31988L0297


Titolu u referenza

Id-Direttiva Tal-Kunsill tat-3 ta’ Mejju 1988 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

 ĠU L 126, 20.5.1988, p. 52–52 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
 Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 13 Volume 17 P. 62 - 62
 Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 13 Volume 17 P. 62 - 62
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 009 P. 89 - 89
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 009 P. 89 - 89
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 009 P. 89 - 89
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 009 P. 89 - 89
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 009 P. 89 - 89
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 009 P. 89 - 89
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 009 P. 89 - 89
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 009 P. 89 - 89
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 009 P. 89 - 89

 DA  DE  EL  EN  ES  FR  IT  NL  PT

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
  pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT SK SL SV

Id-Direttiva Tal-Kunsill

tat-3 ta’ Mejju 1988

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(88/297/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100A tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi huwa importanti li jiġu adottati miżuri bil-għan li jiġi stabbilit progressivament is-suq intern matul perjodu li jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern għandu jkun fih żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital jiġi żgurat;

Billi l-Anness mad-Direttiva 74/150/KEE [4], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 82/890/KEE [5], fih lista tal-partijiet jew il-karatteristiċi bl-indikazzjoni "SD", li tfisser li Direttivi tal-Komunità kienu jew għandhom jiġu adottati għal dawk il-partijiet jew il-karatteristiċi; billi sar żejjed li jiġu adottati r-regoli Komunitarji għal xi wħud minn dawk il-partijiet jew il-karatteristiċi billi issa dawn qed jintużaw anqas u anqas ta’ spiss fil-manifattura tat-tratturi jew inbidlu b’apparati oħra li issa saru obbligatorji;

Billi, fost ir-regoli tal-Komunità li jiggwidaw l-għoti ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE dwar it-tratturi, dawk li jikkonċernaw il-partijiet jew il-karatteristiċi in kwistjoni jistgħu jinbidlu bl-ispeċifika li dawn jikkonformaw mal-partikolaritajiet u t-tagħrif provdut mill-manifattur,

ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Fl-Anness II għad-Direttiva 74/150/KEE l-abbrevjazzjoni "SD" li tidher ħdejn l-artikoli 7.3.4, 7.5 u 7.6.3 qed tinbidel bl-abbrevjazzjoni "CONF".

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1988. Dawn għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni bihom.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Mejju 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Bangemann

[1] ĠU C 88, tat-3.4.1987, p. 10.

[2] ĠU C 156, tal-15.6.1987, p. 190, u ĠU C 94, tal-11.4.1988, p. 66.

[3] ĠU C 180, tat-8.7.1987, p. 15.

[4] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

[5] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 45.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet