Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 1989 li tistabilixxi il-Kumitat Forestrarju Permanenti
ĠU L 165, 15.6.1989, p. 14–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 03 Volume 29 P. 163 - 164
Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 03 Volume 29 P. 163 - 164
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 03 Volume 09 P. 85 - 86
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 03 Volume 09 P. 85 - 86
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 03 Volume 09 P. 85 - 86
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 03 Volume 09 P. 85 - 86
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 03 Volume 09 P. 85 - 86
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 03 Volume 09 P. 85 - 86
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 03 Volume 09 P. 85 - 86
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 03 Volume 09 P. 85 - 86
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 03 Volume 09 P. 85 - 86
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 03 Volume 07 P. 94 - 95
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 03 Volume 07 P. 94 - 95
DA DE EL EN ES FR IT NL PT
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | ||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill
tad-29 ta’ Mejju 1989
li tistabilixxi il-Kumitat Forestrarju Permanenti
(89/367/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43, 130s u 235 dwar dan,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],
Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],
Billi sforzi tal-Komunità sabiex tnaqqas il-ħruġ ta’ prodotti agrikoli li huma żejda għandhom ikunu akkumpanjati b’miżuri effettivi sabiex jitjiebu strutturi agrikoli;
Billi f’dan il-kuntest is-settur forestjarju irid jagħti kontribut ta’ importanza akbar kemm għal ħolqien ta’ sorsi alternattivi ta’ dħul fl-agrikoltura u tal-iżvillup ta’ ekosistemi forestali li jiffavorixxu l-agrikoltura;
Billi r-riżorsi ta’ msaġar fil-Komunità huma soġġetti għal numru ta’ theddid li qed jirriskjaw li jipperikolaw li jintlaħqu l-funzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali;
Billi, madankollu, id-diversi politiki tal-Komunità jaffetwaw s-settur forestjarju u l-rwol tiegħu fil-kuntest ta’ struttura agrikola u politika għal iżvillup rurali;
Billi kooperazzjoni fil-qrib u kostanti bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni inkluż b’mod partikolari kull bdil ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri fuq sitwazzjonijiet forestjarju u żvillup u l-politiki varji tal-Komunità li jaffetwaw is-settur forestjarju huwa strument xieraq għaż-żamma ta’ l-effettività ta’ miżuri forestjarji meħuda fil-kuntest tal-istruttura agrikola u politika tal-iżvillup rurali;
Billi l-aktar triq effettivà li tintlaħaq tali kooperazzjoni huwa li jitwaqqaf Kumitat Permanenti magħmul minn rappreżentanti ta’ kull wieħed mill-Istati Membri u presedut minn kull rappreżentant tal-Kummissjoni.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
L- Artikolu 1
Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni aktar mill-qrib u aktar kostanti fis-settur forestjarju bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u b’hekk jappoġġjaw miżuri ta’ forestrija mibdija taħt l-istruttura agrikola tal-Kummissjoni u politika tal-iżvillup rurali, Kumitat Forestrarju Permanenti, minn hawn il-quddiem imsejjaħ bħala ‘il-kumitat’ huwa b’dan hawnhekk stabbilit.
L- Artikolu 2
1. Fit-teħid tal-konsiderazzjoni tal-politika u miżuri u programmi fuq forestrija tal-Istati Membri relatati ma’ dan, tar-rwol fis-settur tal-forestrija fil-kuntest ta’ struttura agrikola u politika tal-iżvillup rurali u ta’ konnessjonijiet bejn is-settur tal-forestrija u d-diversi tipi ta’ politika tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom iżommu lil kull wieħed minnhom infurmati, fi ħdan il-Komunità, tas-sitwazzjoni u żvillupi fis-settur tal-forestrija u politiki rilevanti.
2. Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta l-kumitat fuq kull kwistjoni jew aspett rigward is-settur tal-forestrija mill-varji tipi ta’ politiki tal-Komunità kemm fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ kull Stat Membru.
3. Il-Kunsill, li jaġixxi fuq kull proposta mill-Kummissjoni jista’ jagħti xogħol ieħor lill-kumitat fir-rigward ta’ miżuri tal-Komunità li jaffetwaw is-settur tal-forestrija.
L- Artikolu 3
Il-kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentatanti tal-Istati Membri. Għandu jkun presedut minn kull rappreżentant tal-Kummissjoni.
Is-segretarjat tal-kumitat għandu jkun provdut mill-Kummissjoni.
Il-kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.
L- Artikolu 4
Tali Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Mejju 1989.
Għall-Kunsill
Il-President
C. Romero Herrera
[1] ĠU C 312, tas-7.12.1988, p. 11.
[2] Opinjoni mgħoddija fis-26 ta’ Mejju 1989 (għada mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
[3] ĠU C 139, tal-5.6.1989, p. 15.
--------------------------------------------------
| Fuq |