EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0518

Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Awwissu 1989 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta l-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali taċ-ċpar tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

OJ L 265, 12.9.1989, p. 24–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 13 Volume 019 P. 86 - 92
Special edition in Swedish: Chapter 13 Volume 019 P. 86 - 92
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 010 P. 49 - 54
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 010 P. 49 - 54
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 010 P. 49 - 54
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 010 P. 49 - 54
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 010 P. 49 - 54
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 010 P. 49 - 54
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 010 P. 49 - 54
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 010 P. 49 - 54
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 010 P. 49 - 54

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/518/oj

31989L0518



Official Journal L 265 , 12/09/1989 P. 0024 - 0029
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0086
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0086


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

ta’ l-1 ta’ Awwissu 1989

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta l-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali taċ-ċpar tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(89/518/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 87/403/KEE [2], u partikolarment Artikolu 11 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali taċ-ċpar ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 87/354/KEE [4], u partikolarment Artikolu 10 tagħha,

Billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza u minħabba l-istat l-aktar avvanzat kurrenti, huwa issa possibbli li tiġi ssimplifikata l-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal dawn il-fanali, fejn dawn huma raggruppati flimkien, kombinati ma’ jew reċiprokament inkorporati ma’ fanali oħra;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta’ Ostakli Tekniċi tal-Kummerċ fis-Settur tal-Vetturi bil-Mutur

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Annessi 0 u II tad-Direttiva 77/538/KEE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva

Artikolu 2

B’effett mill-1 ta Jannar, l-ebda Stat Membru ma’ jista’:

(a) - jirrifjuta, fir-rigward ta’ tip ta vettura, li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokument imsemmi fit-tielet inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta vetturi, għal raġunijiet li jirrigwardaw fanali taċ-ċpar ta’ wara jekk dawn ta l-aħħar huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(b) - jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ komponent rigward l-imsemmija fanali taċ-ċpar ta’ wara jekk dawn jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jew

- jipprojbixxi it-tqegħid fis-suq ta’ fanali taċ-ċpar ta’ wara jekk dawn ta l-aħħar għandhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent maħruġa skond id-dispożizzjonijiet ta din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1989. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Id-dispożizzjonijiet adottati skond l-ewwel subparagrafu għandhom jagħmlu referenza espressa għal din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-1 ta’ Awwissu 1989.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Viċi-President

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 220, tat-8.8.1987, p. 44.

[3] ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 60.

[4] ĠU L 192, tal-11.7.1987, p. 43

--------------------------------------------------

ANNESS

Anness 0 huwa emendat kif ġej:

Punti 1 sa 1.4 huma sostitwiti bil-punti 1 u 1.1 li ġejjin:

"1. DEFINIZZJONIJIET

1.1 Id-definizzjonijiet imniżżla fid-Direttiva 76/756/KEE ta’:

- fanal taċ-ċpar ta’ wara,

- fanal

- sors ta’ dawl rigward lampi tal-filament,

- fanali indipendenti,

- fanali raggruppati,

- fanali kombinati,

- fanali inkorporati reċiprokament,

- mezz,

- wiċċ li jdawwal ta’ fanal ta’ sinjalazzjoni li mhix riflettur reflex,

- wiċċ apparenti

- wiċċ li jarmi d-dawl,

- assi ta’ referenza,

- ċentru ta’ referenza,

- fanal wieħed

għandhom japplikaw għal din id-Direttiva."

Punti 1.5 sa 1.5.4 huma rinumerati 1.2 sa 1.2.4.

Punt 3.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.4 Il-wiċċ illuminanti tal-fanal ma’ għandux jeċċedi l-140 ċm."

Punt 6, "2854 K" huwa sostitwit bi "2856 K".

Fil-verżjoni Ġermaniża l-abbrevjazzjoni għall-Kummissjoni Internazzjonali Dwar l-Illuminazzjoni għandha taqra: "CIE".

Anness II huwa emendat kif ġej:

Punt 1.2.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.2.2. tpinġijiet (tliet kopji) f’dettall suffiċjenti li jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip u li juru, ġeometrikament, il-pożizzjoni li fiha l-apparat għandu jiġi armat fuq il-vettura, l-assi ta’ osservazzjoni li għandu jittieħed bħala l-assi ta’ referenza fit-testijiet (anglu orizzontali H = 0°, anglu vertikali V = 0°), il-punt li għandu jittieħed bħala ċ-ċentru ta referenza fit-testijiet imsemmija, it-tanġenti orizzontali u vertikali tal-wiċċ illuminanti u d-distanza tagħhom miċ-ċentru ta referenza tal-fanal."

Fil-punt 3.3 "marka" għandha tinbidel bi "numru".

Punt 4.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4.2 Din il-marka għandha tikkonsisti f’rettanglu li jdawwar l-ittra "e" segwit min-numru ta’ distinzjoni jew ittri ta’ l-Istat Membru li jkun ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

1 għall-Ġermanja

2 għal Franza

3 għall-Italja

4 għall-Olanda

6 għall-Belgju

9 għal Spanja

11 għar-Renju Unit

13 għal-Lussemburgu

18 għad-Danimarka

21 għall-Portugall

EL għall-Greċja,

IRL għall-Irlanda

Għandha tinkludi wkoll in-numru ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li jikkorrispondi man-numru taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent maħruġ għat-tip ta’ fanal taċ-ċpar ta wara fil-kwistjoni (ara Anness I), preċedut minn żewġ figuri li jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lill-iktar emenda teknika maġġuri riċenti tad-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE, fid-data meta meta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent ingħatat. Għad-Direttiva preżenti, in-numru huwa "00"."

Punt 4.6, jaqra:

"4.6 Eżempji tal-marka ta’ ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u s-simbolu addizzjonali huma murija f’Appendiċi 1.

In-numri ta approvazzjoni tat-tip ta’ komponent skond l-appendiċi 1 tad-Direttiva 77/538/KEE, fil-forma inizzjali tagħhom jiġifieri mingħajr in-numru ta’ sekwenza "00", jistgħu madankollu jinżammu basta li l-ħtiġijiet tekniċi rigward il-fanali taċ-ċpar ta’ wara ma jiġux modifikati."

Punt 4.7, jaqra:

"4.7 Fejn jinħareġ numru wieħed ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, bħal fi 3.3, għal tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludu fanal taċ-ċpar ta’ wara li huwa raggruppat, kumbinat jew reċiprokament inkorporat ma’ fanali oħra, marka waħda biss ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent tista’ tiwaħħal, li tikkonsisti fi:

- rettanglu li jdawwar l-ittra "e" segwit min-numru ta’ distinzjoni jew ittri ta’ l-Istat Membru li ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

- in-numru ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u, fejn neċessarju, il-vleġġa xierqa."

Wara punt 4.7, l-punti ġodda li ġejjin għandhom jiżdiedu:

"4.7.1 Din il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent tista’ titpoġġa kullimkien fuq fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati, basta li:

4.7.1.1 hija viżibbli meta l-fanali ġew stallati;

4.7.1.2 l-ebda komponent li jittrasmetti dawl ta’ fanalil raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati ma’ jista’ jitneħħa mingħajr ma titneħħa fl-istess ħin il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent.

4.7.2 Is-simbolu ta’ identifikazzjoni għal kull fanal jikkorrispondi ma’ kull Direttiva li b’konformità magħha approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent kienet mogħtija, flimkien maż-żewġ figuri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza msemmi fil-punt 4.2, inċiż finali, hawn fuq u, fejn neċessarju, l-ittra addizzjonali ‘D’ għandha tkun indikata,

4.7.2.1 jew fuq il-wiċċ xieraq li jarmi d-dawl;

4.7.2.2 jew fi grupp, hekk li kull wieħed mill-fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar."

Punt 4.9 huwa sostitwit b’dan li ġej.

"4.9 Eżempji ta’ marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal fanal raggruppat, kombinat jew reċiprokament inkorporat ma’ fanali oħra huma murija f’Appendiċi 2."

Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej.

Fit-titolu, il-kelma "Eżempju" hija sostitwita bil-kelma "Eżempji".

Fuq l-eżempju ta’ marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, għandhom jiddaħħlu l-kliem "Figura 1".

Wara l-Figura 1, il-Figura 2 li ġejja għandha tiżdied:

+++++ TIFF +++++

The device bearing the EEC component type-approval mark shown above is a device comprising a rear position (side) lamp and a rear for lamp, EEC type approved in Belgium (e 6) under the number 00390.

The arrow indicates the side on which the photometric measurements on the rear position (side) lamp are satisfied up to an angle of 80°H."

Appendiċi 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"

Appendiċi 2

EŻEMPJI TA’ MARKI SIMPLIFIKATI GĦAL FANALI RAGGRUPPATI, KOMBINATI JEW REĊIPROKAMENT INKORPORATI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Nota:

Fl-eżempji ta hawn fuq il-linji vertikali u orizzontali juru l-forma ġenerali ta’ unità ta’ fanal u ma jiffurmawx parti mill-marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent.

It-tliet eżempji ta marki ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent murija hawn fuq, msejħa A,B u Ċ, jirrappreżentaw tliet alternattivi possibbli għall-immarkar ta’ mezz ta’ dawl fejn żewġ fanali jew iktar jiffurmaw parti mill-istess sett ta’ fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati. Huma juru li l-mezz fil-kwistjoni kien ingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE fl-Olanda (e 4) taħt in-numru 3333 u jikkonsisti fi:

- riflettur reflex tal-klassi IA, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond id-Direttiva 76/757/KEE;

- indikatur tad-direzzjoni ta’ wara tal-kategorija 2a, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond id-Direttiva 76/757/KEE;

- fanal tal-pożizzjoni ta’ wara aħmar (mal-ġenb) (R), li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond id-Direttiva 76/758/KEE;

- fanal taċ-ċpar ta’wara (F) li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond din id-Direttiva;

- fanal tar-reverse(AR), li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond id-Direttiva 77/539/KEE;

- fanal ta’ waqfien (SI), li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond id-Direttiva 76/758/KEE;

"

--------------------------------------------------

Top