Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi proċedura ta' kommunikazzjoni u konsultazzjoni minn qabel fuq il-politiki ta' l-emigrazzjoni fir-rigward tal-pajjiżi li mhumiex membri
ĠU L 183, 14.7.1988, p. 35–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 05 Volume 4 P. 133 - 134
Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 05 Volume 4 P. 133 - 134
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 05 Volume 01 P. 335 - 336
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 05 Volume 01 P. 335 - 336
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 05 Volume 01 P. 335 - 336
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 05 Volume 01 P. 335 - 336
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 05 Volume 01 P. 335 - 336
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 05 Volume 01 P. 335 - 336
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 05 Volume 01 P. 335 - 336
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 05 Volume 01 P. 335 - 336
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 05 Volume 01 P. 335 - 336
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 05 Volume 02 P. 74 - 75
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 05 Volume 02 P. 74 - 75
DA DE EL EN ES FR IT NL PT
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | ||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-8 ta' Ġunju 1988
li tistabbilixxi proċedura ta' kommunikazzjoni u konsultazzjoni minn qabel fuq il-politiki ta' l-emigrazzjoni fir-rigward tal-pajjiżi li mhumiex membri (88/384/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 118 tiegħu,
Billi l-popolazzjonijiet barranin fil-Komunità u l-bidliet li seħħew fil-kompożizzjoni tagħhom huma fatturi demografiċi importanti, speċjalment minħabba n-natura permanenti tal-preżenza tagħhom, l-għaqda mill-ġdid tal-familji u l-fatt tar-rata għolja tat-twelid tagħhom;
Billi hemm problemi konnessi ma' l-integrazzjoni tagħhom fil-popolazzjoni tal-ħaddiema u fis-soċjetà u partikolarment, dawk li wieħed jiltaqa' magħhom fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u l-impjieg tat-tieni ġenerazzjoni;
Billi huwa importanti li jiġi żgurat li l-politiki ta' l-emigrazzjoni ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-pajjiżi li mhumiex membri jikkonsidraw kemm il-politiki komuni kif ukoll l-azzjonijiet meħuda fuq livell tal-Komunità, partikolarment fl-istruttura tal-politika tas-suq tax-xogħol tal-Komunità, b'mod illi ma jitpoġġewx fil-periklu r-riżultati; billi huwa meħtieġ li jiġi faċilitat il-bdil ta' informazzjoni u ħsibijiet f'dawn l-oqsma bl-iskop li jiġu adottati proposti komuni, u huwa għalhekk importanti li tiġi organizzata proċedura ta' konsultazzjoni li tiżgura l-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri kollha;
Billi, minbarra dan, il-Kunsill fir-resoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Frar 1976 [1] dwar il-programm ta' azzjoni favur il-ħaddiema emigranti u l-membri tal-familja tagħhom u fir-resoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ġunju 1980 [2] dwar l-orjentament tal-politika tas-suq tax-xogħol tal-Komunità, issottolineat l-importanza tal-konsultazzjoni xierqa fuq il-politiki ta' l-emigrazzjoni fir-rigward tal-pajjiżi li mhumiex membri, u billi l-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-Komunità għandu jkun favorit fl-istruttura tal-moviment liberu tal-forza tax-xogħol fi ħdan il-Komunità, partikolarment permezz ta' konsultazzjoni xierqa fuq dawn il-politiki, skond il-konklużjonijiet li l-Kunsill adotta fit-22 ta' Novembru 1979 fuq dan is-suġġett; billi r-resoluzzjoni tiegħu tas-16 Lulju 1985 [3] dwar il-linji ta' gwida għall-politika tal-Komunità dwar l-emigrazzjoni reġgħet aċċertat il-bżonn għal konsultazzjoni bħal din;
Billi, minbarra dan l-aħħar komunikat tal-konferenza tal-Kapijiet ta' l-Istat jew tal-Gvern tad-9 u l-10 ta' Diċembru 1974 f' Pariġi tirrakkomanda, f'punt 10, l-armonizzazzjoni pass pass tal-liġijiet li jirrigwardaw il-barranin; billi l-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta' Ġunju 1984 adotta konkluzjonijiet fuq il-politika soċjali; billi f' dikjarazzjoni annessa ma' l-Att Finali ta' l-Att Uniku Ewropew [4] il-konferenza intergovernattiva esprimiet ir-rieda ta' l-Istati Membri li jikkooperaw "mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Komunità, partikolarmant fir-rigward tad-dħul, il-moviment u r-residenza ta' persuni ta' nazzjonalità ta' terzi pajjiżi";
Billi fir-resoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 1983 [5] fir-rigward ta', fost l-oħrajn, l-unjoni tal-passaport u s-soppressjoni tal-kontrolli individwali mal-fruntieri tal-Komunità, il-Parlament Ewropew inkoraġġixxa lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex dawn jagħmlu proposti ulterjuri partikolarment bl-iskop ta' l-armonizzazzjoni tal-politiki tal-visa u l-liġijiet fir-rigward tal-barranin;
Billi r-rwol tal-Kummissjoni, minħabba is-setgħat mogħtija lilha mit-Trattat, huwa li tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-politika soċjali, partikolarment fl-oqsma differenti msemmija hawn fuq, u li torganizza l-konsultazzjonijiet xierqa għal dan il-għan;
Billi, għal dan il-għan, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 85/381/KEE [6] li tistabbilixxi l-proċedura ta' komunikazzjonijiet u konsultazzjoni minn qabel għall-politiki ta' l-emigrazzjoni fir-rigward tal-pajjiżi li mhumiex membri;
Billi fis-sentenza tagħha tad-9 ta' Lulju 1987 mogħtija fil-kazijiet konġunti 281, 283, 284, 285 u 287/85 (ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' Franza, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju Unit v il-Kummissjoni), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam soċjali, kif jipprovdi l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 118 tat-Trattat, testendi għall-politiki ta' l-emigrazzjoni fir-rigward tal-pajjiżi li mhumiex membri fis-sens li s-setgħa li tirranġa l-konsultazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni taħt it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 118 tawtorizzaha tadotta regoli li jorbtu;
Billi din id-Deċiżjoni tirriproduċi l-kontenut tad-Deċiżjoni 85/381/KEE bl-emendi ddettati mid-deċiżjoni hawn fuq imsemmija tad-9 ta' Lulju 1987,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
L-Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fi żmien xieraq, u mill-inqas mhux aktar tard mill-mument li fih dawn isiru pubbliċi, informazzjoni bil-quddiem ta':
- abbozzi ta' miżuri li huma għandhom il-ħsieb li jieħdu fir-rigward ta' ħaddiema ta' terzi pajjiżi u l-membri tal-familji tagħhom, fil-postijiet tad-dħul, tar-residenza u l-impjieg, inkluż id-dħul, ir-residenza u l-impjieg illegali, kif ukoll ir-realizzazzjoni tat-trattament ugwali fil-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, il-pagi u d-drittijiet ekonomiċi, il-promozzjoni ta' l-integrazzjoni fil-forza tax-xogħol u s-soċjetà, u r-ritorn volontarju ta' dawn il-persuni lejn il-pajjiżi ta' l-oriġini tagħhom,
- abbozzi ta' ftehim li jirrigwardaw il-materji hawn fuq imsemmija, kif ukoll abbozzi ta' ftehim ta' kooperazzjoni li huma għandhom il-ħsieb li jinnegozjaw jew jinnegozjaw mill-ġdid ma' terzi pajjiżi, meta dawn il-ftehim jinvolvu dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kwistjonijiet hawn fuq imsemmija,
- abbozzi ta' ftehim li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet ta' residenza u l-impjieg tal-persuni ta' nazzjonalità tagħhom u l-membri tal-famiji tagħhom, li huma għandhom il-ħsieb li jinnegozjaw jew jinnegozjaw mill-ġdid ma' dawk il-pajjiżi.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1, it-test tad-dispożizzjonijiet imniżżla bil-liġi, b'regolament jew b' azzjoni amministrattiva diġà fis-seħħ, u ukoll it-test ta' ftehim magħmula ma' terzi pajjiżi.
L-Artikolu 2
1. Jekk, fi żmien ġimagħtejn mid-data ta' l-irċevuta tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 1, Stat Membru jitlob hekk, jew il-Kummissjoni tiddeċiedi hekk fuq l-inizjattiva tagħha, il-Kummissjoni għandha tipproċedi bil-konsultazzjoni ma' l-Istati Membri fuq dawk id-dokumenti fi żmien sitt ġimgħat mill-irċevuta tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha tipproċedi b' din il-konsultazzjoni minnufih, jekk Stat Membru jitlobha tagħmel dan urġentement.
2. Il-Kummissjoni tista' f' kull ħin, fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, torganizza konsultazzjoni fuq l-abbozzi tad-dispożizzjonijiet u tal-ftehim imsemmija fl-Artikolu 1, ħlief fil-każ ta' mistoqsijiet li fuqhom il-konsultazzjoni tkun ġa saret u li fir-rigward tagħhom ma kien hemm l-ebda żvilupp ġdid.
L-Artikolu 3
Il-finijiet tal-proċedura tal-konsultazzjoni pprovduta fl-Artikolu 2(1) għandhom ikunu, fost l-oħrajn:
(a) li jkun iffaċilitat l-iskambju reċiproku ta' l-informazzjoni u l-identifikazzjoni ta' problemi ta' interess komuni u, fir-rigward ta' dawk il-problemi, li tkun iffaċilitata l-adozzjoni ta' politika komuni mill-Istati Membri partikolarment fir-rigward ta' strumenti internazzjonali dwar l-emigrazzjoni;
(b) li tiġi eżaminata l-possibbiltà ta' miżuri, li jistgħu jittieħdu mill-Komunità jew mill-Istati Membri fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, bil-għan li jinkiseb progress fl-armonizzazzjoni ta' liġijiet nazzjonali fuq il-barranin, li jippromwovu l-inkluzjoni ta' numru massimu ta' disposizzjonijiet komuni fil-ftehim bilaterali, u li jtejbu l-protezzjoni tal-persuni ta' nazzjonalità tal-Komunità li jaħdmu u jgħixu f' terzi pajjiżi.
L-Artikolu 4
1. Il-konsultazzjoni għandha tiġi organizzata mill-Kummissjoni. Il-laqgħat għandhom jiġu mmexxija mill-Kummissjoni, li għandha tipprovdi wkoll is-Segretarjat.
2. Il-proċedura ta' konsultazzjoni mwaqqfa minn din id-Deċiżjoni m'għandhiex taffetwa r-responsabilitajiet ta' kumitati diġà eżistenti, partikolarment dawk tal-Kumitat tal-Konsultazzjoni u t-Teknika, kif iddeterminat mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 [7].
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tal-proċedura ta' konsultazzjoni, u partikolarment, fejn meħtieġ, sabiex jissalvagwardjaw in-natura kunfidenzjali ta' l-informazzjoni li ser ssir disponibbli għalihom f' dak ir-rigward.
L-Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Ġunju 1988.
Għall-Kummissjoni
Manuel Marín
Viċi-President
[1] ĠU C 34, ta' l-14.2.1976, p. 2.
[2] ĠU C 168, tat-8.7.1980, p. 1.
[3] ĠU C 186, tas-26.7.1985, p. 3.
[4] ĠU L 169, tad-29.6.1987, p. 26.
[5] ĠU C 184, tal-11.7.1983, p. 112.
[6] ĠU L 217, ta' l-14.8.1985, p. 25.
[7] ĠU L 257, tad-19.10.1968, p. 2.
--------------------------------------------------
| Fuq |