31992R3955



Official Journal L 409 , 31/12/1992 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 20 P. 0181
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 20 P. 0181


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3955/92

tal-21 ta' Diċembru 1992

li jikkonċerna l-konklużjoni għan-nom tal-Komunità Ekonomika Ewropea ta' Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali ta' Xjenza u Teknoloġija bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti wiaħda, il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunisdra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi l-konklużjoni għan-nom tal-Komunità Ekonomika Ewropea tal-Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea għandha tgħin biex jinkisbu l-għanijiet tal-Komunità; billi t-Trattat ma jipprovdix, għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, setgħat oħra minbarra dawk ta' l-artikolu 235,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali ta' Xjenza u Teknoloġija bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea, flimkien mad-Dikjarazzjoni tal-Komunità li tirrelata ma' l-Artikolu I, huma b'dan approvati għan-nom tal-Komunità Ekonomika Ewropea.

It-testi tal-Ftehim u tad-Dikjarazzjoni huma meħmuża ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, għan-nom tal-Komunità Ekonomika Ewropea, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu XVIII tal-Ftehim [2].

Artikolu 3

1. Il-Komunità għandha tkun rappreżentata fuq il-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ iċ-Ċentru) mill-Presidenza tal-Kunsill u mill-Kummissjoni, li għandhom kull wieħed jaħtru membru tal-Bord.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun ġeneralment responsabbli għall-amministrazzjoni ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw iċ-Ċentru.

Il-Kunsill għandu jinżamm infurmat bis-sħiħ, fi żmien biżżejjed qabel il-laqgħat tal-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru, dwar il-kwistjonijiet li għandhom ikunu diskussi f'dawk il-laqgħat u l-intenzjonijiet tal-Kummisjoni f'dan ir-rigward.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tesprimi l-posizzjoni tal-Komunitajiet lill-Bord Amministrattiv.

3. Għall-kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu III (v), l-Artikoli V u XIII, il-posizzjoni tal-Komunitajiet għandha tkun stabbilita mill-Kunsill u espressa bħala regola ġenerali mill-Presidenza, sakemm ma jiġix deċiż xort'oħra mill-Kunsill. Għall-kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu IV B (i) and (v) u l-Artikolu IV E, il-posizzjoni tal-Kumunitajiet għandha tkun stabbilita mill-Kunsill u espressa bħala regola ġenerali mill-Kummissjoni, sakemm il-Kunsill ma jiddeċiedix xort'oħra, u aktar partikolarment fl-oqsma fejn esperjenza u ħila jinstabu prinċipalment fl-Istati Membri.

4. Fl-istabbiliment tal-posizzjoni tal-Komunitajiet hekk kif previst fil-paragrafu 3, il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Fit-teħid ta' kull deċiżjoni li biha, skond il-paragrafu preċedenti, il-posizzjoni tal-Komunitajiet għandha tkun espressa, kuntrarju għar-regola ġenerali, mill-Kummissjoni, jew, skond il-każ, mill-Presidenza, il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza sempliċi.

5. Deċiżjonijiet dwar proġetti finanzjatji jew ko-finanzjati mill-Komunitajiet għandhom jittieħdu bis-saħħa ta' u skond il-proċedura preskritta fir-Regolament (KEE) Nru 2159/91 [3] jew kull suċċessur tiegħu.

6. Il-Komunitajiet għandhom ikunu rappreżentati fuq il-Kumitat Xjentifiku ta' Konsulenza stabbilit bl-Artikolu IV D tal-Ftehim minn esperti adatti maħtura mill-Kunsill fuq il-bażi ta' lista proposta mill-Kummissjoni u li jkun fiha ismijiet suġġeriti mill-Istati Membri.

Artikolu 4

Iċ-Ċentru għandu jkollu personalità ġuridika u jgawdi l-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi taħt liġijiet applikabbli fil-Komunitajiet u, b'mod partikolari, jista' jikkuntratta, jakkwista jew jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u l jkun parti għal proċeduri legali.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, il-21 ta'Settembru 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Hurd

[1] ĠU C 337, tal-21.12.1992.

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

[3] ĠU L 201, ta' l-24.7.1991, p. 2.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet