31989L0680


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 li temenda d-Direttiva 77/536/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

 ĠU L 398, 30.12.1989, p. 26–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
 Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 13 Volume 19 P. 124 - 124
 Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 13 Volume 19 P. 124 - 124
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 010 P. 93 - 93
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 010 P. 93 - 93
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 010 P. 93 - 93
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 010 P. 93 - 93
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 010 P. 93 - 93
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 010 P. 93 - 93
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 010 P. 93 - 93
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 010 P. 93 - 93
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 010 P. 93 - 93
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 09 P. 209 - 209
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 09 P. 209 - 209

 DA  DE  EL  EN  ES  FR  IT  NL  PT

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta’ Diċembru 1989

li temenda d-Direttiva 77/536/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(89/680/KEE)

IL- KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropeja, u b’mod partikolari Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill- Kummissjoni [1],

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi huwa meħttieġ li jiġu adottati miżuri bil-għan li jkun stabbilit b’mod progressiv is-suq intern tul perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern ifisser żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu tal-merkanzija, l-persuni, s-servizzi u l-kapital huwa assigurat;

Billi Artikolu 9 tad-Direttiva 77/536/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/354/KEE [5], tillimita l-applikazzjoni ta’ l-imsemmija Direttiva għal tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija b’massa ta’ bejn 1,5 u 4,5 tunnellata; billi żjieda ta’ 1,5 tunnellata fil-massa massima kif stabbilita fil-present ma tinvolvix xi żvantaġġi kbar mill-perspettiva tas-sigurtà fuq it-toroq u s-sigurtà waqt ix-xogħol fl-għelieqi;

Billi l-istrutturi tal-protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi b’massa ta’ bejn 4,5 u 6 tunnellati jistgħu jiġu trattati bl-istess mod bħal dawk ta’ tratturi b’massa ta’ bejn 1,5 u 4,5 tunnellati u għalhekk jistgħu jingħataw il-benefiċċju ta’ l-istess regoli,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-ewwel linja tar-raba’ inċiż ta’ Artikolu 9 tad-Direttiva 77/536/KEE, ‘massa bejn 1,5 u 4,5 tunnellati’ hija mibdula bi ‘massa bejn 1,5 u 6 tunnellati’

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard minn 12-il xahar mit-3 ta’ Jannar 1990. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1989.

Għall- Kunsill

Il-President

E. Cresson

[1] ĠU C 324, tas-17.12.1988, p. 14.

[2] ĠU C 120, tas-16.5.1989, p. 17, uĠU C 256, tas-9.10.1989, p. 75.

[3] ĠU C 102, ta’ l-24.4.1989, p. 8.

[4] ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 1.

[5] ĠU L 192, tal-11.7.1987, p. 43.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet