Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 li temenda d-Direttiva 87/402/KEE dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta’ quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi bir-roti għall-agrikultura u għall-forestrija, b’karreġġjata dejqa
ĠU L 398, 30.12.1989, p. 27–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 13 Volume 19 P. 125 - 126
Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 13 Volume 19 P. 125 - 126
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 010 P. 94 - 95
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 010 P. 94 - 95
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 010 P. 94 - 95
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 010 P. 94 - 95
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 010 P. 94 - 95
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 010 P. 94 - 95
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 010 P. 94 - 95
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 010 P. 94 - 95
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 010 P. 94 - 95
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 09 P. 210 - 211
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 09 P. 210 - 211
DA DE EL EN ES FR IT NL PT
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Direttiva tal-Kunsill
tal-21 ta’ Diċembru 1989
li temenda d-Direttiva 87/402/KEE dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta’ quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi bir-roti għall-agrikultura u għall-forestrija, b’karreġġjata dejqa
(89/681/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],
F’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],
Billi huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri bl-għan li jistabbilixxu progressivament is-suq intern matul perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern hu magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha huwa assigurat il-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital;
Billi l-Artikolu 12 tad-Direttiva 87/402/KEE [4] jistabbilixxi li d-Direttiva msemmija għandha tkun issupplimentata b’dispożizzjonijiet li jintroduċu testijiet addizzjonali ta’ impatt fil-proċedura tat-test dinamiku;
Billi, minħabba li diġà hemm dispożizzjoni għal test addizzjonali fil-każ tal-proċedura tat-test statiku, jeħtieġ li anki fil-proċedura tat-test dinamiku jkun hemm il-ħsieb għal test addizzjonali - li b’mod iktar preċiż jirrifletti s-sitwazzjoni fil-każ li jinqaleb xi tractor - sabiex dawn iż-żewġ proċeduri ta’ test isiru ekwivalenti u l-iżbilanċ preżenti li hemm bejniethom ikun eliminat;
Billi, biex wieħed iserraħ rasu fuq il-parametri u l-kalkoli, ir-riżultati ta’ l-esperimenti prattiċi magħmula fuq strutturi mmuntati fuq in-naħa ta’ wara jistgħu jiġu trasposti għall-istess tip ta’ struttura, iżda mmuntati fuq quddiem,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1
Id-Direttiva 87/402/KEE hija b’dan emendata kif ġej:
1. Fl-Anness IV-A, il-punt 1.6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:
"1.6. Testijiet addizzjonali
1.6.1. Jekk xquq jew tiċrit li ma jistgħux jitqiesu negliġibbli jidhru waqt it-test ta’ impatt, test ieħor, simili, iżda b’għoli ta’ waqgħa ta’:
H′ =
H
10
irid isir immedjatament wara t-testijiet ta’ impatt li ħolqu dawn ix-xquq jew tiċrit, "a"; tkun il-proporzjon tad-diformazzjoni permanenti għad-diformazzjoni elastika (a = Dp/De) hija mkejla fil-punt ta’ l-impatt.
Id-diformazzjoni permanenti addizzjonali dovuta minħabba t-tieni impatt ma tridx taqbeż it-30 % tad-diformazzjoni permanenti dovuta minħabba l-ewwel impatt.
Sabiex ikun jista’ jsir it-test addizzjonali, jeħtieġ li titkejjel id-diformazzjoni elastika waqt it-testijiet kollha ta’ impatt.
1.6.2. Jekk, matul it-test tat-tgħaffiġ, jidhru ammont sew ta’ xquq u tiċrit, test ta’ tgħaffiġ simili iżda b’saħħa ekwivalenti għal 1,2 Fv, irid isir immedjatament wara t-test ta’ tgħaffiġ li kkaġuna dawn ix-xquq jew tiċrit.";
2. Fl-Anness VI, il-punt li ġej huwa miżjud:
"7.3. Indikazzjoni u riżultati ta’ kull test dinamiku addizzjonali".
L-Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 12-il xahar mit-3 ta’ Jannar 1990. Għandhom minnufih javżaw b’dan lill-Kummissjoni.
L-Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1989.
Għall-Kunsill
Il-President
E. Cresson
[1] ĠU C 305, tat-30.11.1988, p. 7.
[2] ĠU C 120, tas-16.5.1989, p. 70, uĠU C 256, tad-9.10.1989, p. 76.
[3] ĠU C 102, 24.4.1989, p. 6.
[4] ĠU L 220, tat-8.8.1987, p. 1.
--------------------------------------------------
| Fuq |