħtieġli jiġu stabbiliti l-kriterji għall-klassifika ta’ pajjiżi terzi għal dan l-iskop; Billi l-kriterji għal pajjiżi terzi għandhom jiġu stabbiliti b’ konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet dwar l-Istati Membri kif stabbilit fid-Direttivi tal-Kunsill 92/40/KEE [5] u 92/66/KEE [6]; Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni: (a) "influwenza avjana" tfisser infezzjoni kif definita fil-Kapitolu I ta’ l-Anness A; (b) "marda ta’ Newcastle" tfisser infezzjoni kif definita fil-Kapitolu II ta’ l-Anness A; (ċ) "vaċċin magħruf" ifisser kull vaċċin kontra l-marda ta’ Newcastle li jikkonforma mall-kriterji stabbiliti fl-Anness B; (d) "vaċċin ta’ emerġenza" ifisser vaċċin użat bħala mezz ta’ kontroll tal-marda wara epidemija waħda jew aktar u mwettqa: (i) kontra l-influwenza avjana bl-użu ta’ kwalunkwe vaċċin; (ii) kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’ vaċċini mhux magħrufa; (e) "politika ta’ qatla sanitarja" tfisser l-applikazzjoni fil-każ ta’ epidemiji ta’ influwenza avjana jew il-marda ta’ Newcastle, tal-miżuri previsti fl-Anness Ċ; (f) "qatgħa kummerċjali" tfisser jew kwalunkwe qatgħa li tikkonsisti f’ta’ l-inqas 200 għasfur jew kwalunkwe qatgħat li minnhom it-tjur, bajd għat-tfaqqis jew laħam x’ aktarx jiġi esportat fil-Komunità. Artikolu 2 Pajjiż terz jiġi kklassifikat bħala liberu minn influwenza avjana u l-marda ta’ Newcastle jekk jaderixxi mal-kriterji ġenerali li ġejjin: (a) għandu jkollu struttura ġenerali tas-saħħa ta’ l-annimali li jppermetti superviżjoni adegwata ta’ qatgħat tat-tjur; (b) għandu jkollu liġi li tirrendi l-influwenza avjana u l-marda ta’ Newcastle mardiet notifikabbli għal kull speċe ta’ tjur u għall-għasafar kollha miżmuma fil-magħluq; (ċ) għandu jobbliga ruħu li jeżamina kull suspett ta’ dawk il-mardiet; (d) jekk hemm suspett, għandu jagħti kampjun ta’ kull virus ta’ l-influwenza avjana jew paramyxovirus misjub għal testjar fil-laboratorju speċifiku skond il-proċedura stabbilita fl-Anness A; (e) għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu kapaċità fil-laboratorji proprji uffiċjali jew ikollu arranġamenti ma’ laboratorji oħrajn nazzjonali għat-testjar rapidu; (f) għandu jippermetti lil dawk il-laboratorji li jiġu ċċekkjati minn esperti mill-Komunità; (g) għal kull epidemija ewlenija għandu jibgħat virusiżolati lill-laboratorju riferent fil-KEE f’Weybridge (RU); (h) għandu javża lill-Kummissjoni fi żmien 24 siegħa wara l-konferma, dwar epidemiji ewlenin f’kull reġjun; (i) għandu jibgħat lill-Kummissjoni, għall-inqas kull xahar fil-każ ta’ attakki sekondarji, rapport dwar is-sitwazzjoni tal-marda; (j) f’ każ ijieti fejn vaċċin kontra l-influwenza avjana u/jew il-marda ta’ Newcastle mhijiex projbita, għandu uffiċjalment jikkontrolla l-produzzjoni, testjar u distribuzzjoni għall-vaċċini; (k) għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-karatteristiċi ta’ kull strain użat għall-produzzjoni tal-vaċċini kontra l-influwenza avjana jew il-marda ta’ Newcastle. Artikolu 3 1. Mingħajr preġudizzju għall-kriterji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 2, pajjiż terz jiġi kklassifikat bħala liberu minn influwenza avjana jekk: (a) ma ġraw l-ebda attakki ta’ dik il-marda fit-tjur fit-territorju tiegħu għall-inqas għal 36 xhur; u (b) ma saru l-ebda vaċċinazzjonijiet kontra virusis ta’ l-influwenza avjana ta’ l-istess sottotipi bħal dawk li huwa magħruf li jeżistu virus patoġeniċi ħafna (bħal issa sottotipi H5 u H7) għall-inqas għal 12-il xahar. 2. Fejn tiġi prattikata politika għall-qatla sanitarja biex tiġi kkontrollata l-marda u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 (b) il-perjodu ta’ 36 xhur imsemmi fil-paragrafu 1 (a) jitnaqqas għal: (a) 6 xhur jekk ma tkun twettqet l-ebda vaċċina ta’ l-emerġenza; (b) 12-il xahar jekk twettqet vaċċina ta’ emerġenza, sakemm ikun għadda perjodu ieħor ta’ 12-il xahar wara t-tmiem uffiċjali ta’ din il-vaċċina ta’ emerġenza. Artikolu 4 1. Mingħajr preġudizzju għall-kriterji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 2, pajjiż terz huwa kklassifikat bħala liberu mill-marda ta’ Newcastle għall-ewwel darba jekk: (a) ma ġraw l-ebda attakki ta’ dik il-marda fit-tjur fit-territorju tiegħu għall-inqas għal 36 xhur; u (b) ma twettqux vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’ vaċċini mhux magħrufa għall-inqas għal 12-il xahar. 2. Fejn tiġi pprattikata politika għall-qatla sanitarja biex tiġi kkontrollata l-marda u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 (b) il-perjodu ta’ 36 xhur imsemmi fil-paragrafu 1 (a) jitnaqqas għal: (a) 6 xhur jekk ma tkun twettqet l-ebda vaċċin ta’ l-emerġenza; (b) 12-il xahar jekk twettqet vaċċin ta’ emerġenza, sakemm ikun għadda perjodu ieħor ta’ 12-il xahar wara t-tmiem uffiċjali ta’ din il-vaċċin ta’ emerġenza. 3. B’deroga mill-paragrafi 1 (a) u 2 (a), pajjiż terz huwa kklassifikat bħala liberu mill-marda ta’ Newcastle jekk il-kriterji fil-paragrafi 1 jew 2 jiġu sodisfatti biss għal qatgħat kummerċjali. F’dawn il-każijiet il-pajjiż terz konèrnat ikun awtoriċċat li jibgħat laħam tat-tjur frisk lill-Komunità jekk jiġu nkluż i l-garanziji addizzjonali stabbiliti fl-Anness D fiċ-ċertifikat tas-saċċa ta’ l-annimali li jakkumpanjah. L-esportazzjoni ta’ tjur ħaj u bajd għat-tfaqqis fil-Komunità mhux awtorizzat f’ dawn il-każijiet. 4. B’deroga mill-paragrafi 1 (b) u 2 (b) pajjiż terz huwa kklassifikat bħala liberu mill-marda ta’ Newcastle jekk jippermetti l-użu ta’ vaċċini kontra l-marda, li, għalkemm jikkonformaw mal-kriterji ġenerali stipulati fl-Anness B għall-vaċċini, ma jaderixxux għall-kriterji speċifiċi tagħhom. F’ dawn il-każijiet il-pajjiż terz ikkonċernat ikun awtorizzat li jibgħat tjur ħaj u bajd għat-tfaqqis jew laħam tat-tjur frisk lill-Komunità jekk jiżu inklużi l-garanziji addizzjonali stabbiliti fl-Anness E jew l-Anness F għal din id-Deċiżjoni fiċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jakkumpanjah. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill l-1 ta’ Ottubru 1993. Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-12 ta’ Mejju 1993. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 303, ta’ l-1.10.1990, p. 6. [2] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54. [3] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 35. [4] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 1. [5] ĠU L 167, tat-22.6.1992, p. 1. [6] ĠU L 260, tal-5.9.1992, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS A DEFINIZJONIJIET TA’ INFLUWENZA AVJANA U MARDA TA’ NEWCASTLE Il-KAPITOLU I Influwenza Avjana Influwenza Avjana tfisser infezzjoni tat-tjur ikkawżata minn kwalunkwe virus ta’ l-influwenza A li għandu indiċi patoġeniku intravin (IPIV) fi flieles ta’ sitt ġimgħat ogħla minn 1.2 jew kwalunkwe infezzjoni b’virus ta’ l-influwenza A tas-sottotip H5 jew H7 li s-sekwenzar nukleotidu wera l-preżenza ta’ aċidi amino bażi multipli fi-sit tax-xaqq tal-haemagglutinin. L-IVPI għandu jiġi ddeterminat skond il-metodu segwenti: Indiċi patoġeniku intravin(IPIV) 1. Likwidu allatojku infettiv mill-livell ta’ passaġġ l-aktar baxx possibbli mill-iżolazzjoni inizjali mingħajr l-ebda selezzjoni, jiġi dilwit 101 f’salina iżotonika sterili. 2. 0,1 ml virus dilwit jiġi injettat intravenalment f’kull wieħed minn 10 flieles ta’ sitt ġimgħat (għandhom jintużaw għasafar speċifiċi mingħajr patoġeni). 3. L-għasafar jiġu eż aminati f’intervalli ta’ 24 siegħa għal 10 ijiem. 4. F’ kull osservazzjoni kull għasfur jiġi rreġistrat normali (O), marid (1), marid ħafna (2) jew mejjet (3). 5. Irreġistra r-riżultati u kkalkula l-indiċi kif jidher f’dan l-eżempju: Indiċi = rata medja għal kull għasfur għal kull osservazzjoni = = 2.46 [1] Sinjali | Ġranet wara l-inkubazzjoni(numru ta' għasafar) | Total | Rata | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | Normali | 10 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 12 × 0 | = 0 | Morda | 0 | 4 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 6 × 1 | = 6 | Morda ħafna [1] | 0 | 2 | 2 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 6 × 2 | = 12 | Mejtin | 0 | 2 | 6 | 8 | 10 | 10 | 10 | 10 | 10 | 10 | 76 × 3 | = 228 | Total =246 | Il-KAPITOLU II Marda ta’ Newcastle Il-marda ta’ Newcastle tfisser infezzjoni tat-tjur ikkawżata minn kwlaunkwe strain avjan tal-paramyxovirus 1 b’indiċi ta’ patoġenità intraċerebrali (IPIĊ) fi flieles ta’ jum ogħla minn 0,7. L-IPIĊ għandu jiġi ddeterminat skond il-metodu segwenti: It-test ta’ l-indiċi ta’ patoġenità intraċerebrali (IPIĊ) 1. Likwidu allatojku infettat maqbud frisk (HA titre għandu jkun ikbar minn 24) jitħallat 1: 10 f’salina iżotonika sterili (m’ għandhomx jintużaw antibjotiċi). 2. 0,05 ml tal-virus imħallat jiġi injettat intraċerebralment f’kull wieħed mill-għaxart iflieles ta’ jum (24-40 siegħa wara li jfaqqsu). Il-flieles għandhom jitfaqqsu minn bajd miksub minn qatgħa speċifika libera minn patoġeni. 3. L-għasafar jiġu eżaminati f’intervalli ta’ 24 siegħa għal tmint ijiem. 4. F’ kull osservazzjoni kull għasfur jiġi ratat: 0 = normali; 1 = marid; 2 = mejjet. 5. L-indiċi jiġi kkalkolat kif jidher fl-eżempju segwenti: 112 80 =1,4 Sinjali | Jiem wara;-inokkluazzjoni | Total | Rata | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | Normali | 10 | 4 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 14 × 0 | = 0 | Morda | 0 | 6 | 10 | 4 | 0 | 0 | 0 | 0 | 20 × 1 | = 20 | Mejtin | 0 | 0 | 0 | 6 | 10 | 10 | 10 | 10 | 46 × 2 | = 92 | Total = 112 | [1] Dan irid ikun valwazzjoni klinika soġġettiva imma normalment dan jinvolvi għasafar li juru aktar minn waħda minn dawn is-sinjali: involviment respiratorju, depressjoni, diarrhoea, ċjanozi ta' ġilda esposta jew wallets, oedema tal-wiċċ u/jew ras, sinjali ta' nervi -------------------------------------------------- L-ANNESS B KRITERJI GĦALL-VAĊĊINI MAGĦRUFA 1. Kriterji Ġenerali A. Vaċċini għandhom jiġu rreġistrati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat qabel ma jiġi permess li jkun distribwit u użat. Għal din ir-reġistrazzjoni l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddependu fuq fajl komplet li jikkontjeni data dwar l-effikaċja u l-inokwità; għall-vaċċini l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddependu fuq data verifikata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż fejn il-vaċċin ġie prodott, sa fejn dawn il-verifiki jkunu twettqu f’konformitá ma’ standards aċċettati fuq skala internazzjonali. B. Oltre, importazzjoni jew produzzjoni u distribuzzjoni tal-vaċċini għandhom jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat. C. Qabel ma tiġi permessa d-distribuzzjoni, kull grupp ta’ vaċċini għandha tiġi ttestjata għall-inokwità, partikolarmnet dwar attenwazzjoni jew inattivazzjoni u nuqqas ta’ aġenti kontaminanti mhux tajbin, u effikaċja għan-nom ta’ l-awtoritajiet kompetenti. 2. Kriterji speċifiċi A. Vaċċini ħajjin attenwati tal-marda ta’ Newcastle għandhom jiġu ppreparati minn strain tal-virus tal-marda ta’ Newcastle li ż-żerriegħa ewlenija tagħha ġiet ittestjata għaliha u murija li għandha indiċi ta’ patoġenità intraċerebrali (IPIĊ) ta’: jew (i) inqas minn 0,4 jekk mhux inqas minn 107 EID50 jiġu amministrati lil kull għasfur fit-test ta’ l-IPIĊ; jew (ii) inqas minn 0,5 jekk mhux inqas minn 108 EID50 jiġu amministrati lil kull għasfur fit-test tal-IPIĊ; B. Vaċċini inattivati tal-marda ta’ Newcastle għandhom jiħu ppreparati minn strain tal-virus tal-marda ta’ Newcastle li għandha indiċi ta’ patoġenità intraċerebrali (IPIĊ) fi flieles ta’ jum ta’ inqas minn 0,7 jekk mhux inqas minn 108 EID50 jiġu amministrati lil kull għasfur fit-test ta’ l-IPIĊ. -------------------------------------------------- L-ANNESS Ċ MIŻURI MINIMI LI GĦANDHOM JITTIEĦDU META TIĠI PPRATTIKATA QATLA SANITARJA BIEX JIĠU ELIMINATI EPIDEMIJI TA’ INFLUWENZA AVJANA JEW MARDA TA’ NEWCASTLE 1. F’ każ ta’ suspett l-azjenda kkonċernata għandha titqiegħed taħt sorveljanza uffiċjali. Dan ifisser partikolarment illi: (a) kull kampjun meħtieġ għandu jittieħed mingħajr dewmien u mibgħut lil xi laboratorji approvat mill-awtoritajiet kompetenti għad-dianjosi; (b) għandha ssir reġistrazzjoni tal-kategoriji kollha tat-tjur miżmuma fl-azjenda li turi n-numru ta’ annimali mejta u morda; dan ir-rekord għandu jinżamm aġġornat m’għandu jiġi ċċekjat f’kull ż jara uffiċjali; (ċ) it-tjur kollha għandhom jibqgħu iżolati u, fejn possibbli, fil-kwartieri fejn jgħixu; (d) l-ebda tjur mhuwa permess li jidħol jew joħroġmill-azjenda; (e) iċ-ċaqliq kollu ta’ persuni, vetturi, materjali eċċ. għal fuq u mill-intrapriża huma soġġetti għal awtorizzazzjoni uffiċjali; (f) bajd ta’ l-ikel jistgħu jitilqu mill-azjenda wara diżinfettazzjoni xierqa jew jistgħu jintbagħtu direttament f’xi stallazzjoni fejn jirċievu trattament xieraq ta’ sħana; (g) mezzi xierqa ta’ diżinfettazzjoni għandhom jintużaw fl-intrati ta’ azjendi li fihom jgħixu t-tjur u ta’ l-azjenda stess; (h) inkjesta epiżootjoloġika għandha ssir biex jiġi skopert l-għajn ta’ l-infezzjoni u t-tixrid possibbli tagħha; (i) siti ta’ kuntatt possibbilment infettat, i. e. Dawk magħrufa mill-inkjesta mfissra fil-punt (g) għandhom jitqiegħdu wkoll taħt sorveljanza uffiċjali. 2. Malli l-preż enza ta’ marda tiġi kkonfermata uffiċjalment f’azjenda, il-miż uri segwenti għandhom jittieħdu flimkien ma’ dawk imsemmija fil-punt 1: (a) it-tjur kollha fl-azjenda għandhom jinqatlu fil-post minnufih; il-karkassi u l-bajd tagħhom jiġu distrutti; dawn l-operazzjonijiet għandhom jitwettqu b’mod li jimminimizzaw ir-riskju li l-marda tixxerred; (b) kwalunkwe sustanza jew skart li jista’ jkun ikkontaminat għandu jiġi distrutt b’ mod li jiżgura d-distruzzjoni ta’ kwalunkwe virus preżenti; (ċ) il-laħam ta’ tjur maqtul waqt il-perjodu ta’ l-inkubazzjoni preżunta għandu jiġi ntraċċat u distrutt; (d) bajd għat-tfaqqis li ġie mibjud waqt il-perjodu ta’ l-inkubazzjoni preżunta għandu jiġi ntraċċat u distrutt; tjur li ġie mfaqqas minn dawn il-bajd għandu jitqiegħed taħt sorveljanza uffiċjali; (e) wara li jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ qtil u distruzzjoni is-sit għandu jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat sewwa; (f) l-ebda tjur m’għandu jerġa jidħol fl-azjenda sa għall-inqas 21 jum wara t-tmiem ta’ l-operazzjonijiet ta’ diżinfezzjoni. 3. L-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 2 jistgħu jiġu ristretti għal partijiet ta’ intrapriżi li jiffurmaw unità epiżootjoloġika sakemm jeżistu garanziji meħtieġa biex jiġu evitata t-tixrid tal-marda fl-unitajiet mhux infettati fl-azjenda. 4. Għandha tiġi implementata madwar epidemiji kkonfermati tal-marda, ż ona ta’ protezzjoni b’radjus minimu ta’ 3 km u ż ona ta’ sorveljanza b’radjus minimu ta’ 10 km. F’dawn iż-żoni għandhom ikunu fis-seħħ miżuri ta’ waqfien u ta’ movimenti kkontrollati sa mhux inqas minn 21 jum wara t-tmiem ta’ l-operazzjonijiet ta’ diżinfettazzjoni fuq l-azjenda infettata. Qabel jitneħħew il-miżuri f’dawn iż-żoni, l-awtoritajiet għandhom jagħmlu l-inkjesti meħtieġa u l-kampjunar ta’ l-azjendi tat-tjur biex jikkonfermaw li l-mard m’ għadux preż enti fir-reġjun ikkonċernat. 5. L-operazzjonijiet imsemmija f’dan l-Anness għandhom jitwettqu minn jew taħt is-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet veterinarji uffiċjali. -------------------------------------------------- L-ANNESS D GARANZIJI ADDIZZJONALI LI GĦANDHOM JIĠU INKLUŻI FIĊ-ĊERTIFIKAT DWAR IS-SAĦĦa TA’ L-ANNIMALI GĦALL-IMPORTAZZJONI TA’ LAĦAM FRISK TAT-TJUR FIL-KOMUNITÀ MINN PAJJIŻI TERZI FEJN JGĦODD L-ARTIKOLU 4(3) TAD-DEĊIŻJONI 93/342/KEE Il-qatgħa ta’ tjur li tinqatel li minnha jinħareġ il-laħam. (a) (i) jew ma żietx vaċċinata bil-vaċċini kontra l-marda tan-Newcastle li ma taderixxix mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ l-Anness B punt 2 tad-Deċiż joni 93/342/KEE [1]; (ii) jew ġiet vaċċinata b’ vaċċini li ma jaderixxux mar-rekwiż iti speċifiċi ta’ l-Anness B punt 2 tad-Deċiżjoni 93/342/KEE, mhux inqas minn 30 jum qabel il-qatla [2]; u (b) fil-qtil għadda minn, a bażi ta’ kampjun bl-addoċċ kampjun ta’ swabs kloakali ta’ mhux inqas minn 60 għasfur għal kull qatgħa kkonċernata, test għall-iżolazzjoni tal-virus għall-marda tan-Newcastle li fih ma nstabu l-ebda paramyxoviruses avjani b’indiċi ta’ patoġeneità intraċerebrali (IPIĊ) aktar minn 0,4; u (ċ) ma kinitx f’ kuntatt fiż-żmien ta’ 30 jum qabel il-qatla ma’ tjur li ma jissodisfawx il-garanziji msemmijin f’(a) u (b). [1] Ħassar ir-riferenza li mhix meħtieġa. [2] Ħassar ir-riferenza li mhix meħtieġa. -------------------------------------------------- L-ANNESS E GARANZIJI ADDIZZJONALI LI GĦANDHOM JIĠU INKLUŻI FIĊ-ĊERTIFIKAT DWAR IS-SAĦĦA TA’ L-ANNIMALI GĦALL-IMPORTAZZJONI TA’ LAĦAM FRISK TAT-TJUR JEW BAJD GĦAT-TFAQQIS FIL-KOMUNITÀ MINN PAJJIŻI TERZI FEJN JGĦODD L-ARTIKOLU 4(3) TAD-DEĊIŻJONI 93/342/KEE Minkejja li l-użu ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle li ma jissoddisfawx ir-rekwiżit speċifiċi tal-punt 2 ta’ l-Anness B tad-Deċiż joni 93/342/KEE, mhux ipprojbit fi… [1], il- - tjur ħaj [2], - tjur għat-trobbija li minnu l-bajd għat-tfaqqis [3] flieles ta’ jum [4] jinħarġu [5] (a) (i) jew ma ġewx vaċċinati għall-inqas għal 12-il xahar b’dawn il-vaċċini [6], (ii) jew ġew vaċċinati b’vaċċini fi ż mien 12-il xahar iżda mhux inqas minn 60 jum qabel il-konsenj [7] jew kollezzjoni tal-bajd għat-tfaqqis [8], f’liema kaħ it-tjur tal-qatgħa ta’ l-oriġini għaddiet matul l-14-il jum qabel il-konsejna jew kollezzjoni tal-bajd, a bażi ta’ kampjun bl-addoċċ kampjun ta’ swabs kloakali ta’ mhux inqas minn 60 għasfur għal kull qatgħa kkonċernata, test għall-iżolazzjoni tal-virus għall-marda tan-Newcastle li fih ma nstabu l-ebda paramyxoviruses avjani b’indiċi ta’ patoġenità intraċerebrali (IPIĊ aktar minn 0,4 [9]; u (b) ma kinux f’kuntatt matul il-perjodi rispettivament ta’ 12-il xahar jew 60 jum imsemmija f’(a) (i) jew (a) (ii) ma’ tjur li ma jissoddisfawx il-garanziji msemmijin rispettivament f’(a) (i) jew (a) (ii); u (ċ) ġew iżolati taħt sorveljanza uffiċjali fl-azjenda ta’ oriġini matul il-perjodu ta’ 14-il jum imsemmi f’(a) (ii); u (d) meta jikkonċerna esportazzjoni ta’ flieles ta’ jum, il-bajd ta’ tfaqqis li minnhom faqqsu ma ġewx f’kuntatt fl-imkien jew matul it-trasport ma’ bajd jew tjur li ma jissoddisfawx il-garanziji imsemmijin. [1] Ħassar ir-riferenza li mhix meħtieġa. [2] Isem tal-pajjiż ta’ Oriġini. [3] Isem tal-pajjiż ta’ Oriġini. [4] Isem tal-pajjiż ta’ Oriġini. [5] Isem tal-pajjiż ta’ Oriġini. [6] Isem tal-pajjiż ta’ Oriġini. [7] Isem tal-pajjiż ta’ Oriġini. [8] Isem tal-pajjiż ta’ Oriġini. [9] Isem tal-pajjiż ta’ Oriġini. -------------------------------------------------- L-ANNESS F GARANZIJI ADDIZZJONALI LI GĦANDHOM JIĠU INKLUŻI FIĊ-ĊERTIFIKAT DWAR IS-SAĦĦA TA’ L-ANNIMALI GĦALL-IMPORTAZZJONI TA’ LAĦAM FRISK TAT-TJUR FIL-KOMUNITÀ MINN PAJJIŻI TERZI FEJN JGĦODD L-ARTIKOLU 4(3) TAD-DEĊIŻJONI 93/342/KEE Minkejja li l-użu ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle li ma jissoddisfawx ir-rekwiżiti speċifiċi tal-punt 2 ta’ l-Anness B tad-Deċiżjoni 93/342/KEE, mhux projbit fi… [1], it-tjur maqtula li minnhom inħareġ il-laħam (a) (i) jew ma ġewx vaċċinati għall-inqas għal 12-il xahar b’dawn il-vaċċini [2]; (ii) jew ġew vaċċinati b’ vaċċini fi żmien 12-il xahar iżda mhux inqas minn 30 jum qabel il-qatla, f’liema każ it-tjur tal-qatgħa ta’ l-oriġini għaddiet meta nqatlet, a bażi ta’ kampjun bl-addoċċ kampjun ta’ swabs kloakali ta’ mhux inqas minn 60 għasfur għal kull qatgħa kkonċernata, test għall-iżolazzjoni tal-virus għall-marda tan-Newcastle li fih ma nstabu l-ebda paramyxoviruses avjani b’indiċi ta’ patoġenità intraċerebrali (IPIĊ) aktar minn 0,4 [3]; u (b) ma kinux f’ kuntatt matul il-perjodi rispettivament ta’ 12-il xahar jew 30 jum imsemmija f’(a) (i) jew (a) (ii) ma’ tjur li ma jissoddisfawx il-garanziji msemmijin rispettivament f’(a) (i) jew (a) (ii). [1] Isem tal-pajjiæ ta' Oriġini. [2] Ħassar ir-riferenza li mhix meħtieġa [3] Ħassar ir-riferenza li mhix meħtieġa --------------------------------------------------