EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31986L0298

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1986 dwar l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa

OJ L 186, 8.7.1986, p. 26–63 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 13 Volume 015 P. 187 - 224
Special edition in Swedish: Chapter 13 Volume 015 P. 187 - 224
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 007 P. 152 - 189
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 007 P. 152 - 189
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 009 P. 129 - 166

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1986/298/oj

31986L0298

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1986 dwar l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa

Official Journal L 186 , 08/07/1986 P. 0026 - 0063
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0187
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0187
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 159 - 196


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-26 ta' Mejju 1986

dwar l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa

(86/298/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 100 tieghu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [3];

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-forestrija [4], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adezzjoni ta' Spanja u l-Portugall, tistabbilixxi li d-disposizzjonijiet meħtieġa għall-implementazzjoni tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip KEE fir-tigward ta' partijiet individwali ta' tratturi li għandhom x'jaqsmu mal-istrutturi tal-protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-tratturi kienu stabbiliti bid-Direttivi 77/536/KEE [5] u 79/622/KEE [6], kif l-aħħar emendati bl-Att ta' l-Adezzjoni ta' Spanja u l-Portugall; Billi dawn iż-żewġ Direttivi jkopru rispettivament il-proċeduri għat-testijiet dinamiċi u statiċi - li kwalunkwe waħda minnhom tista preżentament tintuża mill-manifattur - u tirrigwardja tratturi standard, jiġifieri, tratturi li jkollhom spazju massimu mill-art ta' 1000 mm u wisa' ta' bejn ir-roti fissi jew aġġustabbli ta' wieħed mill-fusien li jmexxu l-vettura ta' mhux anqas minn 1150 mm u li jiżen bejn il-1,5 u 4,5 tunnellati fil-każ ta' tratturi koperti bid-Direttiva tat-‘testijiet dinamiċi' u mhux anqas minn 80 kilogramma fil-każ ta' tratturi koperti bid-Direttiva tat-‘testijiet statiċi';

Billi t-tratturi koperti b'din id-Direttiva għandhom spazju massimu mill-art ta' 600 mm, u wisa bejn ir-roti fuq iż-żewġ fusien ta' anqas minn 1150mm u massa akbar minn 60 kilogramma; billi l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' dawn it-tratturi, li huma wżati għal attivitajiet speċifiċi, jistgħu ikunu s-suġġett ta' ħtieġa jew ħtiġiet speċifiċi apparti milli minn dawk tad-Direttivi 77/536/KEE u 79/622/KEE;

Billi l-ħtiġiet tekniċi li magħhom it-tratturi ta' karreġġata dejqa għandhom ikunu konformi permezz tal-liġijiet nazzjonali jirrigwardjaw, inter alia, għall-istrutturi ta' kontra l-qlib u dwar it-twaħħil tagħhom mat-trattur, billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew bħala żieda jew inkella minflok ir-regoli eżistenti sabiex, partikolarment, jippermettu li l-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva 74/150/KEE li tkun introdotta fir-rigward ta' kull tip ta' trattur;

Billi din id-Direttiva tkopri l-istrutturi tal-protezzjoni kontra l-qlib tar-rollbar immuntata fuq in-naħa ta' wara, ta' tip ta' qafas jew kabina li jkollha żona ta' spażju li l-għola limitu tagħha ikun ta' 900 mm il-fuq mill-punt ta' referenza tas-sedil sabiex tipprovdi żona suffeċċjentament kbira jew spazju mingħajr ostakoli għall-protezzjoni tas-sewwieq; billi Direttiva speċjali oħra għandha tkun adottata fir-rigward ta' strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib li jkollhom żewġ pilastri mmuntati quddiem is-sewwieq;

Billi l-procedura armonizzata t-tip approvat dwar l-istrutturi tal-protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-trattur tagħmilha possibbli għal kull Stat Membru li jivverifika l-konformità mal-ħtiġiet komuni dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar u li jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti li jkun magħmul għal kull tip ta' struttura tal-protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tiegħu mat-trattur; billi t-tqegħid ta' marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti fuq l-istrutturi kollha manifatturati skond it-tip approvat twarrab xi ħtieġa għall-verifiki tekniċi dwar dawk l-istrutturi fl-Istati Membri l-oħrajn; Billi ħtiġiet komuni li jikkonċernaw l-elementi u l-karatteristiċi l-oħrajn tal-istruttura tal-protezzjoni kontra l-qlib, partikularment, apparati li jipprevjenu mir-rumblar kontinwu jekk it-trattur jitgerbeb, u l-protezzjoni tal-passiġieri, għandhom ikun stabbiliti f'data aktar tard;

Billi l-ħtiġiet armonizzati huma ntiżi prinċipalment biex jassiguraw is-sigurtà fit-triq u waqt ix-xogħol ma tul il-Komunità kollha; billi, għal din ir-raġunt, huwa meħtieġ li tkun introdotta l-obligazzjoni dwar it-tratturi koperti b'din id-Direttiva li jkunu mgħammra bi strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jirrigwardjaw it-tratturi tinvolvi r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-verifiki mwettqa minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi tal-ħtigiet komuni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għal tratturi kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 74/150/KEE li jkollhom dawn il-karatteristiċi:

- spazju mill-art ta' mhux aktar minn 60 mm imkejla minn taħt il-punti l-aktar baxxi mill-fusien ta' quddiem jew ta' wara, billi jkun hemm marġini għad-differential,

- wisa ta' bejn ir-roti, fiss jew aġġustabbli ta' wieħed jew iż-żewġ fusien ta' anqas minn 1150 mm; taħt l-ebda ċirkostanzi m'għandu t-tarf ta' barra tat-tyres fuq in-naħa l-oħra tal-fus imur lill hinn mit-tarf ta' barra tat-tyres fuq fus ta' spazju minimu bejn ir-roti ta' 1150 mm,

- massa akbar minn 60 kilogramma u piż mhux mogħbbi li jaqbel mat-trattur kif definit fis-sezzjoni 4 ta' l-Anness I tad-Direttiva 74/150/KEE, inkluża l-istruttura tal-protezzjoni kontra l-qlib immuntata skond din id-Direttiva u tyres ta' l-akbar daqs rakommandati mill-manifattur.

Artikolu 2

1. Kull Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti għal xi struttura tal-protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur li tissodisfa il-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u l-ittestjar kif stabbiliti fl-Annessi I sa IV.

2. L-Istat Membru li jagħti approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika, kemm il-darba dan ikun meħtieġ, u jekk tinħass il-ħtieġa b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, li l-kampjuni tal-produzzjoni ikunu konformi mat-tip approvat. Tali verifika għandha tkun illimitata għal ‘spot checks.'

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom għal kull tip ta' struttura tal-protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur li huma jappruvaw permezz ta' l-Artikolu 2, li joħorġu lill-manifattur tat-trattur jew tal-istruttura tal-protezzjoni kontra l-qlib jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti li tkun konformi mal-kampjun muri fl-Anness VI.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jipprevjeni l-użu ta' marki li pjuttost li joħolqu konfużjoni bejn l-istrutturi tal-protezzjoni kontra l-qlib li jkollhom l-approvazzjoni tat-tip tal-komponent permezz ta' l-Artikolu 2 u tagħmir ieħor.

Artikolu 4

1. L-ebda Stat Membru ma jista' jipprojbixxi li jitpoġġew fis-suq l-istrutturi tal-protezzjoni kontra l-qlib jew it-twaħħil tagħhom mat-trattur li għalieh huma ntiżi f'dak li jirrigwardja l-kostruzzjoni kemm il-darba dawn ikollhom il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti.

2. B'dana kollu, Stat Membru jista jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib li jkollhom il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KEE li regolarment jonqsu milli jkunu konformi mat-tip approvat.

Dak l-Istat għandu minufih jinforma lill-istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stati Membri oħrajn għandhom, fi żmien xahar, jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn, kopja taċ-ċertifikati ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti, li kampjun tiegħu huwa mogħti fl-Anness VII, komplut għal kull tip ta' struttura tal-protezzjoni kontra l-qlib li huma japprovaw jew inkella li jirrifjutaw milli japprovaw.

Artikolu 6

1. Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti jiskopri li numru ta' strutturi tal-protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-trattur li għandhom l-istess marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti ma jkunux konformi mat-tip approvat, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex il-kampjuni tal-produzzjoni jsiru konformi mat-tip approvat. L-Awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li jistgħu jittieħdu, jekk meħtieġ, meta jkun hemm nuqqas serju u ta' spiss li jkun konformi, li jestendu l-irtirar ta' l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti. Dawn l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jkunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor b'tali nuqqas li jkunu konformi.

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b'kull irtirar ta' l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti u r-raġunijiet li jwasslu għal din il-miżura.

Artikolu 7

Xi deċiżjoni meħudha permezz tad-disposizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sabiex jirrifjutaw jew li jirtiraw l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti għall-istrutturi tal-protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-tratturi, jew li jipprojbixxu t-tqegħid jew l-użu tagħhom fis-suq, għandha telenka bid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Deċiżjonijiet bħal dawn għandhom ikunu nnotifikati lill-parti kkonċernata, li fl-istess waqt għandha tkun infurmata bir-rimedji għad-disposizzjoni tagħha permezz tal-liġijiet viġġenti fl-Istati Membri u bil-limiti taż-żmien permissibbli sabiex jeżerċitaw dawk ir-rimedji.

Artikolu 8

L-ebda Stat Membru ma jista' jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal trattur għal raġuni li tirrigwardja l-istrutturi tal-protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-trattur jekk dawn ikollhom marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti u jekk il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness VIII ikunu ġew sodisfatti.

Artikolu 9

L-ebda Stat Membru ma jista' jiċħad jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, d-dħul fis-servizz jew l-użu ta' xi trattur għal raġuni li tirrigwardja l-istrutturi tal-protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-trattur jekk dawn jkollhom marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti u jekk il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness VIII ikunu ġew milħuqa.

Artikolu 10

Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jispeċifikaw - bl-osservanza meħtieġa tat-Trattat - il-ħtiġiet li huma jqisu bħala meħtieġa biex jassiguraw li l-ħaddiema jkunu protetti waqt li jkunu jużaw it-tratturi ikkonċernati f'dan il-każ, sakemm dan ma jfissirx li l-istrutturi tal-protezzjoni jiġu mmodifikati b'xi mod li mhux speċifikat f'din id-Direttiva.

Artikolu 11

1. B'konnessjoni mal-approvazzjoni tat-tip KEE, kwalunkwet trattur riferit fl-Artikolu 1 għandu jkun magħmmar bl-istruttura tal-protezzjoni kontra l-qlib.

2. Meta l-istruttura tal-protezzjoni ma tkunx waħda li jkollha żewġ pilastri mmuntati quddiem is-sedil tas-sewwieq, l-istruttura riferita fil-paragrafu 1 għandha tkun konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Annesi I sa IV ta' din id-Direttiva jew tad-Direttivi 77/536/KEE jew 79/622/KEE.

Artikolu 12

Xi emendi meħtieġ sabiex jadattaw il-ħtiġiet ta' l-Annessi ta' din id-Direttiva sabiex jieħdu akkont tal-progress tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE.

Artikolu 13

Fi żmien 18 il-xhar min-notifika ta' din id-Direttiva, il-Kunsil, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, fuq il-bażi tad-disposizzjonijiet tat-Trattat, għandu jadotta Direttiva li tissupplimenta din id-Direttiva permezz ta' disposizzjonijiet li jintroduċu testijiet addizzjoni dwar l-impatt fi proċedura ta' test dinamiku.

Artikolu 14

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva fi żmien 24-il xahar tan-notifika tagħha [7]. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 15

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-26 ta' Mejju 1986.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Braks

[1] ĠU Nru C 123, 9. 5. 1983, p. 1.

[2] ĠU Nru C 307, 14. 11. 1983, p. 103.

[3] ĠU Nru C 286, 24. 10. 1983, p. 2.

[4] ĠU Nru L 84, 28. 3. 1974, p. 10.

[5] ĠU Nru L 220, 29. 8. 1977, p. 1.

[6] ĠU Nru L 179, 17. 7. 1979, p. 1.

[7] Din id-Direttiva kienet ġiet innotifikata lill-Istati Membri fit-2 ta' Ġunju 1986.

--------------------------------------------------

LISTA TA' ANNESSI

ANNESS I | Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti |

ANNESS II | Kondizzjonijiet għal-testijiet tas-saħħa tal-istrutturi tal-protezzjoni u tal-immuntar tagħhom mat-tratturi |

ANNESS III | Proċedura tat-test |

A.Testijiet dinamiċi |

B.Testijiet statiċi |

ANNESS IV | Figuri |

ANNESS V | Kampjun tar-rapport li jirigwardja t-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip KEE ta' komponent ta' struttura tal-protezzjoni f'dak li jirrigwardja s-saħħa tagħha kif ukoll is-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur |

ANNESS VI | Marki |

ANNESS VII | Kampjun taċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti |

ANNESS VIII | Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KEE |

ANNESS IX | Anness għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip KEE għal tip ta' trattur f'dak li jirigwardja s-saħħa tal-istrutturi tal-protezzjoni u s-saħħa tal-immuntar tagħhom mat-trattur |

--------------------------------------------------

Top