31988L0412


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 1988 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/152/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-veloċità massima skond id-disinn ta’ u l-pjattaformi tat-tagħbija għat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

 ĠU L 200, 26.7.1988, p. 31–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
 Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 13 Volume 17 P. 105 - 105
 Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 13 Volume 17 P. 105 - 105
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 009 P. 257 - 257
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 009 P. 257 - 257
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 009 P. 257 - 257
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 009 P. 257 - 257
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 009 P. 257 - 257
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 009 P. 257 - 257
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 009 P. 257 - 257
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 009 P. 257 - 257
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 009 P. 257 - 257
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 08 P. 248 - 248
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 08 P. 248 - 248

 DA  DE  EL  EN  ES  FR  IT  NL  PT

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tat-22 ta’ Ġunju 1988

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/152/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-veloċità massima skond id-disinn ta’ u l-pjattaformi tat-tagħbija għat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(88/412/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija [1], kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 88/297/KEE [2], u b’mod partikolari Artikolu 11 li tagħha,

Billi, minħabba l-esperjenza miksuba, u wara li jkun ikkunsidrat l-iktar teknoloġija avvanzata, issa hu possibli li ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 74/152/KEE [3], kif emendata bid-Direttiva 82/890/KEE [4], isiru aktar preċiżi u kompleti;

Billi l-miżuri li hemm provduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-Addattament għall-Progress Tekniku tad-direttivi li huma mmirati għat-tneħħija tal-barrieri tekniċi tal-kummerċ fis-settur tal-tratturi ta’ l-agrikoltura jew il-forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Direttiva 74/152/KEE il-punt 1.3 jinbidel hawnhekk b’dan li ġej:

"1.3. Matul it-test it-trattur jintrama’ b’roti ġodda pnewmatiċi li għandhom l-ikbar raġġ ta’ tidwir maħsub mill-manufattur għat-trattur"

.

Artikolu 2

1. Mill-1 t’Ottubru 1988 l-ebda Stat Membru ma jista’:

- jirrifjuta, rigward tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokument imsemmi f’Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz tat-tratturi;

jekk il-veloċità massima skond id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija ta’ dan it-tip ta’ trattur jew tratturi huwa konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2. Mill-1 ta’ Ottubru 1989 l-Istati Membri:

- ma jistgħux joħorġu aktar id-dokument imsemmi f’Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE għal xi tip ta’ trattur li l-veloċità massima skond id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija tiegħu mhumiex skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward xi tip ta’ trattur li l-veloċità massima skond id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija tiegħu mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jaderixxu ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 1988. Huma għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Ġunju 1988.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

[2] ĠU L 126, ta’ l-20.5.1988, p. 52.

[3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 33.

[4] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 45.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet