31981R3021


Titolu u referenza

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3021/81 tad-19 ta' Ottubru 1981 li jaddatta, minħabba l-adeżjoni tal-Greċja, ir-Regolament (KEE) Nru 1108/70 li jintroduċi sistema ta' kontabilità għall-ispiża fuq infrastruttura f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni

 ĠU L 302, 23.10.1981, p. 8–8 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)
 Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 07 Volume 2 P. 191 - 191
 Spanish special edition: Chapter 07 Volume 3 P. 34 - 34
 Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 07 Volume 2 P. 191 - 191
 Edizzjoni Speċjali bil-Portugiż: Chapter 07 Volume 3 P. 34 - 34
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 07 Volume 001 P. 118 - 118
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 07 Volume 001 P. 118 - 118
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 07 Volume 001 P. 118 - 118
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 07 Volume 001 P. 118 - 118
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 07 Volume 001 P. 118 - 118
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 07 Volume 001 P. 118 - 118
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 07 Volume 001 P. 118 - 118
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 07 Volume 001 P. 118 - 118
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 07 Volume 001 P. 118 - 118
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 07 Volume 01 P. 134 - 134
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 07 Volume 01 P. 134 - 134

 DA  DE  EL  EN  FR  IT  NL

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3021/81

tad-19 ta' Ottubru 1981

li jaddatta, minħabba l-adeżjoni tal-Greċja, ir-Regolament (KEE) Nru 1108/70 li jintroduċi sistema ta' kontabilità għall-ispiża fuq infrastruttura f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi l-Kunsill ikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar il-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 198, l-ewwel paragrafu, tat-Trattat; billi l-Kumitat ma kienx f'pożizzjoni li jissottometti l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-Kunsill; billi l-Artikolu 198, it-tieni paragrafu, tat-Trattat jippermetti li l-Kunsill jieħu azzjoni ulterjuri fin-nuqqas ta' opinjoni; billi l-Kunsill iħoss li għandu jinqeda minn din il-possibbiltà minħabba l-importanza li jiġu adottati malajr l-emendi meħtieġa;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1108/70 [2], kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1384/79 [3], għandu jiġi addattat sabiex jinkludi in-network tal-ferroviji fil-Greċja fl-Anness tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-Iskeda fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 1108/70 taħt il-punt "A.1. LINJI TAL-FERROVIJI - Networks prinċipali", wara l-iskrizzjoni "Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja":

"Ir-Repubblika Ellenika

- Όργανισμός Σιδηροδρόμων Έλλάδος Α.Ε. (ΟΣΕ)"

.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 1981.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-19 ta' Ottubru 1981.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Walker

[1] ĠU C 144, tal-15.6.1981, p. 36.

[2] ĠU L 130, tal-15.6.1970, p. 4.

[3] ĠU L 167, tal-5.7.1979, p. 1.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet