Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 295/91 ta' l-4 ta' Frar 1991 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistema ta' kumpens għal imbark miċħud fit-trasport bl-ajru skedat
ĠU L 36, 8.2.1991, p. 5–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 07 Volume 4 P. 7 - 9
Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 07 Volume 4 P. 7 - 9
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 07 Volume 001 P. 306 - 308
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 07 Volume 001 P. 306 - 308
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 07 Volume 001 P. 306 - 308
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 07 Volume 001 P. 306 - 308
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 07 Volume 001 P. 306 - 308
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 07 Volume 001 P. 306 - 308
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 07 Volume 001 P. 306 - 308
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 07 Volume 001 P. 306 - 308
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 07 Volume 001 P. 306 - 308
DA DE EL EN ES FR IT NL PT
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT SK SL SV |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 295/91
ta' l-4 ta' Frar 1991
li jistabbilixxi regoli komuni għal sistema ta' kumpens għal imbark miċħud fit-trasport bl-ajru skedat
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 84(2) dwar dan,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],
Billi miżuri ta' liberalizzazzjoni adottati mill-Kunsill f'Lulju 1990 jirrappreżentaw pass ieħor lejn politika ta' trasport bl-ajru komuni żviluppata b'mod sħiħ;
Billi azzjoni komuni fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-interessi ta' utenti ta' trasport bl-ajru hi meħtieġa, sabiex tassigura żvilupp bilanċjat fid-dawl ta' l-ambjent li qed jinbidel b'mod radikali li fih iridu joperaw it-trasportaturi ta' l-ajru;
Billi l-prassi preżenti fil-qasam ta' kumpens dwar imbark micħud hi differenti sostanzjalment bejn it-trasportaturi ta' l-ajru;
Billi ċerti standards minimi komuni fil-qasam tal-kumpens dwar imbark miċħud għandhom jassiguraw li l-kwalità ta' servizzi ta' trasportaturi bl-ajru jkun miżmum f'kuntest ta' kompetizzjoni miżjuda;
Billi traportatur bl-ajru għandu jkun obbligat li jistabbilixxi regoli dwar imbark fil-każ ta' titjira li tkun overbooked;
Billi fl-eventwalità ta' imbarkazzjoni li jiġi miċħud il-jeddijiet ta' passiġġieri għandu jkun imfisser;
Billi dawk it-trasportaturi li jġorru bl-ajru għandhom ikunu obbligati li jħallsu kumpens u li jipprovdu servizzi addizzjonali lill-passiġġieri li jkunu miċħuda li jimbarkaw;
Billi passiġġieri għandhom ikunu infurmati b'mod ċar dwar regoli applikabbli,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Dan ir-regolament jistabbilixxi regoli minimi komuni applikabbli meta passiġġieri jiġu miċħuda aċċess għal titjira skedata li tkun overbooked li għaliha jkollhom biljett validu u riserva konfermata dwar tluq minn ajruport sitwat fit-territorju ta' Stat Membru li għalih japplika t-Trattat, irrispettivament mill-Istat fejn it-trasportatur ta' l-ajru ikun qiegħed, in-nazzjonalità tal-passiġġier u l-punt ta' destinazzjoni.
L-Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:
(a) "imbark miċħud" ifisser rifjut li jiġi akkomodat passiġġier fuq titjira minkejja li dan ikollu:
- biljett validu,
- riserva konfermata fuq dik it-tijira, u
- ikunu ppreżentaw lilhom infushom għaċ-check-in fil-limitu tal-ħin meħtieġ u kif stipulat;
(b) "riserva konfermata" tfisser li biljett mibjugħ mit-trasportatur bl-ajru jew l-aġent ta' l-ivvjaġġar awtorizzat tiegħu ikun fih:
- detall tan-numru, data u ħin tat-titjira, u
- in-notazzjoni "OK", jew kwalunkwe kitba oħra, fl-ispazju xieraq fuq il-biljett li juri r-reġistrazzjoni mit-trasportatur ta' l-ajru kif ukoll il-konferma tar-riserva espressa mit-trasportatur ta' l-ajru;
(ċ) "titjira skedata" tfisser titjira li jkollha l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
- din tkun magħmula minn vettura ta' l-ajru għat-trasport ta' passiġġieri jew passiġġieri u tagħbija u/jew posta kontra ħlas, b'tali manjiera li, għal kull titjira, postijiet ikunu disponibbli għal bejgħ lil membri tal-pubbliku kemm direttament mit-trasportatur jew mill-aġenti awtorizzati tiegħu,
- din tkun operata biex isservi traffiku bejn żewġ punti jew aktar, jew:
(i) skond skeda ta' ħin pubblikata; jew
(ii) permezz ta' titjiriet li jkunu hekk regolari jew frekwenti tali li jikkostitwixxu serje sistematika li tkun rikonoxxibbli;
(d) "titjira overbooked" tfisser titjira fejn in-numru ta' passiġġieri li jkollhom riserva konfermata u li jippreżentaw lilhom infushom għaċ-check-in fil-limitu tal-ħin stabbilit jeċċedi n-numru ta' postijiet disponibbli fuq dik it-titjira;
(e) "voluntier" tfisser persuna li jkollha:
- biljett validu,
- riserva konfermata, u
- li jirappreżenta lilu nnifisu għaċ-check-in fil-limitu tal-ħin meħtieġ u kif stipulat u li tirrispondi b'mod pożittiv għas-sejħa tat-trasporatur bl-ajru lill-passiġġieri li jkunu preparati li jċedu r-riserva konfermata tagħhom bi bdil ma' kumpens;
(f) "destinazzjoni finali" tfisser id-destinazzjoni fuq il-kupun tat-titjira preżentat fil-bank taċ-check-in jew, fil-każ ta' titjiriet suċċessivi, fuq l-aħħar kupun tal-biljett ta' l-ajru. Titjiriet ta' konnessjoni li jistgħu isiru mingħajr diffikultajiet għalkemm ikunu kaġunati minn dewmien minħabba ċaħda ta' imbarkazzjoni ma jiġux ikkunsidrati.
L-Artikolu 3
1. It-trasportatur ta' l-ajru għandu jistabbilixxi r-regoli li għandu jsegwi dwar imbarkazzjoni fl-eventwalità ta' titjira overbooked. Dan għandu jinnotifika b'dawn ir-regoli u kull tibdil fihom lill-Istat Membru inkwistjoni u lill-Kummissjoni, li għandha tagħmilhom disponibbli lill-Istati Membri l-oħra. Dawn it-tibdiliet għandhom jidħlu fis-seħħ xahar wara n-notifika tagħhom.
2. Ir-regoli msemmija f'paragrafu 1 għandhom ikunu magħmula disponibbli lill-pubbliku għand l-aġenziji tat-trasportatur u bankijiet ta' check-in.
3. Ir-regoli li għalihom saret referenza f'paragrafu 1 għandhom jinkludu l-possibilità ta' sejħa għal voluntieri li jkunu preparati li jitilgħu abbord.
4. F'kull eventwalità, it-trasportatur ta' l-ajru għandu jieħu inkonsiderazzjoni l-interessi tal-passiġġieri li għandhom jingħataw prijorità biex jitilgħu għal raġunijiet leġittimi, bħalma huma persuni b'diżabilita u tfal mhux akkumpanjati.
L-Artikolu 4
1. Fl-eventwalità ta' ċaħda ta' imbark, passiġġier għandu jkollu l-għażla bejn:
- rimborż mingħajr penali ta' l-ispiża tal-biljett għall-parti mill-vjaġġ mhux magħmul, jew
- rotaġġ mill-ġdid għad-destinazzjoni finali tiegħu fl-ewwel opportunità, jew
- rotaġġ mill-ġdid f'data aktar tard għall-konvenjenza tal-passiġġier.
2. Irrispettivament mill-għażla tal-passiġġier imsemmija fil-każ li għaliħa saret referenza f'paragrafu 1, it-trasportatur bl-ajru għandu, minnufih wara li tkun saret ċaħda ta' imbark, iħallas kumpens minimu, mingħajr preġudizzju għal paragrafi 2 u 4, li jammonta għal:
- EKU 150 għal titjiriet sa 3 500 km,
- EKU 300 għal titjiriet ta' aktar minn 3 500 km,
wara li tiġi kunsidrata d-destinazzjoni finali kif speċifikat fil-biljett.
3. Meta t-trasportatur bl-ajru joffri rottaġġ mill-ġdid għad-destinazzjoni finali fuq titjira alternattiva, li l-ħin tal-wasla tagħha ma teċċedix il-ħin tal-wasla skedat tat-titjira oriġinali prenotata b'sagħtejn għal titjiriet sa 3 500 km, u ta' erba' sigħat għal titjiriet ta' aktar minn 3 500 km, il-kumpens stabbilit f'paragrafu 2 hawn fuq jista' jiġi mnaqqas b'50 %.
4. L-ammonti ta' kumpens jistgħu ma jeċċedux il-prezz tal-biljett għar-rigward tad-destinazzjoni finali.
5. Il-kumpens għandu jitħallas fi flus jew, bi ftehim mal-passiġġier, permezz ta' travel vouchers u/jew servizzi oħra.
6. Jekk, fuq titjira overbooked, kull passiġġier jaqbel li jitpoġġa fi klassi anqas minn dik li għaliha jkun inxtara biljett, dan għandu jkun intitolat għal rimborz tad-differenza fil-prezz.
7. Id-distanzi mogħtija f'paragrafi 2 u 3 għandhom jitkejlu permezz tal-metodu great circle track (great circle route).
L-Artikolu 5
1. Fl-eventwalità ta' ċaħda ta' imbark fuq kull titjira mibjugħa bħala kull parti minn package tour, it-trasportatur bl-ajru hu obbligat li jikkumpensa lill-operatur tal-vjaġġ li jkun għamel kull kuntratt mal-passiġġier u li jkun suġġett lejh biex il-kuntratt ikun onorat kif suppost għar-rigward ta' l-imsemmi package tour b'mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar package travel, packageholidays u package tours [4].
2. Mingħajr preġudizzju għall-jeddijiet u obbligazzjonijiet li jinsabu f'Direttiva 90/314/KEE, l-operatur tal-vjaġġ hu obbligat li jgħaddi lill-passiġġier is-somma miġbura skond il-paragrafu 1.
L-Artikolu 6
1. Minbarra l-kumpens minimu ta' ammonti stabbiliti f'l-Artikolu 4, it-trasportatur bl-ajru għandu joffri mingħajr ħlas lill-passiġġieri li jkunu miċħuda l-imbark:
(a) l-ispejjeż għal kull telefonata u/jew telex/ messaġġ bil-fax sal-punt ta' destinazzjoni;
(b) ikliet u trattenimenti b'relazzjoni raġonevoli għall-ħin ta' stennija;
(ċ) akkomodazzjoni ġewwa lukanda f'każijiet meta jkun meħtieġ li wieħed joqgħod lejl jew aktar.
2. Meta kull belt, jew reġjun ikollu diversi ajruporti u kull trasportaur bl-ajru joffri lil kull passiġġier, li jkun ġie miċħud l-imbark, kull titjira lejn kull ajurport li ma jkunx l-ajruport ta' destinazzjoni li għalih ikun ipprenota l-passiġġier, l-ispiża tal-vjaġġ bejn l-ajruporti alternattivi jew lejn destinazzjoni alternattiva li tkun viċin, bi qbil mal-passiġġier, tkun magħmula fuq l-obbligu tat-trasportatur bl-ajru.
L-Artikolu 7
It-trasportatur bl-ajru mhux obbligatat li jħallas kumpens dwar imbark miċħud f'każijiet fejn il-passiġġier ikun qed jivvjaġġa mingħajr ħlas jew b'kull ħlas imnaqqas li ma jkunx disponibbli direttament jew indirettament lill-pubbliku.
L-Artikolu 8
Trasportaturi bl-ajru għandhom jipprovdu lil kull passiġġier affettwat minn imbark miċħud b'kull formula li tindika r-regoli dwar kumpens għal imbark miċħud.
L-Artikolu 9
1. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal rikorsi sussegwenti lill-qrati li jkollhom ġurisdizzjoni sabiex jingħata kull kumpens ieħor.
2. Il-Paragrafu 1 ma japplikax għall-voluntieri kif imfissra fl-Artikolu 2(e) li jkunu aċċettaw kumpens skond ir-regoli msemmija fl-artikolu 3.
L-Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ xahrejn wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Frar 1991.
Għall-Kunsill
Il-President
J. F. Poos
[1] ĠU C 129, ta' l-24.5.1990, p. 15.
[2] ĠU C 19, tat-28.1.1991.
[3] ĠU C 31, tas-6.2.1991.
[4] ĠU L 158, tat-23.6.1990, p. 59.
--------------------------------------------------
| Fuq |