Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ġunju 1988 li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/151/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbutin ma’ ċerti partijiet jew karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija
ĠU L 200, 26.7.1988, p. 27–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 13 Volume 17 P. 101 - 103
Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 13 Volume 17 P. 101 - 103
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 009 P. 253 - 255
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 009 P. 253 - 255
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 009 P. 253 - 255
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 009 P. 253 - 255
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 009 P. 253 - 255
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 009 P. 253 - 255
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 009 P. 253 - 255
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 009 P. 253 - 255
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 009 P. 253 - 255
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 08 P. 244 - 246
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 08 P. 244 - 246
DA DE EL EN ES FR IT NL PT
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni
tal-21 ta’ Ġunju 1988
li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/151/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbutin ma’ ċerti partijiet jew karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija
(88/410/KEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/297/KEE [2], u partikularment Artikolu 11 tagħha,
Billi in vista ta’ l-esperjenza miksuba, issa huwa possibbli li jsiru ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 74/151/KEE [3], kif emendata bid-Direttiva 82/890/KEE [4], aktar preċiżi u kompluti;
Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattazzjoni għal Progress Tekniku tad-Direttivi intiżi biex ineħħu l-barrieri tekniki għal kummerċ fis-settur tat-tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija,
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Annessi III, IV u V tad-Direttiva 74/151/KEE huma b’hekk emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. Mill-1 ta’ Ottubru 1988, l-ebda Stat Membru ma jista’:
- jirrifjuta rigward xi tip ta’ trattur, li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokument li hemm referenza dwaru fl-aħħar inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew
- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ tratturi;
jekk it-tankijiet tal-karburanti likwidi, il-piż tas-saborra u l-livell ta’ ħoss permissibbli ta’ dak it-tip ta’ trattur ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
2. Minn l-1 ta’ Ottubru 1989, l-Istati Membri:
- ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument li hemm referenza dwaru f’Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta’ trattur li t-tankijiet tal-karburanti likwidi tiegħu, il-piż tas-saborra u l-livelli ta’ ħoss permissibbli ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,
- jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward tip ta’ tratturi li t-tankijiet tal-karburanti, il-piżijiet tas-saborra u l-livelli ta’ ħoss permissibbli ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 1988. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Ġunju 1988.
Għall-Kummissjoni
Cockfield
Viċi-President
[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.
[2] ĠU L 126, ta’ l-20.5.1988, p. 52.
[3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 25.
[4] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 45.
--------------------------------------------------
ANNESS
Anness III għad-Direttiva 74/151/KEE huwa emendat kif ġej:
Fil-punt 1 "1,3 bar" hija mibdula bil- "0,3 bar"
Anness IV għad-Direttiva 74/151/KEE huwa emendat kif ġej:
Fit-tielet linja "tkun metallika", u anke il-virgola quddiem dawn il-kliem, huma mħassra.
Anness VI għad-Direttiva 74/151/KEE huwa emendat kif ġej:
— Il-Figuri 1 u 2 jinbidlu bil-Figuri 1 u 2 segwenti:
+++++ TIFF +++++
+++++ TIFF +++++
Figura 1Figura 2
— Il-punt 1.4.2 huwa emendat kif ġej:
"1.4.2 Il-kejl tal-ħoss tat-trattur wieqaf (mhux għal approvazzjoni tat-tip, imma għandu jkun irrekordjat)".
--------------------------------------------------
| Fuq |