31989L0677



Official Journal L 398 , 30/12/1989 P. 0019 - 0023
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0147
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0147


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta’ Diċembru 1989

li temenda għat-tmien darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

(89/677/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1];

F’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi jridu jiġu adottati l-miżuri sabiex jiġi stabbilit is-suq intern b’mod progressiv tul il-perjodu taż-żmien sal-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern jikkomprendi żona mingħajr fruntieri interni li fih huwa ggarantit il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital;

Billi, minkejja l-projbizzjoni tal-marketing ta’ ċerti prodotti ornamentali maħsuba li jipproduċu effetti bid-dwal u li jikkomprendu reċipjenti tal-ħġieġ li fihom likwidi perikolużi kif iddefinit bid-Direttiva 67/548/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/431/KEE [5], oġġetti li jippreżentaw l-istess riskji għadhom jiġu mqiegħda fis-suq sabiex jintużaw fil-logħob minn parteċipant wieħed jew iktar, xi kultant b’funzjoni ta’ ornament;

Billi għandha ssir reviżjoni tal-kontenut (0,01 % bil-piż - 100 ppm) ta’ PCB/PCT fil-preparazzjonijiet, inklużi ż-żjut mormija; billi, fid-Direttiva tal-Kunsill 87/101/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 li temenda d-Direttiva 75/439/KEE dwar kif jiġu eliminati ż-żjut mormija [6], dan il-kontenut ġie stabbilit għal 0,005 % bil-piż;

Billi l-benżina (Nru tas-SAK 71-34-2) hija sustanza tossika li x’aktarx taffettwa is-sistema ċentrali nervuża u u dik ematopojetika u li tikkaġuna l-kanċer u b’mod partikolari l-lewċemja; billi din is-sustanza hija kklassifikata bħal karċinoġena tal-kategorija I fid-Direttiva 67/548/KEE; billi l-Konvenzjoni 136 ta’ l-ILO (l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol) u r-Rakkomandazzjoni 144 ta’ l-ILO jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni mir-riskji li jinħolqu mill-benżina;

Billi s-sustanzi li ġejjin: it-2-naftilamin (Nru tas-SAK 91-59-8), il-4-nitrodifenil (Nru tas-SAK 92-93-3), il-4-aminodifenil (Nru tas-SAK 92-67-1) u l-benżidina (Nru tas-SAK 92-87-5) jistgħu jikkawżaw il-kanċer u b’mod partikolari l-kanċer tas-sistema ta’ l-urina; billi dawn is-sustanzi huma kklassifikati bħala karċinoġeniċi tal-kategorija I fid-Direttiva 67/548/KEE; billi għalkemm, ġewwa l-Komunità, huma issa prodotti biss fi kwantitajiet minimi u ssorveljati maħsuba esklussivament għar-riċerka, jistgħu madankollu jkunu preżenti fil-għamla ta’ impuritajiet f’sustanzi jew preparazzjonijiet oħra;

Billi, minbarra l-miżuri speċifiċi li japplikaw biss għall-postijiet tax-xogħol, l-istabbiliment ta’ limitu massimu ta’ konċentrazzjoni u limitu fuq l-użu ta’ dawn is-sustanzi bħala tali jew bħala kostitwenti ta’ preparazzjonijiet għandu jgħin sabiex jipprevjeni l-inċidenza tal-kanċer fuq ix-xogħol u għall-protezzjoni tal-konsumaturi;

Billi l-komposti taċ-ċomb b’mod ġenerali, u b’mod partikolari l-imluħ taċ-ċomb li jinħallu malajr fl-istonku, huma perikolużi għas-saħħa; billi l-komposti ta’ dan it-tip għadhom kull tant jintużaw bħala koloranti f’ċerta żebgħa dekorattiva; billi l-użu tagħhom f’dawn il-każijiet għandu jiġi rregolat; billi l-Konvenzjoni 13 ta’ l-ILO tirregola l-użu tal-biruq fiż-żebgħa;

Billi ċerti preparazzjonijiet ta’ antifouling applikati bħala protezzjoni mal-bwieq tad-dgħajjes u/jew mat-tagħmir ta’ taħt il-baħar għandhom effetti ta’ ħsara fuq l-organiżmi akwatiċi ħajjin bħala riżutat ta’ l-użu ta’ ċerti komposti kimiċi u b’mod partikolari l-komposti ta’ l-arseniku, tal-merkurju u tal-landa; billi sabiex tittejjeb il-protezzjoni ta’ l-ambjent, għandu jiġi rregolat l-użu ta’ dawn il-komposti fi preparazzjonijiet ta’ dan it-tip;

Billi mhux biss il-boran di-μ-osso-di-n-butilstannjoidrossi (C8H19BO3Sn, Nru tas-SAK 75113-37-0) imma wkoll il-prodotti tad-dekompożizzjoni/degradazzjoni tiegħu huma sustanzi perikolużi għall-bniedem u għall-ambjent, u b’mod partikolari għall-ambjent akwatiku; billi l-użu ta’ dawn is-sustanzi għandu jiġi regolat;

Billi l-limitazzjonijiet fl-użu jew fil-marketing diġà adottati minn ċerti Stati Membri fir-rigward tas-sustanzi riferiti hawn fuq jew tal-preparazzjonijiet li jkun fihom minnhom għandhom inċidenza diretta fuq kif l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern; billi huwa għalhekk meħtieġ illi d-dispożizzjonijiet leġislattivi ta’ l-Istati Membri jiġu approssimati f’dan il-qasam, u b’konsegwenza ta’ dan li jiġi emendat l-Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE [7], kif l-aħħar emendata bit-Direttiva 85/610/KEE [8];

Billi b’din id-Dirttiva ma tiġix affettwata l-leġislazzjoni Komunitarja preżenti rigward il-possibbiltà ta’ l-adozzjoni mill-Istati Membri ta’ restrizzjonijiet iktar strinġenti dwar l-użu tas-sustanzi u tal-preparazzjonijiet in kwistjoni fuq il-post tax-xogħol,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. fil-punt 1 tal-kolonna fuq in-naħa tax-xellug, iż-"0,01 %" li jidher fit-tielet inċiż jiġi mibdul bi "0,005 %";

2. il-punt 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"3.Is-sustanzi jew il-preparazzjonijiet likwidi, li huma kkunsidrati bħala perikolużi skond id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2(2) u il-kriterji fil-Parti II.D fl-Anness VI mad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967, dwar l-approssimazzjoni tar-regoli, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tas-sustanzi perikolużi, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/431/KEE | Ma jistgħux jintużaw fi: oġġetti ornamentali maħsuba sabiex jipproduċu d-dawl jew effetti kkuluriti permezz ta’ fażijiet differenti, per eżempju fil-lampi ornamentali u l-ashtrays,tricks, ċajt,il-logħob għal parteċipant wieħed jew iktar, jew kull oġġett maħsub sabiex jiġi wżat bħala tali, saħansitra jekk ikun ta’ aspetti ornamentali. |

3. dan li ġej jiġi miżjud mal-punt 5 (il-benżina) fil-kolonna fuq in-naħa tal-lemin:

| "Ma jistgħux jintużaw f’konċentrazzjonjiet ugwali għal jew ta’ iktar minn 0,1 % skond il-massa f’sustanzi jew preparazzjonijiet imqiegħda fis-suq. |

| Iżda, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal: (a)il-karburanti tal-magni bil-mutur li mhumiex koperti bid-Direttiva 85/210/KEE;(b)is-sustanzi u l-preparazzjonijiet għall-użu fil-proċessi industrijali li ma jippermettux l-emissjoni tal-benżina fi kwantitajiet li jaqbżu lil dawk stabbiliti fil-leġislazzjoni eżistenti;(ċ)l-iskart kopert bid-Direttivi 75/442/KEE u 78/319/KEE. |

4. jiġu miżjuda l-punti li ġejjin:

"13.it-2-naftilaminNru tas-SAK 91-59-8 u l-imluħ tiegħu | Ma jistgħux jintużaw f’konċentrazzjonjiet ugwali għal jew ta’ iktar minn 0,1 % bil-piż fis-sustanzi u l-preparazzjonijiet imqiegħda fis-suq. |

14.Il-benżidinNru tas-SAK 92-87-5 u l-imluħ tiegħu | Madankollu, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall-iskart li jkun fih waħda jew iktar minn dawn is-sustanzi u kopert bid-Direttivi 75/442/KEE u 78/319/KEE. |

15.il-4-nitrobifenilNru tas-SAK 92-93-3 | |

16.il-4-aminobifenilNru tas-SAK 92-67-1 u l-imluħ tiegħu | Dawn is-sustanzi u preparazzjonijiet ma jistgħux jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra Komunitarji dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tas-sustanzi u l-preparamenti perikolużi, l-imballaġġ ta’ dawn il-preparamenti għandhom ikunu jinqraw u jkunu mmarkati b’mod li ma jitħassarx kif ġej: "Ristrett għal utenti professjonali." |

17.Il-karbonji taċ-ċomb:il-karbonat newtrali anidruPB CO3Nru tas-SAK 598-63-0it-trilead-bis (karbonat) - dihydroxide2 Pb CO3 Pb(OH)2Nru tas-SAK 1319-46-6 | Ma jistgħux jintużaw bħala sustanzi u kostitwenti tal-preparazzjonijiet maħsuba għall-użu bħala żebgħa, għajr għar-restorazzjoni u l-manutenzjoni tax-xogħlijiet ta’ l-arti u tal-bini storiku u l-interjuri tagħhom, meta l-Istati Membri jixtiequ jawtorizzaw dan fit-territorju tagħhom, skond id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni 13 ta’ l-ILO dwar l-użu taċ-ċomb abjad fiż-żebgħa. |

18.Is-solfati taċ-ċombPBSO4 (1: 1) Nru tas-SAK 7446-14-2 Pbx SO4 Nru tas-SAK 15739-80-7 | Ma jistgħux jintużaw bħala sustanzi u kostitwenti tal-preparazzjonijiet maħsuba għall-użu bħala żebgħa, għajr għar-restorazzjoni u l-manutenzjoni tax-xogħlijiet ta’ l-arti u tal-bini storiku u l-interjuri tagħhom, meta l-Istati Membri jixtiequ jawtorizzaw dan fit-territorju tagħhom, skond id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni 13 ta’ l-ILO dwar l-użu tas-solfati taċ-ċomb fiż-żebgħa. |

19.Il-komposti tal-merkurju | Ma jistgħux jintużaw bħala sustanzi u kostitwenti tal-preparazzjonijiet maħsuba għall użu: (a)sabiex jipprevjeni l-fouling minn mikro-organiżmi, pjanti jew annimali fuq:il-bwieq tad-dgħajjes,il-gaġeġ, is-sufruni, ix-xbiek u kull apparat jew tagħmir ieħor użat fit-trobbija tal-ħut jew tal-frott tal-baħar,kull apparat jew tagħmir imgħaddas totalment jew parzjalment fil-baħar;(b)fil-priservazzjoni ta’ l-injam:(ċ)fil-mili tat-tessuti indus.trijali heavy-duty u l-ħjut maħsuba għall-fabbrikazzjoni tagħhom;(d)fit-trattament ta’ ilmijiet industrijali, irrispettivament mill-użu tagħhom. |

20.Il-komposti ta’ l-arseniku | 1.Ma jistgħux jintużaw bħala sustanzi u kostitwenti tal-preparazzjonijiet maħsuba għall użu:(a)sabiex jipprevjienu l-fouling minn mikro-organiżmi, pjanti jew annimali fuq:il-bwieq tad-dgħajjes,il-gaġeġ, is-sufruni, ix-xbiek u kull apparat jew tagħmir ieħor użat fit-trobbija tal-ħut jew tal-frott tal-baħar,kull apparat jew tagħmir imgħaddas totalment jew parzjalment fil-baħar;(b)fil-priservazzjoni ta’ l-injam.F’dan il-każ, il-projbizzjoni ma tapplikax għas-soluzzjonijiet ta’ l-imħluħ inorganiċi tat-tip RKA (ram-kromju-arseniku) użati fl-istallazzjonijiet industrijali li jużaw il-vakwu jew il-pressa għall-mili ta’ l-injam.B’żieda ma’ dan, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw fit-territorju tagħhom l-użu ta’ preparazzjonijiet tat-tip DFA (dinitrofenol-fluworidu-arseniku) għat-trattament in situ ta’ l-arbli ta’ l-injam diġà fil-post u li jerfgħu cables fil-għoli. Dawn il-preparazzjonijiet iridu jiġu wżati minn persuni professjonali bl-użu tal-vakwu jew tal-pressa.2.Ma jistgħux jintużaw bħala sustanzi u kostitwenti tal-preparazzjonijiet maħsuba għall-użu fit-trattament ta’ ilmijiet industrijali, irrispettivament mill-użu tagħhom. |

21.Il-komposti organostanniċi | 1.Ma jistgħux jintużaw bħala sustanzi u kostitwenti tal-preparazzjonijiet maħsuba għall-użu sabiex jipprevjienu l-fouling minn mikro-organiżmi, pjanti jew annimali fuq:(a)il-bwieqi tad-dgħajjes ta’ tul globali, kif iddefinit bl-ISO 8666, ta’ inqas minn 25 metru;(b)il-gaġeġ, is-sufruni, ix-xbiek u kull apparat u tagħmir ieħor użat fit-trobbija tal-ħut jew tal-frott tal-baħar;(ċ)kull apparat jew tagħmir imgħaddas totalment jew parzjalment fil-baħar.Dawn is-sustanzi u preparazzjonijietjistgħu jitqiegħdu fis-suq biss f’imballaġġi li jesgħu 20 litru jew iktar,ma jistgħux jinbigħu lill-pubbliku ġenerali imma biss lill-utenti professjonali.Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra Komunitarji dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tas-sustanzi u l-preparazzjonijiet perikolużi, l-imballaġġ ta’ dawn il-preparazzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jinqraw u mmarkati b’mod li ma jitħassarx kif ġej:"Ma jistax jinuża fuq dgħajjes ta’ tul globali ta’ inqas minn 25 metru jew fuq apparat jew tagħmir użat fit-trobbija tal-ħut jew tal-frott tal-baħar.""Ristrett għal utenti professjonali."2.Ma jistgħux jintużaw bħala sustanzi u kostitwenti ta’ preparazzjonijiet maħsuba għall-użu fit-trattament ta’ ilmijiet industrijali, irrispettivament mill-użu tagħhom. |

22.Id - di-μ-osso-di-n-il-butilstannjoidrossiboran(C8H19BO3Sn, Nru tas-SAK 75113-37-0) (DBB) | Għandu jiġi pprojbit f’konċentrazzjonjiet ugwali għal, jew iktar minn, 0,1 % fis-sustanzi u fil-kostitwenti ta’ preparazzjonijiet imqiegħda fis-suq. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal din is-sustanza (DBB) jew għal preparazzjonijiet li jkun fihom lilha jekk dawn ikunu maħsuba biss sabiex jiġu kkonvertiti fi prodotti lesti, li fosthom din is-sustanza ma tibqax tidher iktar f’konċentrazzjoni ugwali għal jew iktar minn 0,1 %." |

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard minn 18-il xahar wara d-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn 18-il xahar wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva t-test tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Cresson

[1] ĠU C 43, tas-16.2.1988, p. 9.

[2] ĠU C 96, tas-17.4.1989, p.190 uĠU C 256, tad-9.10.1989, p. 70.

[3] ĠU C 175, ta’ l-4.7.1988, p.10 uĠU C 337, tal-31.12.1987, p. 7.

[4] ĠU 196, tas- 16.8.1967, p. 1.

[5] ĠU L 247, ta’ l-1.9.1986, p. 1.

[6] ĠU L 42, tat-12.2.1987, p. 43.

[7] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201.

[8] ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 1.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet