Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 1988 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 80/720/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-posizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija
ĠU L 200, 26.7.1988, p. 34–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 13 Volume 17 P. 108 - 110
Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 13 Volume 17 P. 108 - 110
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 009 P. 260 - 262
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 009 P. 260 - 262
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 009 P. 260 - 262
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 009 P. 260 - 262
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 009 P. 260 - 262
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 009 P. 260 - 262
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 009 P. 260 - 262
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 009 P. 260 - 262
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 009 P. 260 - 262
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 08 P. 251 - 253
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 08 P. 251 - 253
HR.ES Chapter 13 Volume 015 P. 20 - 22
DA DE EL EN ES FR IT NL PT
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni
tat-22 ta’ Ġunju 1988
li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 80/720/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-posizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija
(88/414/KEE)
IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/297/KEE [2] u partikolarment Artikolu 11 tagħha,
Billi, in vista ta’ l-esperjenza miksuba, huwa issa possibbli li ċerti disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 80/720/KEE [3], kif emendata bid-Direttiva 82/890/KEE [4] jsiru aktar preċiżi u kompleti;
Billi, l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għal Progress Tekniku tad-direttivi li għandhom bħala għan li jitneħħew il-barrieri għall-kummerċ fis-settur tat-tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija,
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Anness I tad-Direttiva 80/720/KEE huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. Mill-1 ta’ Ottubru 1988 l-ebda Stat Membru ma jista’:
- jiċħad, li fir-rigward ta’ tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE, li joħroġ id-dokument li hemm referenza dwaru f’Artikolu 10 (1), l-aħħar inċiż tad-Direttiva 74/150/KEE, jew jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; jew
- jibrojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ tip ta’ trattur jew tratturi, li l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan, il-bibien u t-twieqi tagħhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.
2. Mill-1 ta’ Ottubru 1989, l-Istati Membri:
- m’għandhomx joħorġu d-dokument li hemm referenza dwaru f’Artikolu 10 (1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ trattur, li l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan, il-bibien u t-twieqi tiegħu li ma jkunux konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva;
- jista’ jirrifjuta li joħroġ approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta' tip ta' trattur, li l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan, il-bibien u t-twieqi tiegħu li ma jkunux konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 1988. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, it-22 ta’ Ġunju 1988.
Għall-Kummissjoni
Cockfield
Viċi-President
[1] ĠU Nru L 84, 28. 3. 1974, p. 10.
[2] ĠU Nru L 126, 20. 5. 1988, p. 52.
[3] ĠU Nru L 194, 28. 7. 1980, p. 1.
[4] ĠU Nru L 378, 31. 12. 1982, p. 45.
--------------------------------------------------
ANNESS
Anness I tad-Direttiva 80/720/KEE huwa emendat kif ġej:
- Fil-punt 1.4, l-ewwel linja,"bl-eċċezzjoni ta’ dawk intiżi biss għad-dħul u l-ħruġ"hija miżjuda wara "pożizzjonijiet tal-kolonna tal-isteering u r-rota tal-isteering".
- Fil-punt 1.7, l-ewwel linja,
"riġidu"hija miżjuda qabel "punt fuq is-saqaf".Is-sentenza li ġejja hija miżjuda:"L-ikkuxxinar jista’ jestendi ‘l isfel sa 1000 mm ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-seat".
- Il-punt 1.8 ġdid li ġej għandu jiżdied wara l-punt 1.7:
"1.8. Ir-raġġ tal-kurvatura tas-superfiċje bejn il-panew ta’ wara tal-kabina u s-saqaf tal-kabina jista’ jestendi sa massimu ta’ 150 mm."
- Fil-punt III.3"jekk ikun hemm"hija miżjuda wara "Ventilazzjoni (twieqi)".
- Fil-punt III.5, it-tielet paragrafu, l-aħħar linja,"jew biex iċċaqlaqhom"hija miżjuda wara "biex tiftaħhom".
- Il-figuri 1, 2 u 3 huma mibdula bil-figuri 1, 2 u 3 li ġejjin:
+++++ TIFF +++++
+++++ TIFF +++++
--------------------------------------------------
| Fuq |