31982L0953


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta’ l-15 ta’ Diċembru 1982 li taddatta għad-Direttiva tal-Kunsill 76/622/KEE dwar progress tekniku fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (testjar statiku)

 ĠU L 386, 31.12.1982, p. 31–38 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)
 Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 13 Volume 12 P. 145 - 152
 Spanish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 22 - 29
 Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 13 Volume 12 P. 145 - 152
 Edizzjoni Speċjali bil-Portugiż: Chapter 13 Volume 14 P. 22 - 29
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 006 P. 383 - 390
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 006 P. 383 - 390
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 006 P. 383 - 390
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 006 P. 383 - 390
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 006 P. 383 - 390
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 006 P. 383 - 390
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 006 P. 383 - 390
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 006 P. 383 - 390
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 006 P. 383 - 390
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 06 P. 95 - 102
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 06 P. 95 - 102

 DA  DE  EL  EN  FR  IT  NL

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva tal-Kummissjoni

ta’ l-15 ta’ Diċembru 1982

li taddatta għad-Direttiva tal-Kunsill 76/622/KEE dwar progress tekniku fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (testjar statiku)

(82/953/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 79/694/KEE [2] u bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Greċja, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi, bħala riżultat ta’ l-esperjenza miksuba f’dan il-qasam, u meta wieħed iżomm f’moħħu s-sitwazzjoni preżenti, huwa issa possibbli li ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 79/662/KEE [3] isiru aktar kompleti u jiġu aktar konformi mal-kondizzjonijiet ta’ testjar reali;

Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 77/536/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [4]; billi, għal dan il-għan, it-tratturi jistgħu, sa data li trid tiġi speċifikata, jiġu mgħammra bi struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li tikkonforma mad-Direttiva 77/536/KEE jew ma’ din id-Direttiva;

Billi, id-disposizzjonjiet ta’ din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-Addattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi fuq it-Tneħħija ta’ Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur tat-Tratturi għall-Agrikoltura jew għall-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Annessi II, III u IV tad-Direttiva 79/622/KEE huma hawnhekk emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1983, l-ebda Stat Membru ma jista’:

- jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokumenti msemmija fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali, rigward tip ta’ trattur, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ tratturi,

jekk l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ dan it-tip ta’ trattur jew ta’ dawn it-tratturi tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1984, Stat Membru:

- m’ għandux joħroġ aktar id-dokument msemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta’ trattur li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,

- jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward tip ta’ trattur li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1985, l-Istati Membri jistgħu jiprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ trattuti li l-istruttura ta’protezzjoni kontra l-qlib ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

4. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/536/KEE.

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva l-aktar tard sat-30 ta’ Diċembru 1983. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta’ Diċembru 1982.

Għall-Kummissjoni

Karl-Heinz Narjes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

[2] ĠU L 205, tat-13.8.1979, p.17.

[3] ĠU L 179, tas-17.7.1979, p.1

[4] ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness II tad-Direttiva 79/622/KEE huwa emendat kif ġej:

L-entrata 4.1.1 għandha titħassar.

L-entrata 4.1.2 għandha ssir l-entrata 4.1.1 kif ġej:

"4.1.1. L-ebda parti miż-żona ta’ spazju ħieles kif deskritta fl-entrata 3.2 ta’ l-Anness III ma tkunx ġiet mdaħħla, jew tkun barra l-protezzjoni ta’, l-istruttura ta’ protezzjoni matul it-testijiet speċifikati fl-entrati 1.2, 1.3, 1.5, 1.6 u, fejn addattat, 1.7 ta’ l-Anness III,.

Jekk ikun sar test ta’ tagħbija eċċessiv, il-forza applikata meta l-enerġija speċifikata hija assorbita għandha tkun akbar minn 0.8 tal-forza massima li jkun hemm kemm matul it-test prinċipali u kemm matul it-test ta’ tagħbija eċċessiva kkonċernati (ara l-figuri 4b u 4ċ ta’ l-Anness IV)."

L-entrata 4.1.3 għandha ssir l-entrata 4.1.2.

Wara l-entrata 4.1.3 (issa 4.1.2) għandha tiġi nkorporata entrata ġdida 4.1.3 kif ġej:

"4.1.3. Fil-punt meta l-livell ta’ enerġija mitluba tintlaħaq f’kull waħda mit-testijiet speċifikati ta’ tagħbija orizzontali, l-forza għandha taqbeż 0.8 Fmass."

Sezzjoni 6

"SIMBOLI"

hija hawnhekk emendata kif ġej:

Is-simbolu li ġej għandu jiżdied wara s-simbolu D:

"D’ = = deflessjoni (mm) ta’ l-istruttura għall-enerġija kkalkulata mitluba."

It-test tas-simbolu F’għandu jinbidel b’li ġej:

"F’= = il-forza ta’ l-enerġija kkalkulata mitluba."

It-test tas-simbolu F-D għandu jiġi emendat kif ġej:

"F-D = = kurva ta’ forza/deflessjoni."

It-test li jiddeskrivi s-simbolu Eil 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

"Eil 2 = = id-dħul ta’ enerġija li trid tiġi assorbita matul l-applikazzjoni tat-tieni tagħbija lonġitudinali (J)."

Is-simboli Ei, E’1, Ea u E”1 għandhom jitħassru.

L-Anness III tad-Direttiva 79/622/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej:

L-entrata 1.2 għandha tiġi mibdula b’li ġej:

"1.2. Tagħbija lonġitudinali (ara l-Figura 2 ta’ l-Anness IV)

L-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun orizzontali u parallela mal-pjan medjan vertikali tat-trattur.

Għal tratturi li għandhom mill-anqas 50 % tal-massa tagħhom, kif definita fl-entrata 1.3 ta’ l-Anness II, fuq ir-roti ta’ wara, it-tagħbija lonġitudinali ta’ wara u t-tagħbija laterali għandha tiġi applikata fuq naħat differenti tal-pjan lonġitudinali medjan ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni. Għal tratturi li għandhom mill-anqas 50 % tal-massa tagħhom fuq ir-roti ta’ quddiem, it-tagħbija lonġitudinali ta’ quddiem għandha tkun fuq l-istess naħa tal-pjan lonġitudinali medjan ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni bħat-tagħbija laterali.

Għandha tiġi applikata fuq il-parti strutturali trasversali l-aktar ‘il fuq ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni (jiġifieri, l-parti li x’aktarx tolqot l-art l-ewwel fil-każ ta’ qlib).

Il-punt ta’ applikazzjoni tat-tagħbija għandu jkun mqiegħed wieħed minn sitta tal-wisa’ tan-naħa ta’ fuq ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni ‘l ġewwa mill-kantuniera ta’ barra. Il-wisa’ ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tittieħed bħala d-distanza ta’ bejn iż-żewġ linji paralleli mal-pjan medjan vertikali tat-trattur li jmiss l-estremitajiet ta’ barra ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni fi pjan orizzontali li jmiss in-naħa ta’ fuq tal-membri strutturali trasversali l-aktar ‘il fuq.

It-tul tat-travu ma’ għandux ikun inqas minn terz tal-wisa’ ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni (kif deskritt qabel) u mhux aktar minn 49 mm akbar minn dan il-minimu.

It-tagħbija lonġitudinali hija applikata minn wara jew minn quddiem, kif definit fl-entrata 3.1.1.1 ta’ l-Anness II.

It-test għandu jitwaqqaf kull meta:

(a) l-enerġija tat-tensjoni assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni hija ugwali għal jew akbar mid-dħul ta’ l-enerġija meħtieġa Eil 1 (fejn Eil 1 = 1.4 mt);

(b) l-istruttura tidħol mingħajr dritt fiż-żona ta’ spazju ħieles jew tħalli liż-żona ta’ spazju ħieles mingħajr protezzjoni."

L-entrata 1.4 għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

"1.4. Test ta’ eċċess ta’ tagħbija

1.4.1. Meta jkun hemm tiċrit, qsim jew liwi waqt it-test ta’ tagħbija orizzontali, jista’ jkun hemm bżonn ta’ test ta’ eċċess ta’ tagħbija biex tiġi ddeterminata s-saħħa residwa ta’ l-istruttura u jiġi żgurat li hija biżżejjed biex tiflaħ għal kwalunkwe qlib suċċessiv (ara l-figuri 4a, 4b u 4ċ).

Għandu jsir test ta’ eċċess ta’ tagħbija fil-każijiet kollha fejn il-forza tonqos b’aktar minn 3 % matul l-aħħar 5 % tad-deflessjoni milħuq meta l-enerġija mitluba hija assorbita mill-istruttura (ara l-Figura 4b).

1.4.2. It-test ta’ eċċess ta’ tagħbija jinvolvi ż-żieda gradwali tat-tagħbija orizzontali b’żidiet ta’ 5 % ta’ l-enerġija inizzjali mitluba sa massimu ta’ 20 % ta’ enerġija miżjuda (ara l-figura 4 ċ).

1.4.2.1. Il-test ta’ eċċess ta’ tagħbija huwa sodisfaċenti jekk, wara kull żieda b’5, 10 jew 15 % f’enerġija mitluba, il-forza tonqos b’anqas minn 3 % għal żieda ta’ 5 % u tibqa’ aktar minn 0.8 Fmass.

1.4.2.2. Il-test ta’ eċċess ta’ tagħbija huwa sodisfaċenti jekk, wara li l-istruttura tkun assorbit 20 % ta’ enerġija miżjuda, il-forza taqbeż 0.8 Fmass.

1.4.2.3. Matul it-test ta’ eċċess ta’ tagħbija huma permessi xquq jew tiċritiet addizzjonali u/jew id-dħul fi jew in-nuqqas ta’ protezzjoni taż-żona ta’ spazju ħieles minħabba diformazzjoni elastika. Madankollu, wara t-tneħħija tat-tagħbija, l-istruttura ma’ għandhiex tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles, li għandha tkun protetta kompletament."

L-entrati 3.1 sa 3.1.4 għandhom jitħassru.

L-entrati 3.2 u 3.3 għandhom isiru l-Entrati 3.1 u 3.2 rispettivament.

L-Anness IV tad-Direttiva 79/622/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej:

"FIGURI

Figura 1: Il-punt ta’ applikazzjoni ta’ tagħbija laterali

Figura 2: Il-punt ta’ applikazzjoni ta’ tagħbija lonġitudinali minn wara

Figura 3: Eżempju ta’ arranġament għal test ta’ tkissir

Figura 4a: Kurva forza/deflessjoni - m’hemmx bżonn ta’ test ta’ eċċess ta’ tagħbija

Figura 4b: Kurva forza/deflessjoni- hemm bżonn ta’ test ta’ eċċess ta’ tagħbija

Figura 4ċ: Kurva forza/deflessjoni- it-test ta’ eċċess ta’ tagħbija jrid titkompla

Figura 5: Illustrazzjoni tat-termini permanenti, elastiċi u deflessjoni totali

Figura 6a: Veduta mill-ġenb taż-żona ta’ spazju ħieles

Figura 6b: Veduta minn quddiem/minn wara taż-żona ta’ spazju ħieles

Figura 6ċ: Veduta isometrika

Figura 7: Apparat għad-determinazzjoni tal-punt ta’ referenza tas-sedil

Figura 8: Metodu ta’ kif jiġi ddeterminat il-punt ta’ referenza tas-sedil"

Fil-verżjoni Ingliża biss, it-titolu tal-Figura 1 għandu jinbidel b’li ġej:

"Point of application of lateral loading."

Id-dijagrammi tal-Figuri 2, 4a, 4b u 4ċ, għandhom jinbidlu b’li ġej:

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Figure 2Point of application of rear logitudinal loading (when at least 50 % of the tractor mass rest on the rear wheels)Figure 4aForce/deflection curve - overload test not necessary

1. Point of reference a F' = 0,95 D'

1.1 The overload test is not necessary since a F' < 1, 03 F'.

+++++ TIFF +++++

Figure 4bForce/deflection curve - overload test necessary

1. Point of reference a F' = 0,95 D'

1.1 The overload test is necessary since a F' < 1, 03 F'.

1.2 The overload test is satisfactory since bF' > and bF' > 0,8 Fmax.

+++++ TIFF +++++

Figure 4cForce/deflection curve - overload test to be continued

1. Point of reference a F' = 0,95 D'

1.1 The overload test is necessary since a F' < 1, 03 F'.

1.2 Since bF' < 0,97 aF' the overload test must be continued.

1.3 Since cF' < 0,97 bF' the overload test must be continued.

1.4 Since dF' < 0,97 cF' the overload test must be continued.

1.5 The overload test is satisfactory since eF' > 0,8 Fmax.

NB:

If at any time F drops below 0,8 Fmax, the structure is rejected.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet