31988L0411


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-21 Ġunju 1988 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ l-apparat ta’ l-istering ta’ tratturi bir-roti ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija

 ĠU L 200, 26.7.1988, p. 30–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
 Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 13 Volume 17 P. 104 - 104
 Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 13 Volume 17 P. 104 - 104
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 009 P. 256 - 256
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 009 P. 256 - 256
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 009 P. 256 - 256
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 009 P. 256 - 256
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 009 P. 256 - 256
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 009 P. 256 - 256
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 009 P. 256 - 256
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 009 P. 256 - 256
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 009 P. 256 - 256
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 08 P. 247 - 247
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 08 P. 247 - 247

 DA  DE  EL  EN  ES  FR  IT  NL  PT

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tal-21 Ġunju 1988

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ l-apparat ta’ l-istering ta’ tratturi bir-roti ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija

(88/411/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/297/KEE [2], u b’mod partikolari Artikolu 11 ta’ l-istess,

Billi, minħabba l-esperjenza miksuba u waqt li jittieħed kont ta’ l-istat kurrenti l-aktar aġġornat, issa huwa possibbli li ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE [3], kif emendata bid-Direttiva 82/890/KEE [4], isiru aktar preċiżi u kompluti;

Billi l-miżuri li hemm ipprovdut dwarhom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttiva mmirat għat-tneħħija ta’ barrieri tekniċi għall-kummerċ fis-settur tat-tratturi għall-użu fl-agrikoltura jew fil-foresti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Anness tad-Direttiva 75/321/KEE qiegħed b’dan jiġi emendat kif ġej:

- Fil-punt 2.2.1.2 wara ‘Fil-każ ta’ l-apparat ta’ l-istering assistit’, qed tiġi miżjuda ‘li ma jkunx ikkonnettjat ma’ apparat ieħor’.

- Is-sentenza ta’ qabel ta’ l-aħħar ta’ l-ewwel paragrafu tal-punt 2.2.4.1.1, i.e. ‘Is-sistemi ta’ l-istering u tal-brejkijiet m’għandhomx ikollhom sors komuni ta’ l-enerġija’, qegħda tiġi sostitwita bis-segwenti:

"Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/432/KEE dwar il-brejkijiet, jekk ikun hemm konnessjoni idrawlika bejn l-apparat idrawliku ta’ l-istering u l-apparat idrawliku tal-brejkijiet, u jekk it-tnejn ikunu qed jieħdu mill-istess sors ta’ enerġija, il-forza meħtieġa sabiex tattiva l-apparat ta’ l-istering m’għandhiex teċċedi l-40 daN jekk xi waħda mis-sistemi jkollha l-ħsara".

Artikolu 2

1. Mill-1 Ottubru 1988 ebda Stat Membru ma jista’:

- jirrifjuta, fir-rigward ta’ tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokument li ssir riferenza għalih f’Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE, jew jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ tratturi;

jekk l-apparat ta’ l-istering ta’ dan it-tip ta’ trattur jew tratturi ikun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2. Mill-1 Ottubru 1989 l-Istati Membri:

- ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument li ssir riferenza għalih f’Artikolu10 (1), l-aħħar inċiż tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta’ trattur li l-apparat ta’ l-istering tiegħu ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur, li l-apparat ta’ l-istering tiegħu ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 Settembru 1988. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, il-21 Ġunju 1988.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

[2] ĠU L 126, ta’ l-20.5.1988, p. 52.

[3] ĠU L 147, tad-9.6.1975, p. 24.

[4] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 45.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet