Official Journal L 062 , 08/03/1988 P. 0032 - 0038
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Jannar 1988 li tistabbilixxi ċ-ċertifikati mudell tar-razza għall-isperma u embrijuni ta' l-annimali bovini ta' razza pura għar-refgħa u l-partikularitajiet li għandhom jiddaħħlu fihom (88/124/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 77/504 tal-25 ta' Lulju 1977 dwar annimali bovini ta' razza pura għar-refgħa [1] kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2], u partikolarment l-Artikolu 5 u l-ħames inċiż ta' l-Artikolu 6(1) tiegħu, Billi skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 77/504/KEE, hi l-Kummissjoni li tistabilixxi, skond il-proċeduri imniżżla fl-Artikolu 8 ta' dik id-Direttiva, li l-kampjun attestat li jakkommpanja s-semen u l-embrijoni ta' trobbija ta' annimali ta' razza pura ta' li l-ispeċi bovini meta jidħlu fl-intra-Kummerċ Komunitarja; Billi, skond il-ħames inċiż ta' l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva msemmija fuq, sta għall-Kummissjoni li tistabbilixxi, skond il-proċedura stabbilita fl-Arikolu 8 ta' dik id-Direttiva, il-partikolaritajiet li għandhom jidhru fl-attestat li jakkumpanja l-isperma u l-embrijuni ta' l-annimali bovini ta' razz pura għar-refgħa meta jidħlu fil-kummerċ intra-kommunitajru; Billi dawk iċ-ċeritifkati jistgħu ma jsirux diment li l-partikolarijiet li hemm imsemmija f'din id-Deċiżjoni jkunu diġà qedin f'dokumentazzjoni ta' riferenza li jirreferu għall-isperma jew embrijuni ta' l-annimali bovini tar-razza pura għar-refgħa li jidħlu fil-kummerċ intra-komunitarju; Billi l-mudell u l-partikolaritajiet li għandhom jidhru fiċ-ċertifikat ta' annimali bovini ta' razza pura għar-refgħa huma diġà stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/404/KEE [3]; billi d-data dwar annimali bovini għandhom ikunu nklużi f'dawk dwar sperma u ova fertilizzati; Billi l-miżuri li hemm ipprovdut għalihom f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Zooteknika, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Il-partikolaritajiet segwenti jridu jkunu msemmija fl-attestat ta' l-isperma ta' l-annimali bovini ta' razza pura: - Data aġġornata kif elenkata fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 86/404/KEE dwar il-barri li jipprovdi l-isperma kif ukoll l-grupp tad-demm tiegħu, - informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta' l-isperma, id-data ta' meta ttieħdet u l-ismijiet u l-indirizzi taċ-ċentru ta' ġbir ta' l-isperma u ta' min se jirċevih. L-Artikolu 2 1. Il-partikolaritajiet segwenti jridu jissemmew fl-attestat tar-razz ta' l-embrijun ta' l-annimali bovini ta' razza pura għar-refgħa - Data aġġornata kif elenkata fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 86/404/KEE dwar il-baqra donatriċi u l-barri li jiffertilizza kif ukoll il-grupp tad-demm tagħhom it-tnejn, - informazzjoni li tippermetti li jiġu identifikati l-embrijuni, id-data ta' l-inseminazzjoni, u l-ismijiet u l-indirizzi taċ-ċentru ta' ġbir ta' l-embrijuni u ta' dak li jirċievi. 2. Jekk hemm iktar minn embrijun wieħed fl-istess straw dan għandu jissemma b'mod ċar u wkoll għandhom ikollhom l-istess ġenituri. L-Artikolu 3 Il-partikolaritajiet li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu indikati: 1. fil-forma ta' l-attestat ta' razza li jikkonforma mal-mudell li hemm fil-Kapitolu 1 ta' l-Anness 1, u f'forma ta' dokument li jikkonforma ma’ dak li hemm fil-Kapitolu 2 ta' l-Anness 1; 2. fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-isperma. F'dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jesporta għandhom jiċċertifikaw li l-partikolaritajiet stipulati fl-Artikolu 1 huma indikati f'dawk id-dokumenti, bil-formula segwenti: "Is-sottoskritt jiċċertifika illi dawn id-dokumewnti għandhom il-partikularitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/124/KEE." L-Artikolu 4 Il-partikolaritajiet li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu indikati: 1. f'forma ta' ċertifikat ta' razza li jikkonforma mal-mudell li hemm fil-Kapitolu 1 ta' l-Anness 2, u fil-forma tad-dokument li jikkonforma mal-mudell li hemm fil-Kapitolu 2 ta' l-Anness 2; 2. fid-dokumentazzjoni li jakkumpanja l-embrijuni. F'dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jesporta jrid jiċċertifika illi l-partikolaritajiet stipulati fl-Artikolu 2 jinsabu f'dawk id-dokumenti, fil-formula segwenti: "Is-sottoskritt jiċċertifika li dawn id-dokumenti għandhom fihom il-partikolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/124/KEE." L-Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Jannar 1988. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi-President [1] ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 8. [2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8. [3] ĠU L 233, ta' l-20.8.1986, p. 19. -------------------------------------------------- L-ANNESS 1 IL-KAPITOLU I ĊERTIFIKAT TA' RAZZA MUDELL għall-kummerċ intra-komunitarju fi sperma ta' barrin ta' l-annimali bovini ta' razza pura għar-refgħa +++++ TIFF +++++ IL-KAPITOLU 2 DOKUMENT MUDELL DWAR L-ISPERMA +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS 2 IL-KAPITOLU I ĊERTIFIKAT MUDELL TAR-RAZZA għall-kummerċ intra-komunitarju f'embrijuni ta' l-annimali bovini ta' razza pura għar-refgħa +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ IL-KAPITOLU 2 DOKUMENT MUDEL DWAR L-EMBRIJU(NI) +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------