Official Journal L 225 , 10/08/1992 P. 0001 - 0062
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 23 P. 0086
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 23 P. 0086
Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 92/53/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 li temenda d-Direttiva 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi hu mportanti li jiġu adottati miżuri bl-iskop li progressivament ikun stabbilit is-suq intern tul perijodu li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 1992;billi s-suq intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu tal-merkanzija, persuni, servizzi u kapital hu assigurat; Billi d-Direttiva 70/156/KEE [4] stabbiliet il-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip Komunitarja għal vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati mibnija f'konformità mal-ħtiġiet tekniċi stabbiliti f'Direttivi separati u wkoll il-lista kompleta ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ta' vetturi koperti b’dawn id-Direttivi; Billi fl-interess ta' l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern tal-Komunità jidher xieraq li jiġu sostitwiti s-sistemi eżistenti ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' l-Istati Membri bl-proċedura Komunitarja ta' l-approvazzjoni tat-tip; Billi, sabiex il-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip imsemmija tista' tilħaq l-iskop tagħha bl-aktar mod effettiv jidher meħtieġ li d-disposizzjonijiet amministrattivi tagħha jiġu magħmula aktar preċiżi u komprensivi; billi dan jimplika, interalia, li dawn id-disposizzjonijiet jippermettu għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura sħiħa li għandha tkun stabbilita bil-kompilazzjoni ta' l-approvazzjonijiet tas-sistemi, l-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati kostitwenti tagħha, jekk il-fabbrikant jixtieq hekk, u fil-każ ta' vetturi mibnija f'diversi fażijiet li jinvolvu diversi fabbrikanti, bil-kompilazzjoni ta' l-approvazzjonijiet tal-fażijiet differenti ta' kompletazzjoni; Billi vettura tista' tkun konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva imma xorta jkollha ċerti fatturi li b'mod dimostrabbli jippreżentaw risju potenzjali għas-sigurtà fit-triq; billi hu għalhekk mixtieq li l-Istati Membri jiħallew li jirrifjutaw li japprovaw dawn it-tipi ta' vetturi kif ukoll li jipprojibixxu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz u li jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni tal-vetturi msemmija; billi fil-każ ta' l-aħħar kondizzjonijiet xierqa huma stabbiliti; Billi n-natura obbligatorja tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip Komunitarja tagħmlu meħtieġ li jkunu permessi eżenzjonijiet u li jkunu stabbiliti proċeduri alternattivi għal vetturi jew iddisinjati għal skopijiet speċjali jew mibnija f'serje żgħira jew li jinkorporaw teknoloġiji ġodda li għadhom mhux koperti bid-disposizzjonijiet tad-Direttivi separati; Billi sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi barra l-Komunità jidher xieraq li tkun permessa, taħt ċerti kondizzjonijiet, l-aċċettazzjoni ta' l-aprovazzjonijiet ta' sistemi, ta' komponenti u ta’ unitajiet tekniċi separati bbażati fuq regolamenti ekwivalenti internazzjonali u ta' pajjiż terzi; billi l-ekwivalenza ta' dawn ir-regolamenti għandha tkun stabbilita bl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat; Billi sabiex tiġi assigurata t-trasparenza meħtieġa tal-proċeduri ta' l-approvazzjoni tat-tip Komunitarja hu meħtieġ li jiġu stabbiliti disposizzjonijiet li skondhom l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lil xulxin u lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet ta' approvazzjoni u bis-servizzi tekniċi tagħhom kif ukoll bid-disposizzjonijiet fuq il-kriterji ta' kwalità li magħhom dawn ta' l-aħħar għandhom ikunu konformi; Billi ladarba l-Annessi ma' din id-Direttiva preżenti huma kompluti biss għal vetturi tal-kategorija M1, id-Direttiva tapplika biss għall-approvazzjoni tat-tip ta' dawn il-vetturi; billi jidher li hu rakkomandabbli li sa kemm isseħħ il-kompletazzjoni ta' l-Annessi b'disposizjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-vetturi tal-kategoriji l-oħrajn kollha, l-Istati Membri għandhom jitħallew jibqgħu iħaddmu s-sistemi ta' approvazzjoni nazzjonali tagħhom fir-rigward ta' dawn il-vetturi skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE; Billi, sabiex tkun tista' ssir transizzjoni xierqa, kemm mill-punt di vista tekniku u kemm minn dak amministrattiv, mis-sistema opzjonali preżenti tal-ħtiġiet Komunitarji għall-proċedura obbligatorja ta' approvazzjoni tat-tip stabbilita bid-Direttiva prezenti, jidher xieraq li l-fabbrikant jitħalla l-għażla bejn l-applikazzjoni tal-proċedura tad-Direttiva preżenti u dik prevista fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE għal perijodu ta' tliet snin; billi approvazzjonijiet mogħtija bl-applikazzjoni tal-proċedura ta' l-aħħar għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 1997; Billi d-disposizzjonijiet transitorji msemmija hawn qabel mhumiex maħsuba biex jippermettu lill-Istati Membri li jidderogaw mid-disposizzjonijiet tad-Direttivi separati li huma bbażati fuq armonizzazzjoni totali, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 70/156/KEE hi hawnhekk emendata kif ġej: 1. L-Artikoli 1 sa 16 huma mibdula b'dawn l-Artikoli li ġejjin: "Artikolu 1 Il-kamp ta' applikazzjoni Din id-Direttiva tapplika għal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom mibnija f'fażi waħda jew aktar, ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għall-użu fuq dawn il-vetturi u l-karrijiet. Ma tapplikax għal: - l-approvazzjoni ta' vetturi singoli ħlief li l-Istati Membri li jagħtu dawn l-approvazzjonijiet għandhom jaċċettaw kwalunkwe approvazzjoni valida ta' sistema, komponent, unità teknika separata jew vettura mhux kompleta mogħtija taħt din id-Direttiva minflok il-ħtieġa rilevanti nazzjonali, - "kwadriċikli" fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 1 (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE li għandha x'taqsam ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew tlieta [5]. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-iskop ta' din id-Direttiva: - l-approvazzjoni tat-tip tifsser il-proċedura li permezz tagħha Stat Membru jiċċertifika li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tissodisfa l-ħtiġiet tekniċi rilevanti ta' din id-Direttiva jew ta' Direttiva separata li tinstab fil-lista eżawrjenti li hemm fl-Anness IV jew XI, - l-approvazzjoni tat-tipf'aktar minn fażi waħda tfisser il-proċedura li permezz tagħha Stat Membru wieħed jew aktar jiċċertifika li, skond l-istat ta' kompletazzjoni, tip ta' vettura mhux kompleta jew kompleta tissodisfa l-ħitġiet tekniċi rilevanti ta' din id-Direttiva - vettura tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, kompleta jew mhux kompleta, li jkollha mill-inqas erba' roti u veloċità massima ddisinjata li teċċedi l-25 km/h, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni tal-vetturi li jimxu fuq il-linji u tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u tal-makkinarju mobbli kollu, - vettura bażi tfisser kwalunkwe vettura mhux kompleta, li n-numru ta' identifikazzjoni tagħha hu miżmum matul il-fażijiet sussegwenti tal-proċess ta' l-approvazzjoni tat-tip f'aktar minn fażi waħda, - vettura mhux kompleta tfisser kwalunkwe vettura li għadha trid il-kompletazzjoni f'mill-inqas fażi oħra sabiex tissodisfa l-ħtiġiet rilevanti kollha ta' din id-Direttiva, - vettura kompleta tfisser vettura li tirriżulta mill-proċess ta' l-approvazzjoni tat-tip f'aktar minn fażi waħda li tissodisfa l-ħtiġiet rilevanti kollha ta' din id-Direttiva, - tip ta' vettura tfisser vetturi ta' kategorija waħda li mhumiex differenti f'mill-inqas id-dettalji essenzjali speċifikati fl-Anness II.B. Tip ta' vettura jista' jkollu varjanti u verżjonijiet (Ara l-Anness II.B), - sistema tfisser kwalunkwe sistema ta' vettura bħall-brejkijiet, it-tgħamir li jikkontrolla l-emissjonijiet, il-muntaġġi interni, etc. li hi soġġetta għall-ħtiġiet fi kwalunkwe mid-Direttivi separati, - komponent ifisser mezz, bħal ma huwa fanal, soġġett għall-ħtiġiet ta' Direttiva separata, maħsub li jkun parti minn vettura, li jista' jingħata approvazzjoni tat-tip indipendentement minn vettura meta d-Direttiva separata tagħmel disposizzjonijiet espressi għal dan, - unità teknika separata tfisser mezz, bħalma hu mezz ta' protezzjoni fuq wara, suġġett għall-ħtiġiet ta' Direttiva separata, maħsub li jkun parti minn vettura, li jista' jingħata approvazzjoni tat-tip b'mod separat imma biss f'relazzjoni ma' tipi wieħed jew aktar speċifikat ta' vettura, meta d-Direttiva separata tagħmel disposizzjonijiet espressi għal dan, - fabbrikant ifisser il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità ta' approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess ta' l-approvazzjoni tat-tip u biex jassigura l-konformità tal-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu direttament involuti fil-fażijiet kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew ta' l-unità teknika separata li hija suġġetta għall-proċess ta' approvazzjoni, - l-awtorità ta' approvazzjoni tfisser l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li hi responsabbli għall-aspetti kollha ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, biex toħroġ u (jekk xieraq) tirtira ċ-ċertifikati ta' approvazzjoni, biex isservi bħala l-punt ta' kuntatt ma' l-awtoritajiet ta' approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u li hija responsabbli għall-verifika tal-konformità tal-fabbrikant mal-arranġamenti tal-produzzjoni, - servizz tekniku jfisser l-organizzazzjoni jew il-korp li ġie maħtur bħala laboratorju ta' l-ittestjar biex iwettaq testijiet jew spezzjonijiet għan-nom ta' l-awtorità ta' approvazzjoni ta' Stat Membru. Din il-funzjoni tista' wkoll titwettaq mill-awtorità ta' approvazzjoni nfisha, - dokument ta' informazzjoni jfisser id-dokument li hemm fl-Anness I jew fl-Anness III ma' din id-Direttiva jew l-Anness korrispondenti ta' Direttiva separata li jippreskrivi l-informazzjoni li għandha tiġi fornuta minn applikant, - il-folder ta' informazzjoni jfisser il-folder jew il-file sħiħ ta’ tagħrif, disinji, ritratti, eċċ. fornuti mill-applikant lis-servizz tekniku jew lill-awtorità ta' approvazzjoni kif stipulat fid-dokument ta' informazzjoni, - il-pakkett ta' informazzjoni jfisser il-folder ta' informazzjoni kif ukoll kwalunwke rapporti ta' testijiet jew dokumenti oħrajn li s-servizz tekniku jew l-awtorità ta' approvazzjoni żiedu mal-folder ta' infromazzjoni matul it-twettiq tal-funzjionijiet tagħhom. - l-indiċi għall-pakkett ta' informazzjoni jfisser id-dokument fejn huma elenkati l-kontenuti tal-pakkett ta' informazzjoni enumerati kif xieraq jew inkella mmarkati biex jidentifikaw il-paġni kollha b'mod ċar. Artikolu 3 L-Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip 1. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura għandhom ikunu ppreżentati mill-fabbrikant lill-awtorità ta' approvazzjoni ta' Stat Membru. Applikazzjoni għandha jkollha magħha folder ta' informazzjoni li jkollu fih l-informazzjoni meħtieġa mill-Anness III, u miċ-ċertifikati ta' approvazzjoni għal kull waħda mid-Direttivi separati applikabbli kif meħtieġ mill-Anness IV jew XI; ukoll, il-pakkett ta' informazzjoni fir-rigward ta' kull Direttiva separata għandu jkun imqiegħed għad-disposizzjoni ta' l-awtorità ta' approvazzjoni matul il-perijodu kollu sad-data meta l-approvazzjoni jew hi maħruġa jew miċħuda. 2. B'deroga mill-paragrafu 1, fil-każ fejn ebda ċertifikati ta' approvazzjoni għal kwalunkwe mid-Direttivi separati ma huma disponibbli, id-dokumenti li jkunu ma' l-applikazzjoni għandhom ikunu magħmula minn folder ta' informazzjoni li jkollu fih l-informazzjoni rilevanti meħtieġa mill-Anness I għar-rigward tad-Direttivi separati speċifikati fl-Anness IV jew XI u, fejn applikabbli, il-Parti II ta' l-Anness III. 3. Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip f'aktar minn fażi waħda l-informazzjoni li għandha tkun fornuta għandha tikkonsisti fi: - fil-fażi 1: dawk il-partijiet tal-folder ta' informazzjoni u ċ-ċertifikati ta' approvazzjoni kif meħtieġa għal vettura kompleta li huma rilevanti għall-istat ta' kompletazzjoni tal-vettura bażi, - fit-tieni fażi u f'dawk sussegwenti: dawk il-partijiet tal-folder ta' informazzjoni u ċ-ċertifikati ta' approvazzjoni li huma rilevanti għall-fażi kurrenti ta' kostruzzjoni u kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni għall-vettura mhux kompleta maħruġa fil-fażi preċedenti tal-kostruzzjoni. B’żieda, il-fabbrikant għandu jforni dettalji kompleti tal-bidliet u l-addizzjonijiet imwettqa minnu fuq il-vettura mhux kompleta. 4. L-Applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta' sistema, komponent jew ta’ unità teknika separata għandhom jingħataw mill-fabbrikant lill-awtorità ta' approvazzjoni ta' Stat Membru. L-applikazzjoni għandha jkollha magħha folder ta' informazzjoni, li l-kontenuti tiegħu huma elenkati fid-dokument ta' informazzjoni tad-Direttiva separata rilevanti. 5. Ebda applikazzjoni fir-rigward ta' tip wieħed ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma tista' tiġi sottomessa lil aktar minn Stat Membru wieħed. Applikazzjoni separata għandha tiġi sottomessa għal kull tip li għandu jiġi approvat. Artikolu 4 Il-proċess ta' l-approvazzjoni tat-tip 1. Kull Stat Membru għandu jagħti: (a) approvazzjoni tat-tip ta' vettura lil: - tipi ta' vetturi li jkunu konformi mad-dettalji fil-folder ta' infromazzjoni u li jissodisfaw il-ħtiġiet tekniċi tad-direttivi separati rilevanti kollha kif stipulat fl-Anness IV, - tipi ta' vetturi bi skop speċjali msemmija fl-Anness XI li jkunu konformi mad-dettalji fil-folder ta' informazzjoni u li jissodisfaw il-ħtiġiet tekniċi tad-Direttivi separati kif denotati fil-kolonna rilevanti ta' l-Anness XI. Dan il-proċess għandu jiġi sodisfatt mill-proċeduri deskritti fl-Anness V; (b) approvazzjoni tat-tip f'aktar minn fażi waħda għal tipi ta' vetturi bażi, mhux kompleti jew kompleti li jkunu konformi mad-dettalji fil-folder ta' informazzjoni u li jissodisfaw il-ħtiġiet tekniċi tad-Direttivi separati rilevanti kif stipulat fl-Anness IV jew XI, b'kont meħud ta' l-istat ta' kompletazzjoni tat-tip ta' vettura. Dan il-proċess għandu jiġi sodisfatt mill-proċeduri deskritti fl-Anness XIV; (ċ) approvazzjoni tat-tip ta' sistema għal tipi ta' vetturi li jkunu konformi mad-dettalji fil-folder ta' informazzjoni u li jissodisfaw il-ħtiġiet tekniċi ta' Direttiva separata rilevanti; (d) approvazzjoni tat-tip ta' komponent jew unità teknika separata għat-tipi kollha ta' komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jkunu konformi mad-dettalji fil-folder ta' informazzjoni u li jissodisfaw il-ħtiġiet tekniċi li jinsabu fid-Direttiva separata rilevanti li tagħmel disposizzjonijiet espressi għal dan. 2. B’danakollu, jekk Stat Membru jsib li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li tkun konformi mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 hi b’danakollu, riskju serju għas-sigurtà fit-toroq, jista' jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip. Għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'dan, waqt li jiddikjara r-raġunijiet li fuqhom id-deċiżjoni tiegħu hija bbażata. 3. Kull Stat Membru għandu jimla t-taqsimiet applikabbli kollha taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip (li l-mudelli tagħhom huma mogħtija fl-Anness VI ma' din id-Direttiva u f'Anness ma' kull waħda mid-Direttivi separati) għal kull tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li japprova u, b’żieda, għandu jimla t-taqsimiet rilevanti tar-riżultati tat-testijiet annessi maċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tal-vettura (li l-mudell tiegħu hu mogħti fl-Anness VIII) u għandu jikkompila jew jivverifika l-kontenuti ta' l-indiċi mal-pakkett ta' informazzjoni. Iċ-ċertifikati ta' approvazzjoni għandhom ikunu nnumerati skond il-metodu deskritt fl-Anness VII. Iċ-ċertifikat kompletat u l-annessi tiegħu għandhom ikunu kkunsinnjati lill-applikant. 4. Meta l-komponent jew l-unità teknika separata li għandu jiġi approvat jaqdi l-funzjoni tiegħu jew joffri fattur speċifiku biss flimkien ma' partijiet oħrajn tal-vettura u għal din ir-raġuni il-konformità ma' ħtieġa waħda jew aktar tista' tiġi verifikata biss meta l-komponent jew l-unità teknika separata li għandu jiġi approvat jaħdem f'limkien ma' partijiet oħrajn tal-vettura, kemm jekk reali jew simulati, il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-komponent jew ta' l-unità teknika separata għandu jiġi ristrett kif xieraq. Iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata għandu mbagħad jinkludi r-restrizzjonijiet fuq l-użu tiegħu u għandu jindika l-kondizzjonijiet għat-twaħħil tiegħhu. L-osservanza ta' dawn ir-restrzzjonijiet u l-kondizzjonijiet għandha tiġi vverifikata fil-waqt ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. 5. L-awtorità ta' approvazzjoni ta' kull Stat Membru għandha, fi żmien xahar, tibgħat lill-awtoritajiet ta' approvazzjoni ta' l-Istati Membri l-oħrajn kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-vettura (flimkien ma' l-annessi tiegħu) għal kull tip ta' vettura li hi approvat jew irrifjutat li tapprova jew li tkun irtirat. 6. L-awtorità ta' approvazzjoni ta' kull Stat Membru għandha tibgħat kull xahar lill-awtoritajiet ta' approvazzjoni ta' l-Istati Membri lista (li fiha jkunu jinstabu d-dettalji murija fl-Anness XIII) ta' l-approvazzjonijiet ta' sistemi, komponenti jew ta' unitajiet tekniċi separati li hi approvat, irrifjutat li tagħti jew li tkun irtirat tul dak ix-xahar; b’żieda, malli tirċievi applikazzjoni mill-awtorità ta' approvazzjoni ta' Stat Membru ieħor, għandha minnufih tibgħat kopja taċ-ċertifikat ta' apprivazzjoni tat-tip tas-sistema, tal-komponent jew ta' l-unità teknika separata u/jew tal-pakkett ta' informazzjoni għal kull tip ta' sistema, komponent jew unità teknika separata li hi tkun approvat jew irrifjutat li tapprova jew li tkun irtirat. Artikolu 5 Emendi għall-approvazzjonijiet 1. L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li huwa nfurmat bi kwalunkwe bidla fid-dettalji li jidhru fuq il-pakkett ta' informazzjoni. 2. L-applikazzjoni għall-emenda jew l-estensjoni ta' approvazzjoni tat-tip għandha tiġi sottomessa esklussivament lill-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip oriġinali. 3. Fil-każ ta' l-approvazzjoni ta' sistema, komponent jew ta' unità teknika separata, jekk id-dettalji li jidhru fil-pakkett ta' informazzjoni jkunu nbidlu, l-awtorità ta' approvazzjoni tal-Istat Membru in kwistjoni għandha: - toħroġ paġna(i) riveduti tal-pakket ta' informazzjoni kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b'mod ċar in-natura tal-bidla u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Fi kwalunkwe okkażjoni meta l-paġni riveduti huma maħruġa, l-indiċi għall-pakkett ta' informazzjon (li hu anness maċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni) għandu wkoll jiġi emendat biex juri l-aħħar dati tal-paġni riveduti, u - toħroġ ċertifikat ta' approvazzjoni rivedut (denotat b'numru ta' l-estensjoni) jekk kwalunkwe nformazzjoni fuqu (bl-esklużjoni ta' l-annessi tiegħu) tkun inbidlet jew jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva jkunu nbidlu mid-data kurrenti fuq l-approvazzjoni. Iċ-ċertifikat rivedut għandu juri b'mod ċar ir-raġuni għar-reviżjoni u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Jekk l-awtoritajiet ta' approvazzjoni tal-Istat Membru in kwistjoni isibu li emenda għal pakkett ta' informazzjoni tiġġustifika testijiet jew verifiki ġodda għandhom jinfurmaw lill-fabbrikant b’dan u joħorġu d-dokumenti msemmija hawn fuq biss wara li jwettqu b'suċċess it-testijiet u l-verifiki ġodda. 4. Fil-każ ta' l-approvazzjoni ta' vettura, jekk id-dettalji li jidhru fil-pakkett ta' informazzjoni jkunu nbidlu, l-awtorità ta' approvazzjoni ta' l-Istat Membru in kwistjoni għandha: - toħroġ paġna(i) riveduta(i) tal-pakket ta' informazzjoni kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b'mod ċar in-natura tal-bidla u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Fi kwalunkwe okkażjoni meta l-paġni riveduti ikunu maħruġa, l-indiċi għall-pakkett ta' informazzjon (li hu anness maċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni) għandu wkoll jiġi emendat biex juri l-aħħar dati tal-paġni riveduti, u - toħroġ ċertifikat ta' approvazzjoni rivedut (denotat b'numru ta' l-estensjoni) jekk jew aktar ispezzjonijiet huma meħtieġa jew kwalunkwe informazzjoni fuq iċ-ċeritfikat ta' approvazzjoni (bl-esklużjoni ta' l-annessi tiegħu) tkun inbidlet jew jekk il-ħtiġiet ta' kwalunkwe mid-Direttivi separati applikabbli għad-data li minnha l-ewwel dħul fis-seħħ hu pprojbit jkunu inbidlu sa miż-żmien tad-data kurrenti fuq l-approvazzjoni tal-vettura. Iċ-ċertifikat il-ġdid għandu juri b'mod ċar ir-raġuni għall-estensjoni u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Jekk l-awtorità ta' approvazzjoni tal-Istat Membru in kwistjoni issib li emenda għal pakkett ta' informazzjoni tiġġustifika ispezzjonijiet ġodda għandha tinforma lill-fabbrikant b'dan u toħroġ id-dokumenti msemmija hawn fuq biss wara t-twettieq b'suċċess ta' l-ispezzjonijeit il-ġodda. Kwalunkwe dokumenti riveduti għandhom jintbgħatu lill-awtoritajiet ta' approvazzjoni l-oħrajn kollha fi żmien xahar. 5. Meta l-approvazzoni tat-tip ta' vettura m'għadhiex aktar valida minħabba li waħda jew aktar mill-approvazzjonijiet tad-Direttivi separati msemmija fil-pakkett ta' informazzjoni tagħha m'għadhiex aktar valida, l-awtorità ta' approvazzjoni ta' l-Istat Membru li jkun ta dik l-approvazzjoni għandha, fi żmien xahar, tikkomunika dak il-fatt lill-awtoritajiet ta' approvazzjoni ta' l-Istati Membri l-oħrajn flimkien ma' l-indikazzjoni tad-data rilevanti jew in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura ta' l-aħħar vettura prodotta b'konformità maċ-ċertifikat il-qadim. Artikolu 6 Ċertifikat ta' konformità 1. Il-fabbrikant, fil-kapaċità tiegħu bħala d-detentur ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, għandu joħroġ ċertifikat ta' konformità (li l-mudelli tagħhom jinsabu fl-Anness IX), li għandhom jakkumpanjaw lil kull vettura, kemm jekk kompleti jew mhux kompleti, manifatturati b'konformità mat-tip ta' vettura approvata. Fil-każ ta' tip ta' vettura mhix kompleta jew kompleta, il-fabbrikant għandu jimla biss dawk il-punti fuq it-tieni naħa taċ-ċertifikat ta' konformità li kienu miżjuda jew mibdula fil-fażi kurrenti ta' l-approvazzjoni u, jekk applikabbli, għandu jannetti ma' dan iċ-ċertifikat iċ-ċertifikati kollha ta' konformità kkunsinnati lilu fil-fażi(jiet) preċedenti. 2. B’danakollu, l-Istati Membri jistgħu, għal skopijiet tat-tassazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tal-vettura, wara li jagħtu notifika ta' mill-inqas tliet xhur lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, jitolbu li dettalji mhux imsemmija fl-Anness IX jiġu miżjuda fiċ-ċertifikat basta li dawn id-dettalji huma espliċitament mistqarra fil-pakkett ta' informazzjoni jew jistgħu ikunu deduċibbli minnu permezz ta' kalkoli sempliċi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu li ċ-ċertifikat ta' konformità li jinstab fl-Anness IX ikun mimli b'tali mod li jenfasizza t-tagħrif meħtieġ u suffiċjenti għall-iskopijiet tat-tassazzjoni u r-reġistrazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. 3. Il-fabbrikant, fil-kapaċità tiegħu bħala d-detentur ta' l-approvazzjoni tat-tip għal komponent jew l-unità teknika separata għandu jwaħħal ma' kull komponent jew unità manifattur b'konformità mat-tip approvat l-isem kummerċjali jew trade mark, it-tip u/jew, jekk id-Direttiva separata hekk tipprovdi, il-marka jew numru ta' l-approvazzjoni tat-tip. B’danakollu, fil-każ ta' l-aħħar, il-fabbrikant jista' jagħżel li ma jwaħħalx l-isem kummerċjali jew it-trade mark u t-tip. 4. Il-fabbrikant, fil-kapaċità tiegħu bħala d-detentur ta' ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip, li skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(4) jinkludi restrizzjonijiet fuq l-użu tiegħu, għandu jikkunsinna ma' kull komponent jew unità manifatturat, l-informazzjoni dettaljata fuq dawn ir-restrizzjonijiet u għandu jindika kull kondizzjoni applikabli għat-twaħħil tiegħu. Artikolu 7 Ir-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz 1. Kull Stat Membru għandu jirreġistra, jippermetti l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kostruzzjoni u l-funzjonament tagħhom jekk, u biss jekk, huma akkumpanjati b'ċertifikat validu ta' konformità. Fil-każ ta' vetturi mhux kompleti, kull Stat Membru għandu jippermetti l-bejgħ ta' dawn il-vetturi imma jista' jirrifjuta r-reġistrazzjoni permanenti u d-dħul fis-servizz tagħhom sakemm mhumiex kompleti. 2. Kull Stat Membru għandu jippermetti l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' komponenti jew unitajiet tekniċi separati jekk, u biss jekk, ikunu konformi mal-ħtieġa tad-Direttiva separata rilevanti u mal-ħtiġiet imsemmija fl-Artikolu 6 (3) basta li dan m'a japplikax għal komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għall-użu fuq vetturi li huma kompletament jew parzjalment eżentati minn jew ma humiex koperti b’din id-Direttiva. 3. Jekk Stat Membru jsib li vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati ta' tip partikolari huma riskju serju għas-sigurtà fit-triq għalkemm għandhom magħhom ċertifikat validu ta' konformità jew huma mmarkati kif suppost, imbagħad dak l-Istat jista', għal perjodu massimu ta' sitt xhur, jirrifjuta li jirreġistra dawk il-vetturi jew jista' jipprojbixxi l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz fit-territorju tiegħu ta' dawn il-vetturi, l-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati. Għandu minnufih jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'dan, u jistqarr ir-raġunijiet li fuqhom id-deċiżjoni tiegħu hija bbażata. Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip jikkontesta r-riskju għas-sigurtà fit-triq notifikat lilu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprova jsolvi l-kwistjoni. Il-Kumissjoni għandha tinżamm infurmata u għandha, fejn meħtieġ, iżżomm konsultazzjonijiet xierqa bl-iskop li tintlaħaq soluzzjoni. Artikolu 8 Eżenzjonijiet u proċeduri alternattivi 1. Il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 7 (1) ma japplikawx għal: - vetturi maħsuba għall-użu mill-forzi armati, mid-difiża ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar u mill-forzi repsonsabbli għaż-żamma ta' l-ordni pubbliku, - vetturi approvati skond il-paragrafu 2. 2. Kull Stat Membru jista' fuq it-talba tal-fabbrikant, jeżenta minn waħda jew aktar mid-disposizzjonijiet ta' Direttiva separata waħda jew aktar: (a) Vetturi prodotti f'serje żgħajra F'dan il-każ, in-numru ta' vetturi ta' familja ta' tipi rreġistrati, mibjugħa jew li jidħlu fis-servizz fis-sena f'dak l-Istat Membru għandu jkun limitat għal mhux aktar min-numru ta' unitajiet murija fl-Anness XII. Kull sena l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista ta' dawn l-approvazzjonijiet. L-Istat Membru li jagħti din l-approvazzjoni għandu jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni u l-annessi tiegħu lill-awtoritajiet ta' approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn nominati mil-fabbrikant, filwaqt li jiddikjara n-natura ta' l-eżenzjonijiet li jkunu ngħataw. Fi żmien tliet xhur dawn l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk, u għal liema numru ta' unitajiet, jaċċettaw l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi li għandhom ikunu rreġistrati fit-territorju tagħhom. Għall-iskopijiet ta' l-approvazzjonijiet mogħtija skond dan il-punt (a), il-ħtiġiet ta' l-Artikoli 3, 4, 5, 6, 10 u 11 għandhom japplikaw biss sakemm huma meqjusa rilevanti mill-awtorità ta' approvazzjoni. Meta tingħata eżenzjoni skond dan il-punt (a), l-Istat Membru jista' jeħtieġ disposizzjoni alternattiva rilevanti; (b) Vetturi ta' l-aħħar tas-serje 1. Fi ħdan il-limiti kwantitattivi li jinstabu fl-Anness XII, is-sezzjoni B u għal perjodu limitat l-Istati Membri jistgħu jirreġistraw u jippermettu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda li jkunu konformi ma' tip ta' vettura li l-approvazzjoni tat-tip tagħha m'għadhiex aktar valida taħt l-Artikolu 5(5). Din id-disposizzjoni għandha tapplika biss għal vetturi li: - kienu fit-territorju tal-Komunità Ewropea, u - kellhom magħhom ċertifikat ta' konformità validu li kien ġie maħruġ meta l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura in kwistjoni kienet għadha valida, imma ma kienitx irreġistrata jew imdaħħla fis-servizz qabel ma l-approvazzjoni tat-tip imsemmija tilfet il-validità tagħha. Din l-għażla għandha tkun limitata għal perjodu ta' 12-il xahar għal vetturi kompleti u 18-il xahar għal vetturi kompleti sa mid-data li fiha l-approvazzjoni tat-tip tilfet il-validità tagħha. 2. Biex il-paragrafu 1 jiġi applikat għal tip wieħed jew aktar ta' vettura ta' kategorija partikolari, il-fabbrikant għandu jissottometti talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkun approva it-tip(i) korrispondenti ta' vettura qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttivi separati jew ta' l-emendi tagħhom. It-talba għandha tispeċifika r-raġunijiet tekniċi u/jew ekonomiċi li fuqhom hi bbażata. Jekk t-talba hi aċċettata mill-Istat Membru, dan ta' l-aħħar għandu, fi żmien xahar, jibgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn dettalji ta' u r-raġunijiet għall-eżenzjonijiet mogħtija lill-fabbrikant flimkien ma' l-informazzjoni mogħtija fl-Artikolu 5(5). Kull Stat Membru kkonċernat bid-dħul fis-servizz ta' dawn it-tipi ta' vettura għandu jkun responsabbli biex jassigura li l-fabbrikant jikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' l-Anness XII B. L-Istati Membri għandhom kull sena jibgħatu lill-Kummissjoni lista ta' l-eżenzjonijiet mogħtija u r-raġunijiet għalihom. (ċ) Vetturi., komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jinkorporaw teknoloġiji jew kunċetti li ma jistgħux, minħabba n-natura speċifika tagħhom, ikunu konformi ma' waħda jew aktar mill-ħtiġiet ta' waħda jew aktar tad-Direttivi separati F'dan il-każ, l-Istat Membru li jkun ta din l-approvazzjoni għandu, fi żmien xahar, jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni u l-annessi tiegħu lill-awtoritajiet ta' approvazzjoni ta' l-Istati Membri l-oħrajn u għandu minnufih jibgħat lill-Kummissjoni rapport li jkun fih: - ir-raġuni għaliex it-tekonoloġiji jew il-kunċetti in kwistjoni jipprevjenu li l-vettura, l-komponent jew l-unità teknika separata tkun konformi mal-ħtiġiet ta' waħda jew aktar mid-Direttivi separati rilevanti, - deskrizzjoni ta' l-oqsma tas-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali ikkonċernati u l-miżuri meħuda, - deskrizzjoni tat-testijiet u r-riżultati tagħhom li juru mill-inqas livell ekwivalenti ta' sigurtà u l-protezzjoni ambjentali kif previst fil-ħtiġiet ta' waħda jew aktar mid-Direttivi separati rilevanti. - proposti għal emendi tad-Direttivi separati rilevanti jew għal Direttiva(i) separata ġdida kif applikabbli. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13, tiddeċiedi fi żmien tliet xhur jekk għandhiex tapprova r-rapport jew le. Jekk il-Kummissjoni tapprova r-rapport, l-Istat Membru jista' joħroġ approvazzjoni tat-tip skond din id-Direttiva u l-Kumissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tadatta d-Direttiva(i) separata li għaliha kienet mogħtija d-deroga. Il-validità ta' din l-approvazzjoni tat-tip hi ristretta għal 24 xahar, imma tista' tiġi estiża mill-Kummissjoni fuq talba tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip. 3. Iċ-ċertifikati ta' approvazzjoni maħruġa skond il-paragrafu 2, li l-mudelli tagħhom huma murija fl-Anness VI, ma jistax ikollhom l-intestatura 'Ċertifikat ta' Approvazzjoni tat-Tip tal-KEE ta' vettura ', ħlief fil-każ imsemmi fi 2 (ċ) meta il-Kummissjoni tkun approvat ir-rapport. Artikolu 9 L-Aċċettazzjoni ta' approvazzjonijiet ekwivalenti 1. Il-Kunsill jista', waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jagħraf l-ekwivalenza bejn il-kondizzjonijiet jew id-disposizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati stabbiliti bid-Direttiva preżenti u l-proċeduri stabbiliti bir-regolamenti internazzjonali jew bir-regolamenti ta' pajjiżi terzi, fil-kwadru ta' ftehim multilaterali jew bilaterali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi. 2. L-ekwivalenza tar-regolamenti internazzjonali indikati fil-Parti II ta' l-Anness IV mad-Direttivi separati korrispondenti għandha tiġi rikonoxxuta. L-awtoritajiet ta' approvazzjoni ta’ l-Istati Membri għandhom jaċċettaw approvazzjonijiet skond dawk ir-regolamenti u, fejn applikabbli, il-marki ta' l-approvazzjoni li jappertjenu għalihom, minflok l-approvazzjonijet u/jew il-marki ta' l-approvazzjoni korrispondenti skond id-Direttivi separati ekwivalenti. Ir-regolamenti internazzjonali indikati għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropei. Artikolu 10 Konformità ma' l-arranġamenti tal-produzzjoni 1. Stat Membru li jagħti l-approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa skond l-Anness X fir-rigward ta' dik l-approvazzjoni biex jivverifika, jekk hemm bżonn b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' approvazzjoni ta' l-Istati Membri l-oħrajn, li saru arranġamenti adekwati biex jassiguraw li l-vetturi, sistemi, komponenti, jew ta’ unitajiet tekniċi separati tal-produzzjoni, kif jista' jkun il-każ, ikunu konformi mat-tip approvat. 2. Stat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa skond l-Anness X fir-rigward ta' dik l-approvazzjoni biex jivverifika, jekk hemm bżonn b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' approvazzjoni ta' l-Istati Membri l-oħrajn, li l-arranġamenti msemmmija fil-paragrafu 1 jibqgħu adekwati u li l-vetturi, s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati tal-produzzjoni, kif jista' jkun il-każ, jibqgħu jkunu konformi mat-tip approvat. Il-verifika biex tassigura li l-prodotti jkunu konformi mat-tip approvat għandha tkun limitata għall-proċeduri stabbiliti fis-sezzjoni 2 ta' l-Anness X u f'dawk id-Direttivi separati li jkollhom fil-ħtiġiet speċifiċi. Artikolu 11 Non-konformità mat-tip approvat 1. Għandu jkun hemm nuqqas ta' konformità mat-tip approvat meta jinstabu li jeżistu devjazzjonijiet mid-dettalji fiċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip u/jew fil-pakkett ta' informazzjoni u meta dawn id-devjazzjonijiet ma kienux awtorizzati permezz ta’ l-Artikolu 5(3) jew (4), mill-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip. Vettura m'għandhiex tkun ikkunsidrata li tiddevja mit-tip approvat meta huma permessi tolleranzi mid-Direttivi separati u dawn it-tolleranzi huma osservati. 2. Jekk Stat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip isib li vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li magħhom hemm ċertifikat tal-konformità jew li jkollhom marka ta' l-approvazzjoni ma jkunux konformi mat-tip li jkun approva, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li l-vetturi, tal-komponenti jew ta’ l-unitajiet tekniċi separati tal-produzzjoni, kif jista' jkun il-każ, għal darb' oħra jkunu konformi mat-tip approvat. L-awtoritajiet ta' approvazzjoni ta' dak l-Istat Membru għandhom jagħtu parir lil dawk ta' l-Istati Membri l-oħrajn dwar il-miżuri meħuda li jistgħu, fejn meħtieġ, jestendu għall-irtirar ta' l-approvazzjoni tat-tip. 3. Jekk Stat Membru juri li vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li magħhom hemm ċertifikat ta' konformità jew li jkollhom il-marka ta' l-approvazzjoni ma jkunux konformi mat-tip approvat jista' jitlob lill-Istat Membru li jkun ta' l-approvazzjoni tat-tip biex jivverifika li l-vetturi, l-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, kif jista' jkun il-każ, fil-produzzjoni, jkunu konformi mat-tip approvat. Din l-azzjoni għandha tittieħed kemm jista' jkun malajr u fi kwalunkwe każ fi żmien sitt xhur mid-data tat-talba. 4. Fil-każ ta': - approvazzjoni tat-tip ta' vettura meta n-non-konformità ta' vettura hi kkaġunata esklusivament minn non-konformità ta' sistema, komponent jew unità teknika separata, jew - approvazzjoni tat-tip f'aktar minn fażi waħda meta n-non-konformità ta' vettura kompleta hija kkaġunata esklusivament minn non-konformità ta' sistema, komponent jew unità teknika separata li jkunu parti mill-vettura mhux kompleta, jew mill-vettura mhux kompleta nfisha, l-awtorità ta' approvazzjoni tal-vettura għandha titlob lill-Istat Membru(i) li jkun ta approvazzjoni(jiet) tat-tip lil kwalunkwe sistema, komponent,unità teknika separata jew l- vettura mhux kompleta rilevanti biex jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jassigura li l-vetturi fil-produzzjoni għal darb' oħra jkunu konformi mat-tip approvat. Din l-azzjoni għandha tittieħed kemm jista' jkun malajr u fi kwalunkwe każ fi żmien sitt xhur mid-data tat-talba, jekk meħtieġ flimkien ma' l-Istat Membru li jagħmel it-talba. Meta jkun stabbilit nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet ta' approvazzjoni ta' l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip lil sistema, komponent jew unità teknika separata jew li approva vettura mhux kompleta għandhom jieħdu l-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 2. 5. L-awtoritajiet ta' approvazzjoni ta' l-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin fi żmien xahar bi kwalunkwe irtirar ta' approvazzjoni tat-tip, u bir-raġunijiet għal din il-miżura. 6. Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip jikkontesta n-nuqqas ta' konformità notifikat lilu l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprova jsolvi l-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata u għandha, fejn meħtieġ, żżomm konsultazzjonijiet xierqa bl-iskop li jtintlaħaq ftehim. Artikolu 12 Notifika tad-deċiżjonijiet u r-rimedji disponibbli Id-deċiżjonijiet kollha meħuda skond id-disposizzjonijiet adotatti fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u ċ-ċaħda jew l-irtirar ta' approvazzjoni tat-tip, jew iċ-ċaħda ta ' reġistrazzjoni jew il-projbizzjoni tal-bejgħ, għandhom jiddikkjaraw fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Kwalunkwe deċiżjonijiet għandhom jiġu notifikati lill-parti konċernata, li fl-istess ħin, għandha tkun informata bir-rimedji disponibbli lilha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bit-termini ta' żmien permessi għall-eżerċizzju ta' dawn ir-rimedji. Artikolu 13 L-adattament ta' l-Annessi 1. Kumitat għall-adattazzjoni għall-Progress tekniku hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ 'il-Kumitat', huwa b'dan stabbilit; għandu jikkonsisti f'rappreżentanti ta' l-Istati Membri u b'rappresentant tal-Kummissjoni bħala l-President. 2. L-emendi kollha meħtieġ għall-adattament: - ta' l-Annessi ma' din id-Direttiva, jew - tad-disposizzjonijiet tad-Direttivi separati, ħlief jekk previst mod ieħor fihom, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3. Din il-proċedura għandha wkoll tapplika għall-introduzzjoni ta' disposizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' unitajiet tekniċi separati fid-Direttivi separati. 3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f'terminu ta' żmien li l-President jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tiġi mogħtija mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill hu meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu peżati bil-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti jekk dawn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat. Jekk il-miżuri previsti ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tkun mogħtija, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta li għandha x'taqsam mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. Jekk, fi żmien tliet xhur li tkun ġiet sottomessa l-proposta, l-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. 4. Jekk il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kumissjoni, jadotta Direttiva separata ġdida, għandu fuq il-bażi ta' dik l-istess proposta jadotta emendi xierqa għall-Annessi rilevanti ta' din id-Direttiva. Artikolu 14 Notifika ta' l-awtoritajiet ta' approvazzjoni u s-servizzi tekniċi 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-ismijiet u l-indirizzi ta': - l-awtoritajiet ta' approvazzjoni tat-tip u, jekk applikabbli, id-dixxiplini li għalihom l-awtoritajiet huma responsabbli, u - s-servizzi tekniċi li jkunu ħatru, waqt li jispeċifikaw għal-liema proċeduri ta' test kull wieħed minn dawnis-servizzi kien maħtur. Is-servizzi notifikati għandhom jissodisfaw l-istandards armonizzati dwar it-tħaddim tal-laboratorji tat-testijiet (EN 45001) bla ħsara għall-kondizzjoniijiet li ġejjin: (i) fabbrikant ma jistax ikun akkreditat bħala servizz tekniku ħlief meta d-Direttivi separati jagħmlu disposizzjonijiet espressi; (ii) għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva mhuwiex ikkunsidrat eċċezzonali għal servizz tekniku li juża tagħmir minn barra, bil-kondizzjoni li jkollu l-kunsens ta' l-awtorità ta' approvazzjoni. 2. Servizz notifikat għandu jkun preżunt li jissodisfa l-istandard armonizzat imma, fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' titlob l-Istati Membri li jipprovdu xiehda ta' appoġġ. Servizzi ta' pajjiżi terzi jistgħu biss ikunu notifikati bħala servizz tekniku maħtur fil-kwadru ta' ftehim bilaterali jew multilaterali bejn il-Komunità u l-pajjiż terz.;" 2. L-Annessi I sa III huma sostitwiti bl-Annessi ta' din id-Direttiva. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva nhar il-, jew qabel il-31 ta' Diċembru 1992. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan. Huma għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 1993. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. Sa fejn l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura hi kkonċernata, l-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Direttiva biss għal vetturi tal-kategorija M1 mgħammra b'magna ta' kombustjoni interna, sakemm ikunu emendati l-Annessi skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva, sabiex tinkludi vetturi tal-kategorija M1 imħaddma b’magni oħrajn apparti milli magni ta' kombustjoni interna u vetturi ta’ kategoriji oħrajn. Sadanittant, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata bid-Direttiva 87/403/KEE, għandhom ikunu applikabbli għall-approvazzoni tat-tip ta' vettura tal-kategorijita' vetturi oħrajn. 3. Sal-31 ta' Diċembru 1995 għal vetturi kompleti u sal-31 ta' Diċembru 1997 għal vetturi kompleti b'konformità ma' l-approvazzjoni tat-tip f'aktar minn fażi waħda, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 4 (1) tad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva, biss fuq it-talba tal-fabbrikant. Sadanittant l-Istati membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali lil, u jippermettu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal-vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata bid-Direttiva 97/403/KEE. 4. Sal-31 ta' Diċembru 1997 għal vetturi kompleti u sal-31 ta' Diċembru 1999 għal vetturi kompleti b'konformità ma' l-approvazzjoni tat-tip f'aktar minn fażi waħda, l-Artikolu 7 (1) u (2) tad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva, m'għandux japplika għall-vetturi, l-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li jappartjenu għal tip li għalih l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali kienet mogħtija qabel l-1 ta' Jannar 1996 jew l-1 ta Jannar 1998 jew għal tip li l-Istat Membru jkun irreġistra, ippermetta l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 1996 jew l-1 ta' Jannar 1998. L-approvazzjonijiet li jiffurmaw parti mill-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali msemmija hawn fuq li ġew mogħtija skond id-Direttivi separati għandhom jibqgħu fis-seħħ wara l-31 ta' Diċembru 1997 għal vetturi kompleti, u wara l-31 ta' Diċembru 1999 għal vetturi kompleti wara approvazzjoni tat-tip f'aktar minn fażi waħda kemm-il darba ma tapplikax waħda mill-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE kif emendata b'din id-Direttiva. 5. Bla ħsara għall-Artikolu 8 (2) (a) u (b) tad-Direttiva 70/156/KEE kif emendata b'din id-Direttiva, il-paragrafi 3 u 4 m'għandhomx jippermettu lill-Istati Membri li jidderogaw minn kwalunkwe disposizzjonijiet ta' Direttiva separata li tistipula ħtiġiet ibbażati fuq l-armonizzazzjoni totali fejn għadhom x'jaqsmu l-approvazzjoni tat-tip u d-dħul inizjali fis-servizz ta' vettura, komponent jew unità teknika separata. Artikolu 3 Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1994, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni rilevanti kkomunikata mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' l-approvazzjoni tat-tip Ewropea, li jagħti attenzjoni partikolari għad-derogi fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 70/156/KEE kif emendata b’din id-Direttiva, u dwar l-impatt tal-prinċipju l-ġdid ta' l-armonizzazzjoni fl-Istati Membri varji u fejn xieraq għandha tipproponi l-emendi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti ta' approvazzjoni tat-tip, inkluż l-adattament tad-Direttvi separati għall-prinċipju l-ġdid ta' l-armonizzazzjoni, u sabiex ikun iffaċilitat id-dħul fis-servizz tal-vetturi fl-Istati Membri, liema emendi għandhom jiġu adotatti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE kif emendata b’din id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, it-18 ta' Ġunju 1992. Għall-Kunsill Il-President Vitor Martins [1] ĠU Nru Ċ 301, 21.11.1991 p. 1. [2] ĠU Nru Ċ 67, 16.3.1992,p. 44 u ĠU No 176, 13.7.1992. [3] ĠU Nru Ċ 79, 30.1992, p. 4. [4] ĠU Nru L 42, 23.2.1970, p. 1.Kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/403/KEE (ĠU Nru L 220, 8.8.1987, p. 44). [5] ĠU Nru 225, 10.8.1992, p. 72. -------------------------------------------------- L-ANNESSI L-emendi għall-AnnessiI mhumiex riprodotti billi l-Anness kien sostitwit bid-Direttiva 2001/116/KEE, ĠU L 018., ta’ l-21.01.2002. --------------------------------------------------