31992R3956



Official Journal L 409 , 31/12/1992 P. 0010 - 0010
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 20 P. 0190
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 20 P. 0190


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EURATOM) Nru 3956/92

tal-21 ta' Diċembru 1992

dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika ta' Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġijia bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u n'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu,

Billi l-Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali ta' Xjenza u Teknoloġija bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti wiaħda, il-Komunita Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea kien iffirmat fis-27 ta' Novembru 1992; billi b'Deċiżjoni ta' l-14 ta' Diċembru 1992 il-Kunsill approva l-imsemmi Ftehim għall-iskopijiet ta' konklużjoni mill-Kummissjoni għan-nom tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika;

Billi l-Ftehim għandu jiġi konkluż għan-nom tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali ta' Xjenza u Teknoloġija bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea flimkien mad-dikjarazzjoni tal-Komunità li tirrelata ma' l-Artikolu 1 huma b'dan approvati għan-nom tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

It-Testi tal-Ftehim u d-Dikjarazzjoni huma annessi ma' dan ir-Regolament [1].

Artikolu 2

Il-President tal-Kummissjoni għandu jagħti għan-nom tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika n-notifika prevista fl-Artikolu XVIII tal-Ftehim.

Artikolu 3

Rappreżentant wieħed tal-Komunità fuq il-Bord Amministrattivgħandu jinħatar mill-Kunsill u mill-Kummissjoni skond l-Artikolu IV (Ċ) tal-Ftehim.

Artikolu 4

Iċ-Ċentru Internazzjonali ta' Xjenza u Teknoloġija għandu jkollu personalità ġuridika u jgawdi l-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet applikabbli fil-Komunità u, b'mod partikolari, jista' jikkuntratta, jakkwista jew jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jkun parti għal proċeduri legali.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1992.

Għall-Kummissjoni

Jacques Delors

President

[1] Ara paġna 3 tal-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet