31988L0413


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 1988 li taddatta għad-Direttiva tal-Kunsill 79/622/KEE tal-progress tekniku dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (testjar statiku)

 ĠU L 200, 26.7.1988, p. 32–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
 Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 13 Volume 17 P. 106 - 107
 Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 13 Volume 17 P. 106 - 107
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 009 P. 258 - 259
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 009 P. 258 - 259
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 009 P. 258 - 259
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 009 P. 258 - 259
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 009 P. 258 - 259
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 009 P. 258 - 259
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 009 P. 258 - 259
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 009 P. 258 - 259
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 009 P. 258 - 259
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 08 P. 249 - 250
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 08 P. 249 - 250

 DA  DE  EL  EN  ES  FR  IT  NL  PT

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tat-22 ta’ Ġunju 1988

li taddatta għad-Direttiva tal-Kunsill 79/622/KEE tal-progress tekniku dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (testjar statiku)

(88/413/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 88/297/KEE [2], u b’mod partikolari Artikoli 11 tagħha,

Billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, issa huwa possibbli li jsiru ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 79/622/KEE [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 87/354/KEE [4], iktar preċiżi u kompleti;

Billi l-miżuri li hemm ipprovdut għalihom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Addattament tad-Direttivi tal-Progress Tekniku bl-iskop tat-tneħħija ta’ xkiel tekniku fis-suq tas-settur tat-trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Anessi III u IV għad-Direttiva 79/622/KEE huma hawnhekk emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta’ Ottubru 1988 l-ebda Stat Membru ma jista’:

- jirrifjuta, fir-rigward tat-tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni ta’ tip KEE, li joħroġ id-dokument imsemmi f’Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; jew

- jippjojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ tratturi;

jekk l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib fuq dawn it-tip ta’ tratturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

2. Mill-1 ta’ Ottubru 1989 l-Istati Membri:

- ma għandhomx joħorġu d-dokument imsemmi f’Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż tad-Direttiva 74/150/KEE fir-rigward tat-tip ta’ trattur li l-istrument ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma jħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ trattur li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 1988. Dawn għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Ġunju 1988.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

[2] ĠU L 126, ta’ l-20.5.1988, p. 52.

[3] ĠU L 179, tas-17.7.1979, p. 1.

[4] ĠU L 192, tal-11.7.1987, p. 43.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-kliem tal-punti 1.4 u 1.4.1 ta’ Anness III tad-Direttiva 79/622/KEE huma mibdula b’dawn li ġejjin:

"1.4. Test ta’ tagħbija żejda (ara Figuri 4a, 4b u 4ċ f’Anness IV)

1.4.1. It-test ta’ tagħbija żejda għandu jitwettaq jekk il-forza tonqos b’aktar mit-3 % waqt l-aħħar 5 % tad-deflessjoni miksuba, fejn l-enerġija meħtieġa tinxtorob mill-istruttura (ara Figura 4b)".

Il-kliem tan-nota f’qiegħ il-paġna 1.2 għall-Figura 4ċ ta’ Anness IV tad-Direttiva 79/622/KEE huma mibdula b’dawn li ġejjin: "jekk bF huwa inqas minn 0,97 F’, it-test tat-tagħbija żejda għandu jitwettaq".

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet