Id-Direttiva tal-Kummissjoni fit-28 ta’ Marzu 1983. dwar l-Addattamenti għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 78/764/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar is-sedil tax-xufier tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija
ĠU L 109, 26.4.1983, p. 13–24 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 13 Volume 12 P. 159 - 170
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 39 - 50
Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 13 Volume 12 P. 159 - 170
Edizzjoni Speċjali bil-Portugiż: Chapter 13 Volume 14 P. 39 - 50
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 007 P. 3 - 14
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 007 P. 3 - 14
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 007 P. 3 - 14
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 007 P. 3 - 14
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 007 P. 3 - 14
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 007 P. 3 - 14
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 007 P. 3 - 14
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 007 P. 3 - 14
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 007 P. 3 - 14
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 06 P. 103 - 114
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 06 P. 103 - 114
DA DE EL EN FR IT NL
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni
fit-28 ta’ Marzu 1983.
dwar l-Addattamenti għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 78/764/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar is-sedil tax-xufier tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija
(83/190/KEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [1], kif emendata bid-Direttiva 79/694/KEE [2], u l-Att ta’ Adeżjoni tal-Greċja, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 78/764/KEE ta’ l-25 ta’ Lulju 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar is-sedil tax-xufier fuq it-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [3],
Billi l-esperjenza u l-aħħar iżviluppi issa jagħmluha possibbli illi ċerti rekwiżiti jiġu supplementati allinjati aktar mall-kondizzjonijiet attwali l-ittestjar; billi ġie ppruvat illi huwa neċessarju illi l-kliem ta’ ċerti oġġetti f’ċerti lingwi jiġi allinjat sabiex jiżgura allinjament mall-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra;
Billi dan l-ewwel sett ta’ emendi jista’ jkun segwit minn oħrajn li jikkonċernaw, inizjalment, proċedura għall-ispezzjoni tas-sedil tax-xufier fuq tratturi li l-piż tagħhom jeċċedi il-5 tunnellati, u b’mod partikolari permezz ta’ eżamijiet fuq il-bank ta’ prova u, sussegwentement, malli il-kondizzjonijiet tekniċi jippermettu, il-bdil tat-testijiet tal-karreġġjata bi spezzjonijiet permezz ta’ testijiet fuq il-bank, u, jekk possibbli, ta’ personal tat-test b’tagħmir mekkaniku (bħal per eżempju, pupi);
Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar l-Eliminazzjoni tal-Barrieri Tekniċi għall-Kummerċ fit-Tratturi Għall-Agrikoltura jew Għall-Forestrija.
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1
L-Annessi I, II u IV għad-Direttiva 78/764/KEE huma permezz ta’ dan emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.
L-Artikolu 2
1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1983, l-ebda Stat Membru ma jista’:
- jirrifjuta l-għoti ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE, illi joħroġ id-dokument li għalih saret riferenza fl-aħħar taqsima tad-dokument tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ xi tip ta’ trattur,
- jew jipprojbixxi d-dħul fis-servizz tat-tratturi,
jekk is-sedil tax-xufier ta’dan it-tip ta’ trattur jew ta’ dawn it-tratturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1984, l-Istati Membri:
- m’għandhomx joħorġu iktar id-dokument li għalih saret riferenza fl-aħħar taqsima tal-Artikolu 10(1) tal-Direttiva 74/150/KEE fir-rigward ta’ xi tip tat-trattur fejn is-sedil tax-xufier ma jaqbilx mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,
- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ trattur li fih is-sedil tax-xufier ma jaqbilx mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva preżenti.
L-Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Settembru 1983 l-aktar tard. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni ta’dan minnufih.
L-Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Marzu 1983.
Għall-Kummissjoni
Karl-Heinz Narjes
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.
[2] ĠU L 205, tat-13.8.1979, p. 17.
[3] ĠU L 255, tat-18.9.1978, p. 1.
--------------------------------------------------
L-ANNESS
L-Anness I għad-Direttiva 78/764/KEE huwa emendat kif ġejja:
Il-punt 9 jinbidel b’li ġej:
"9. Suspension travel
"Suspension travel" tfisser id-distanza vertikali bejn l-ogħla pożizzjoni u l-pożizzjoni f’mument partikolari tal-punt a li jinsab fuq il-wiċċ tas-sedil 200 mm ‘il quddiem mill-punt ta’ riferenza tas-sedil fil-pjan lonġitudinali nofsani."
Il-punt 10: Il-verżjoni Ingliza tibqa’ l-istess.
Il-punt 13 jitħassar.
Il-punt 14 isir punt 13,u d-definizzjoni li ġejjin għandhom jiżdiedu:
"awS = valur rms ta’ l-aċċellerazzjoni tal-vibrazzjoni ta-sedil imkejjel matul il-bank ta’ l-ittestjar jew test standard tat-triq;
awB = valur rms ta’ l-aċċellerazzjoni tal-vibrazzjoni ta-sedil imkejjel fuq it-twaħħil tas-sedil matul il-bank ta’ l-ittetsjar;
a
wB* = riferenza rms tal-valur ta’ l-aċċellerazzjoni tal-vibrazzjoni ta-sedil imkejjel fuq it-twaħħil tas-sedil;
a
wS* = valur rms korreġut ta’ l-aċċellerazzjoni tal-vibrazzjoni ta-sedil imkejjel matul il-bank ta’ l-ittestjar;
a
wF* = valur rms ta’ l-aċċellerazzjoni tal-vibrazzjoni tas-sedil imkejjel fuq it-twaħħil tas-sedil matul test tat-triq standard."
Il-punt 15 isir il-punt 14. Il-verżjoni Ingliza ma tinbidilx.
Il-punt16 isir il-punt 15.
Il-punt 17 isir il-punt 16 u jinbidel b’li ġej:
"16. Trattur tal-kategorija A
"Trattur tal-kategorija A" tfisser trattur li jista’ jiġi assenjat lil klassi ta’ vibrazzjoni mogħtija permezz ta’ aspetti simili ta’disinn."
Il-punti 17.1 u 17.2 isiru l-punti 16.1 u 16.2 rispettivament.
Il-punt 18 jitħassar, flimkien mas-subpunti tiegħu.
Il-punt 19 isir il-punt 17 u għandha imbagħad jinbidel b’li ġej:
"17. Trattur tal-kategorija B
"Trattur tal-kategorija B" tfisser trattur li ma jistax jiġi assenjat lill-klassi tal-vibrazzjoni tal-kategorija A."
Il-punt 20 isir il-punt 18 u is-subpunti tiegħu għandhom isiru s-subpunti 18.1, 18.2, 18.3 u 18.4.
L-Anness II għad-Direttiva 78/764/KEE huwa emendat kif ġej:
Il-punt 1.3.1. Il-verżjoni Ingliża tibqa’ l-istess.
Il-punt 1.6.2. Fl-aħħar linja "+ 0,1 bar" għandha tiġi mibdula minn "± 0,1 bar" fil-verżjonijiet tal-lingwi kollha barra d-Daniż.
1.7.1. Il-verżjoni Ingliża tibqa’ l-istess.
1.7.2. Il-verżjoni Ingliża tibqa’ l-istess.
Il-punt 1.7.3 jinbidel kif ġej:
"1.7.3. Determinazzjoni tal-karatteristiċi tal-vibrazzjoni vertikali."
Wara l-punt 1.7.3, il-punt li ġej għandu jiġi miżjud:
"1.7.4. Determinazzjoni tal-karetteristiċi tal-karattestiċi tad-damping fil-firxa tar-resonanza."
Il-punt 1.8: Fil-verżjoni Ingliża biss, ir-ripetizzjoni tal-kliem "locked in a position" għandhom jitneħħew.
Il-punt 2.1.3: Il-verżjoni Ingliża biss tinbidel kif ġej:
"2.1.3. il-fond u l-ħxuna tal-wiċċ tas-sedili intiżi għat-tratturi fejn il-ħxuna minima tal-karreġġjata tar-rota ta’ wara ma teċċedix 1150 mm jista’ jitnaqqas għal mhux inqas minn 300 u 400 mm rispettivament jekk id-disinn tat-trattur iżomm milli jkun hemm konformità mall-ħtiġijiet tal-punti 2.1.1 u 2.1.2."
Il-punt 2.4.1: Il-verżjoni Ingliża biss għandha tinbidel kif ġej:
"2.4.1. Is-sedil jista jiġi rranġat fid-direzzjoni lonġitudinali f’iktar minn distanza minima ta’
- 150 mm għat-tratturi fejn il-ħxuna minima tal-karreġġjata tar-rota ta’ wara ta’ iktar minn 1150 mm,
- 60 mm għat-tratturi fejn il-ħxuna minima tal-karreġġjata tar-rota ta’ wara ta’- 1150 mm jew inqas."
Il-punt 2.4.2: Il-verżjoni Ingliża għandha tinbidel kif ġej:
"2.4.2. Is-sedil għandu jista’ jitranġa fid-direzzjoni vertikali f’distanza minima ta’ iktar minn
- 60 mm għat-tratturi fejn il-ħxuna minima tal-karreġġjata tar-rota ta’ wara ta’ mhux iktar minn 1150 mm,
- 30 mm għat-tratturi fejn il-ħxuna minima tal-karreġġjata tar-rota ta’ wara ta’ 1150 mm jew inqas."
Il-punt 2.5.1 għandu jinbidel kif ġej:
"2.5.1. Determinazzjoni tal-karatteristiċi tas-sospensjonijiet u l-firxa ta’ l-aġġustament tal-piż tax-xufier."
Il-punt 2.5.1.1 għandu jinbidel kif ġej:
"2.5.1.1. Il-karatteristiċi tas-sospensjonijiet jiġu determinati permezz ta’ test statiku. Il-firxa ta’ l-aġġustament tal-piż tax-xufier huwa kalkulat mill-katratterisitiċi tas-sospensjonijiet. Dawn il-kalkoli mhumiex neċessarji fil-każ ta’ sedili li ma jistgħhux jiġu aġġustati manwalment għall-piż tax-xufier."
Il-punt 2.5.1.2: It-tieni sentenza għandha tinbidel kif ġej: "L-iżball fil-kejl tas-Suspension travel m’għandux jeċċedi ± 1 mm."
Il-punt 2.5.1.3 għandu jinbidel kif ġej:
"2.5.1.3. Kurva karatteristika sħiħa li tirrapreżenta id-deflezzjoni tas-sistema ta’ sospensjoni għandha titpinġa minn tagħbija żero sat-tagħbija massimu, u lura għaż-żero. Il-gradwazzjonijiet tat-tagħbija fejn is-Suspension travel hija imkejjla m’għandiex teċċedi il-100 N; ta’ l-inqas tmien punti ta’ kejl għandhom jitpinġew f’intervalli approsimattivament indaqs fis-Suspension travel. Il-punt li jittieħed bħala tagħbija massimu għandu jkun jew dak fejn is-Suspension travel ma tistax titkejjel aktar, jew inkella tagħbija ta’ 1500 N. Wara kull applikazzjoni jew tneħħija ta’ tagħbija, is-Suspension travel għandha titkejjel 200 mm quddiem il-punt ta’ riferenza tal-pjan lonġitudinali nofsani tal-wiċċ tas-sedil. Wara l-applikazzjoni jew tneħħija tat-tagħbija, is-sedil għandu jitneħħa u jirritorna fil-pożizzjoni wieqfa tiegħu."
Il-punti 2.5.1.4, 2.5.1.4.1 u 2.5.1.4.2 għandhom jinbidlu b’dawn li ġejjin:
"2.5.1.4. Fil-każ ta’ sedili bi skala ta’ aġġustament tal-piż, il-kurvi karatteristiċi li jirrappreżentaw id-deflezzjoni tas-sistema ta’ sospensjoni, huma impinġija bl-aġġustamenti tal-piż għax-xufiera li jiżnu 50 u 120 kg. Fil-każ ta’ sedili mingħajr skala ta’ aġġustament tal-piż u bl-istops ta’aġġustament, kejl jittieħed fl-inqas u fl-ogħla aġġustament tal-piż. Fil-każ ta’ sedili mingħajr skala ta’ aġġustament tal-piż jew stops ta’ l-aġġustament, l-aġġustament għandu jintagħżel sabiex:
2.5.1.4.1. għall-inqas limitu ta’ aġġustament tal-piż, is-sedil jirritorna fil-wiċċ tas-Suspension travel meta it-tagħbija jitneħħa, u
2.5.1.4.2. għall-ogħla limitu ta’ aġġustament tal-piż, it-tagħbija ta’ 1500 N jbaxxi is-seat sal-inqas limitu tas-Suspension travel."
l-punti.5.1.4.3 u 2.5.1.4.4 jitneħħew.
Il-punt 2.5.1.5: Fil-verżjonijiet Daniżi u Franċiżi biss, u l-aġġettiv li jikkorrispondi "sħiħ" għandu jiddaħħal sabiex jikkwalifika l-kelma li tikkorispondi għal "vjaġġ".
Il-punt 2.5.1.5: Fil-verżjonijiet Daniżi u Franċiżi biss, u l-aġġettiv li jikkorrispondi "sħiħ" għandu jiddaħħal sabiex jikkwalifika l-kelma li tikkorrispondi għal "vjaġġ".
Il-punt 2.5.1.7 jinbidel b’li ġej:
"2.5.1.7. Sabiex tiddetermina il-limiti tal-firxa ta’aġġustament bħala funzjoni tal-piż tax-xufier, il-forzi vertiklai determinati skond l-punt 2.5.1.6 għall-punti A u B (ara Appendiċi 2 għal dak l-Anness) għandhom jiġu multiplikati bi skala ta’ fattur 0,13 kg/N".
Il-punt 2.5.2 jinbidel b’li ġej:
"2.5.2. Determinazzjoni ta’ l-istabbilità laterali"
Il-punt 2.5.2.1 jinbidel b’li ġej:
"2.5.2.1. Is-sedil għandu jiġi ssetjat fl-ogħla limitu ta’ l-aġġustament tal-piż u mwaħħal mat-test jew mat-trattur b’tali mod illi il-pjanċi tal-bażi jistrieħu fuq il-pjanċi riġidi (test) mhux iżgħar mill-pjanċa tal-bażi nnifsha."
Il-punt 2.5.3 jinbidel b’li ġej:
"2.5.3. Determinazzjoni tal-karatteristiċi ta’ vibrazzjoni vertikali"
Il-punt 2.5.3.1.1 jinbidel b’li ġej:
"2.5.3.1.1. It-test għandu jissimula l-vibrazzjonijiet vertikali fil-punt ta’ twaħħil tas-sedil tax-xufier. Il-vibrazzjonijiet huma ġenerati permezz ta’ tagħmir elettro-idrawliku. Il-valuri issetjati li ser jintużaw huma jew dawk speċifikati fl-Appendiċi 4 u 5 għall-Anness II għall-klassi tat-trattur in kwistjoni jew inkella is-sinjali aċċellerazzjoni integrata doppja irrekordjati fit-twaħħil tas-sedil tat-trattur tal-kategorija B li miexi b’veloċità ta’ 12 ± 0,5 km/h fuq triq kif definita fil-punt 2.5.3.2.1. Sabiex jiġu ġenerati il-vibrazzjonijiet, double run bla waqfien tal-valuri issetjati għandhom jintużaw.
It-transizzjoni mit-tarf tas-sekwenza tas-sinjali ta’ aċċellerazzjoni fit-triq fl-ewwel ġirja sal-bidu tat-tieni għandhom jkunu lixxi u bla ċaqlieq. Il-kejl m’għandux jsir matul l-ewwel ġirja tal-valuri issetjati jew tas-sinjali ta’ aċċellerazzjoni. Valuri aktar mis-700 stipulati fl-Appendiċi 4 u 5 għall-Anness II jistgħu jintużaw jekk il-valuri kienu kkalkulati, per eżempju, b’ fuzjoni Spline kubika mis-700 valur oriġinali."
Il-punt 2.5.3.1.3 jinbidel b’li ġej:
"2.5.3.1.3. It-test għandu jkollu grad għoli tal-flexural u riġidità torsjonali u l-marki u gwidi tiegħu għandhom jkollhom mhux iktar mill-awtorizzazzjoni neċessarja teknika. Jekk il-pjattaforma tintrefa fuq id li titbandal, id-dimensjoni R għandha tkun mhux inqas minn 2000 mm (ara l-Appendiċi 6). Il-manjitudni tar-ratio ta’ vibrazzjoni tal-frekwenzi bejn 0,5 u 5,0 Hz għandha tkun bejn il-firxa 1,00 ± 0,05, imkejjla f’intervalli ta’ mhux iktar minn 0,5 Hz. Il-phase shift m’għandhiex tvarja b’iktar minn 20° matul il-firxa ta’ l-istess frekwenza."
Il-punt 2.5.3.2.1 jinbidel b’li ġej:
"2.5.3.2.1. It-triq tikkonsisti minn żewġ strippi paralleli imbegħda skond il-passaġġ tar-rota. Dawn iż-żewġ strippi għandhom ikunu magħmula minn materjal riġidu bħall-injam jew konkrit, u ffurmati jew bħala sett ta’ ċnagan fil-qiegħ ta’ l-istruttura jew wiċċ lixx kontinu. Il-pjan lonġitudinali ta’ kull strippa tal-passaġġ huwa definit permezz ta’ ko-ordinati ta’ l-elevazzjoni in relazzjoni mal-livell tal-qiegħ; dawn il-ko-ordinati jidhru fit-tabelli ta’ l-Appendiċi 3. Fir-rigward tat-triq, l-elevazzjoni hija definita f’intervalli ta’ 16 ċm matul kull strippa.
It-triq għandha tinsab soda mall-art u d-distanza bejn l-istrippi għandha tkun immejla bi ftit matul it-tul kollu; ir-roti tat-trattur għandhom ikunu appoġġjati l-ħin kollu. Meta l-istrippi huma ffurmati biċ-ċnagan, dawn għandhom jkunu bejn 6 sa 8 ċm ħoxnin, b’distanza ta’ 16 ċm bejn iċ-ċentru taċ-ċnagan. It-tul tat-triq għanhda tkun ta’ 100 m.
Il-kejl għandu jibda malli l-assi tal-fus ta’ wara tat-trattur huwa perpendikulari mall-punt D = 0 fit-triq, u jispiċċa malli l-assi tal-fus ta’ quddiem tat-trattur huwa perpendikluari mall-punt D = 100 tat-triq fejn qed isir it-test (ara t-tabella fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness)."
Il-punt 2.5.3.2.2 jinbidel b’li ġej:
"2.5.3.2.2. Il-kejl għandu jsir b’veloċità ta’ 12 ± 0,5 km/h.
Il-veloċità preskritta għandha tinżamm mingħajr l-użu tal-brejkijiet. Il-vibbrazzjonijiet għandhom jitkejjlu fuq is-sedil u l-punt fejn is-sedil huwa imwaħħal mat-trattur, b’xufier ħafif u ieħor tqil.
Veloċità ta’ 12 km/h għanhda tintlaħaq wara li run-up track tkun traversata. Il-wiċċ ta’ din ir-run-up track għandha tkun ċatta u għandha tgħaqqad it-triq mingħajr xi bidla fil-livell."
Il-punt 2.5.3.3.1 jinbidel b’li ġej:
"2.5.3.3.1. Piż tax-xufier
It-testijiet għandhom jsiru b’żewġ xufiera: wieħed b’piż totali ta’ 59 ± 1 kg, li minnhom mhux aktar minn 5 kg għandhom jkunu miċ-ċinturin tal-piż li jinsab madwar ġismu; u l-Ieħor b’piż ta’ 98 ± 5 kg b’piż massimu ta’ 8 kg fiċ-ċinturin tal-piż."
Il-punt 2.5.3.3.2 jinbidel b’li ġej:
"2.5.3.3.2. Pożizzjoni tal-aċċellerometru
Sabiex jitkejjlu l-vibrazzjonijiet trasmessi mix-xufier, aċċellerometru huwa mwaħħal mall-pjanċa ċatta b’dijamentru ta’ 250 ± 50 mm, li l-parti ċentrali tiegħu għandha tkun riġida sa dijametru ta’ 75mm u għandha tinkludi tagħmir riġidu sabiex jipproteġi l-aċċellerometru. Din il-pjanċa għandha tinżamm fin-nofs tal-wiċċ tas-sedil bejn is-sedil u x-xufier u jkollha wiċċ li ma jiżloqx.
Sabiex jitkejjlu l-vibrazzjonijiet tal-punt fejn jitwaħħal is-sedil, aċċellerometru għandu jitwaħħal ħdejn l-oġġett mehmuż fil-punt mhux iktar minn 100 mm mill-pjan lonġitudinali nofsani tat-trattur u mhux ‘il barra mill-projezzjoni vertikali tal-wiċċ tas-sedil tat-trattur."
Il-punt 2.5.3.3.3: Fil-verżjoni ingliża biss, is-simbolu "Hz" għandha tiżdied wara l-figura "80" sabiex tindika l-unità ta’ kejl.
Il-punt 2.5.3.3.5.3: Fil-verżjonijiet Ġermaniżi u Daniżi biss, is-simbolu "aw" użat fil-formula I għandu jiddaħħal bejn parentesi.
L-aħħar sentenza għandha tinqara kif ġej: "L-ineżattezza tas-sistema sħiħa għall-kejl tal-valur rms ta’ l-aċċellerazzjoni ma teċċedix ± 5 % tal-valur imkejjel."
Il-punt 2.5.3.3.7.1 jinbidel b’li ġej:
"2.5.3.3.7.1. matul it-test, il-vibrazzjoni ta’ l-aċċellerazzjoni imkejjla għall-ħin sħiħ tat-test għandha tiġi determinata b’metru ta’ vibrazzjoni speċifikat fil-punt 2.5.3.3.5."
Il-punt 2.5.3.3.7.2 jinbidel b’li ġej:
"2.5.3.3.7.2. Ir-rapport tat-test għandu jagħti valur medju aritmetiku tal-valuri rms tal-vibrazzjoni ta’ aċċellerazzjoni tal-piż tas-sedil (awS) kemm għax-xufier tqil kif ukoll għal dak ħafif. Ir-rapport tat-test għandu wkoll jagħti valur medju aritmetiku tal-valuri rms tal-vibrazzjoni ta’ aċċellerazzjoni tal-piż tas-sedil (awS) valur medju aritmetiku tal-valuri rms tal-vibrazzjoni ta’ aċċellerazzjoni tal-punt fejn jitwaħħal is-sedil(awB). Dan ir-ratio għandu jingħata sa żewġ ċifri deċimali."
Il-punt 2.5.3.3.7.3 jinbidel b’li ġej
"2.5.3.3.7.3. it-temperatura ta’ l-ambjent matul it-test ta’ vibrazzjoni għandha titkejjel kif jidher fir-rapport."
Il-punt 2.5.4 jinbidel b’li ġej:
"2.5.4. It-test ta’ vibrazzjoni tas-sedili tat-tratturi huwa skond l-użu li huwa intiż għalih"
Il-punt 2.5.4.2: Fil-verżjoni Ġermaniza biss, "Schwingungsprüfung" tinbidel b’ "Prüfung auf dem Schwingungsprüfstand".
Il-punt 2.5.5 jinbidel b’li ġej:
"2.5.5. Il-proċedura użata sabiex jideterrmina l-vibrazzjoni ta’ l-aċċellerazzjoni mkejjla għas-sedili fil-kategorija tat-tratturi A"
Il-punti 2.5.5.1 u 2.5.5.2 jitħassru.
Il-punt 2.5.5.3 isir il-punt 2.5.5.1 u jinqara kif ġej:
"2.5.5.1. It-test fuq il-bank tat-test ta’ vibrazzjoni għandu jsir skond il-punt 2.5.3.1. il-valur awB li jiġri attwalment fit-twaħħil tas-sedil matul il-kejl għandu jiġi determinat. Fil-każ ta’ devjazzjonijiet mill-valur ta’ riferenza:
a
wB* = 2,05m/s2 għat-tratturi fil-kategorija A tal-klassi I
a
wB* = 1,7 m/s2 għat-tratturi fil-kategorija A tal-klassi II
L-aċċellerazzjoni awS imkejjla fis-sedil tax-xufier għandha tiġi rranġata skond l-ekwazzjoni li ġejja:
=
a
wB"
Il-punt 2.5.5.4 isir il-punt 2.5.5.2 u jinqara kif ġej:
"2.5.5.2. Għal kull wieħed miż-żewġ xufiera li għalihom saret riferenza fil-punt 2.5.3.3.1, il-vibrazzjoni ta’ l-aċċellerazzjoni imkejjla għandha titkejjel mis-sedil f’perjodu ta’ 28 sekonda. Il-kejl għandu jibda mas-sinjal tal-valur issetjat li jaqbel ma’ t = 0 sekondi u tispiċċa mas-sinjal tal-valur issetjat ta’ t = 28 sekonda (ara l-Appendiċi 4 u 5 ta’ dan l-Anness). Ta’ l-inqas għandhom jsiru żewġ ġirjiet. Il-valuri imkejjla m’għandhomx jiddevjaw mill-medja artimetika b’iktar minn ± 5 %. Kull sekwenza kompleta tal-punti issetjati għandhom jiġu riprodotti f’ħin ta’ 28 ± 0,5 sek."
Il-punt 2.5.5 jinbidel b’li ġej:
"2.5.6. Il-proċedura użata sabiex jideterrmina il-vibrazzjoni ta’ l-aċċellerazzjoni imkejjla għas-seats fil-kategorija B tat-tratturi."
Il-punt 2.5.6.1 jinbidel b’li ġej:
"2.5.6.1. Skond il-ħtiġijiet tal-punt 2.5.4.2, it-testijiet tal-vibrazzjoni tas-sedili mhumiex applikabbli għal klassi ta’ tratturi, iżda biss għal kull trattur li għalih is-sedil huwa intiż."
Il-punt 2.5.6.2 jinbidel b’li ġej:
"2.5.6.2. It-test tat-triq għandu jsir skond il-ħtiġijiet tal-punti 2.5.3.2 u 2.5.3.3. Il-vibrazzjoni ta’ l-aċċellerazzjoni imkejjla fuq is-sedil tax-xufier (awS) m’hemmx għala tiġi koretta. Ta’ l-inqas għandhom jsiru żewġ ġirjiet fit-triq. Il-valuri imkejjla m’għandhomx jiddevjaw mill-medja aritmetika b’iktar minn ± 10 %."
Il-punt 2.5.6.3 jinbidel b’li ġej:
"2.5.6.3. Jekk it-test fuq il-bank isir, dan għandu jsir flimkien mat-test tat-triq skond il-ħtiġijiet tal-punti 2.5.3.1 u 2.5.3.3."
Il-punt 2.5.6.4 jinbidel b’li ġej:
"2.5.6.4. Il-bank tat-test tal-vibrazzjoni għandu jiġi rranġat b’tali mod illi l-valur tal-rms tal-vibrazzjoni ta’ l-aċċellerazzjoni bil-piż imkejjel fil-punt fejn jitwaħħal is-sedil tiddevja b’mhux inqas minn ± 5 % mill-valur tal-rms tal-vibrazzjoni ta’ l-aċċellerazzjoni bil-piż imkejjel fil-punt fejn jitwaħħal is-sedil fuq triq standard (a*wF).
Fil-każ ta’devjazzjonijiet mill-valur (
a
) imkejjel fil-punt fejn jitwaħħal is-sedil matul il-ġirja ta’ ittestjar, il-vibrazzjoni ta’ l-aċċellerazzjoni tal-piż imkejjla fuq is-sedil tax-xufier fuq il-bank tat-test għandha tiġi korreġuta kif ġej:
=
a
a
Kull wieħed mit-testijiet fuq il-bank tat-test għandu jsir darbtejn. Il-valuri imkejjla m’għandhomx jiddevjaw mill-medja aritmetika b’iktar minn ± 5 %"
Wara l-punt 2.5.6.4, il-punti li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:
"2.5.7. Test għad-determinazzjoni tal-karatteristiċI tad-damping fil-firxa tar-risonanza
2.5.7.1. It-test jsir fuq it-test kif speċifikat fil-punt 2.5.3.1. Madanakollu għandu jittieħed akkont ta’ li ġej:
2.5.7.2. Minflok il-valuri issettjati speċifikati fit-tieni paragrafu tal-punt 2.5.3.1.1 (ara l-Appendiċi 4 u 5 għal dan l-Anness), sinusoidaloscillations ta’ ± 15 mm amplitudni bi frekwenza ta’ 0,5 to 2 Hz huma ġenerati. Il-firxa tal-frekwenza tgħaddi minn rata kostanti ta’ bdil ta’ frekwenzi f’mhux inqas minn 60 sekonda jew f’intervalli ta’ mhux aktar minn 0,05 Hz bi frekwenza li tiżdied, u b’mod identiku bi frekwenza li tonqos. Matul dan il-kejl, huwa permess illi tgħarbel is-sinjali emessi mill-aċċellerometri minn ġo filtru bypass bi frekwenzi maqtugħin ta’0,5 u 2,0 Hz.
2.5.7.3. Is-sedil għandu jiġi armat b’saborra ta’ 40 kg fl-ewwel test b’piż ta’ 80 kg fit-tieni test; is-saborra għandha tiġi applikata b’tagħmir illustrat fil-Figura 1 tal-Appendiċi 1, bl-istess linja ta’ azzjoni tal-forza bħal meta jiġi determinat il-punt ta’ riferenza tas-sedil.
2.5.7.4. Ir-ratio tal-valuri rms ta’ l-aċċellerazzjoni tal-vibrazzjonijiet fuq il-wiċċ tas-sedil awS għal dawk tal-punt fejn jitwaħħal is-sedil awB:
V =
għandu jiġi determinat fil-firxa ta’ frekwenza minn 0,5 sa 2,0 Hz f’intervalli ta’ mhux iktar minn 0,05 Hz.
2.5.7.5 Ir-ratio imkejjel għandu jitniżżel fir-rapport tat-test u korreġut b’żewġ punti deċimali."
Wara il-punt 3.1.3, l-punt il-ġdid li ġej 3.1.4 għandu jiżdied:
"3.1.4. Ir-ratio li għalih saret riferenza fil-punti 2.5.7.4 u 2.5.7.5 m’għandux jkunu aktar mill-valur 2."
L-Appendiċi 2 huwa hawnhekk minnufih b’li ġej:
Appendiċi 2
Determinazzjoni tal-kurvi karatteristiċi tas-sistema ta’ sospensjoni u l-firxa ta’ aġġustament tal-piż (Punt 2.5.1.)
+++++ TIFF +++++
L-Appendiċi 3 huwa hawnhekk emendat kif ġej:
It-tabella bit-titolu, "arbitrarju" għandu jiġi mibdul b’ "a".
Id-definizzjoni eżistenti ta’ D għandha tiġi mibdula b’li ġej:
"D = distanza mill-bidu tat-triq standard (f’metri)."
L-Appendiċi 4 jinbidel hawnhekk kif ġej:
Appendiċi 4
Is-sinjali tal-valuri issettjati għall-ispezzjoni ta’ il-bank tat-test tas-sedil tax-xufier tat-tratturi tal-Kategorija A (Klassi I) (punt 2.5.3.1.1)
PS = Punt issettjat
A = amplitudni tas-sinjal tal-valur issettjat (f’10-4m);
T = ħin imkejjel (f’sekondi)
Meta s-sekwenza ta’ sinjali hija ripetuta f’tabella għall-punti 701, punti 700 u 0 jaqblu fil-ħin l-amplitudni ta’ a = 0
Nru tal-Ps | A 10-4m | T S |
0 | 0000 | 0 |
1 | 0089 | . |
2 | 0215 | . |
. | . | . |
. | . | . |
. | . | . |
699 | 0023 | . |
700 | 0000 | 28,0 |
L-Appendiċi 5 jinbidel hawnhekk b’li ġej:
Appendiċi 5
Is-sinjali tal-valuri issettjati għall-ispezzjoni ta’ il-bank tat-test tas-sedil tax-xufier tat-tratturi tal-Kategorija A (Klassi II) (Punt 2.5.3.1.1)
PS = Punt issettjat
A = amplitudni tas-sinjal tal-valur issettjat (f’10-4m);
T = ħin imkejjel (f’sekondi)
Meta s-sekwenza ta’ sinjali hija ripetuta f’tabella għall-punti 701, punti 700 u 0 jaqblu fil-ħin l-amplitudni ta’ a = 0
Nru tal-Ps | A 10-4m | T S |
0 | 0000 | 0 |
1 | 0022 | . |
2 | 0089 | . |
. | . | . |
. | . | . |
. | . | . |
699 | 0062 | . |
700 | 0000 | 28,0 |
It-titolu ta’ l-Appendiċi 6 tinbidel kif ġej:
"Bank tat-Test (Item 2.5.3.1); eżempju tal-kostruzzjoni (dimensjonijiet f’mm)"
L-Appendiċi 7, 9 u 10 għandhom jitħassru.
L-Appendiċi 8 u 11 jsiru Appendiċi 7 u 8 rispettivament.
Li ġej għandu jiżdied mall-punt 11 tal-Anness III: "Din in-nota għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra jekk jitolbuha."
Il-verżjoni Ingliża biss tal-Anness IV tad-Direttiva 78/764/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:
Il-punt 3 jinbidel b’li ġej:
"3. Sedili ntiżi għat-tratturi li għandhom track minima tar-roti ta’ wara ta’ mhux iktar minn 1150 mm jista’ jkollhom id-dimensjonijiet minimi li ġejjin fir-rigward tal-fond u tal-ħxuna tal-wiċċ tas-sedil:
- fond tal-wiċċ tas-sedil: 300 mm;
- ħxuna tal-wiċċ tas-sedil: 400 mm.
Il-provvedimenti huma applikabbli biss jekk il-valuri speċifikati għall-fond u l-ħxuna tal-wiċċ tas-sedil (i.e. 400 ± 50 mm u ta’ l-inqas 450 mm rispettivament) ma jistgħux jintlaħqu għal raġunijiet li jirrigwardjaw it-trattur"
Punt 4: Fil-verżjoni Franċiża biss, "L-Anness I" għandu jinbidel f’ "L-Anness V".
--------------------------------------------------
| Fuq |