31989R3528


Titolu u referenza

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3528/89 tat-23 ta' Novembru 1989 li jemenda Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar il-Tariffa Komuni Doganali

 ĠU L 347, 28.11.1989, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 02 Volume 04 P. 134 - 134
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 02 Volume 04 P. 134 - 134
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 02 Volume 04 P. 134 - 134
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 02 Volume 04 P. 134 - 134
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 02 Volume 04 P. 134 - 134
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 02 Volume 04 P. 134 - 134
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 02 Volume 04 P. 134 - 134
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 02 Volume 04 P. 134 - 134
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 02 Volume 04 P. 134 - 134
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 02 Volume 04 P. 173 - 173
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 02 Volume 04 P. 173 - 173
 HR.ES Chapter 02 Volume 002 P. 75 - 75

 DA  DE  EL  EN  ES  FR  IT  NL  PT

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html    
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf    
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3528/89

tat-23 ta' Novembru 1989

li jemenda Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar il-Tariffa Komuni Doganali

IL KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28, 43 u 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi, fid-dawl tad-deċiżjoni riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-għan tal-Artikolu 28 u 113 tat-Trattat, jidher illi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 [2] ġie addottat fuq bażi legali żbaljata billi l-Kunsill żied mal-bażi legali proposta mill-Kummissjoni, jiġifieri l-Artikoli 28, 43 u 113 tat-Trattat, l-Artikolu 235 tat-Trattat, li jittratta dwar proċedura differenti ta' teħid ta' deċiżjonijiet; billi l-Kummissjoni konsegwentement irriferit il-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja għal proċediment għall-annullament tal-istess Regolament;

Billi, sabiex il-Kummissjoni tkun tistgħa tirtira l-azzjoni tagħha u sabiex tipprevjeni illi l-att in kwistjoni jiġi dikjarat null, ir-riferenza magħmula lill-Artikolu 235 tat-Trattat bhala bażi legali għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandha tiġi mħassra,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ewwel frasi ċitata fir- Regolament (KEE) Nru 2658/87 qed jiġi minnufih sostitwit bis-segwenti:

"Wara li kkunsidra it-Trattat li jistyabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mogħod partikolari l-Artikoli 28, 43 u 113 tiegħu."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ fl-istess jum illi huwa jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-10 Settembru 1987.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 Novembru 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Cresson

[1] Opinjoni mogħtija fit-13 ta' Ottubru 1989 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).

[2] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet