31980L1268



Official Journal L 375 , 31/12/1980 P. 0036 - 0045
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0050
Greek special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0107
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0050
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0124
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 11 P. 0124


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-16 ta’ Diċembru 1980

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-konsum tal-karburanti mill-vetturi bil-magna

(80/1268/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-magna għandhom jissodisfaw permezz ta’ ċerti liġijiet nazzjonali li jirrelataw inter alia għall-metodu tal-kejl tal-konsum tal-karburanti li għandu jintuża biex jindika l-konsum tal-karburanti tat-tip ta’ vettura;

Billi dawk il-ħtiġiet jiddifferixxu minn Stat Membru għall-ieħor; billi dan jirriżulta f’ barrieri tekniċi għall-kummerċ li għandhom jiġu eliminati mill-Istati Membri kollha billi jadottaw l-istess ħtiġiet jew flimkien ma’, jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, partikolarment sabiex jippermettu li tiġi introdotta għal kull tip ta’ vettura l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 80/1267/KEE [5];

Billi huwa ta’ importanza massima li jkun stabbilit il-metodu għall-kejl tal-konsum tal-karburanti mill-vetturi bil-magna għall-inklużjoni fil-ħtiġiet tal-Komunita;

Billi metodu tal-Komunita għall-kejl tal-konsum tal-karburanti huwa wkoll meħtieġ biex ikun assigurat, partikolarment, li l-klijenti u l-utenti jkunu pprovduti b’informazzjoni oġġettiva u preċiża;

Billi l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva japplikaw biss għall-vetturi bil-magna fil-klassifikazzjoni tal-vetturi bil-magna internazzjonali M1 kif stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE; billi metodu tal-kejl tal-konsum tal-karburanti tal-kategoriji l-oħrajn ta’ vetturi bil-magna jiġi stabbilit malli jkunu riżolti ċerti diffikultajiet tekniċi,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Għall-għan ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-magna intiża għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li għandha mill-anqas erba’ roti u veloċità massima skond id-disinn ta’ aktar minn 25 km/siegħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji u ta’ tratturi u makkinarju għall-agrikoltura.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal xi tip ta’ vettura, jew jiċħad jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, d-dħul fis-servizz jew l-użu, għal raġunijiet relatati mal-konsum tal-karburanti jekk il-konsum tal-karburanti jkun ġie ddeterminat bi qbil mal-Annessi I u II u li huma elenkati f’document mogħti lill-proprjetarju tal-vettura fil-waqt meta din tinxtara f’mod u fil-forma deċiża minn kull Stat Membru.

Artikolu 3

Xi emendi meħtieġa għall-adattazzjoni tal-ħtiġiet ta’ l-Annessi biex jitqies il-progress tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert b’din id-Direttiva jkunu kkomunikati lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-16 ta’ Diċembru 1890.

Għall-Kunsill

Il-President

Colette flesch

[1] ĠU C 104, 28.04.80, p. 1.

[2] ĠU C 265, 13.10.80, p. 76.

[3] ĠU C 182, 21.07.80, p. 3.

[4] ĠU L 42, 23.02.70, p. 1

[5] Ara l-paġna 34 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

DETERMINAZZJONI TAL-KONSUM TAL-KARBURANTI

1. APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE

1.1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KEE

1.1.1. L-Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KEE għal tip ta’ vettura fir-rigward tal-konsum tal-karburanti mill-magna għandu jkun ippreżentat mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu

1.1.2. Għandha tkun akkumpanjata bi tliet kopji tad-dokument imsemmi hawn taħt u tas-segwenti:

1.1.2.1. Karta ta’ l-informazzjoni debitament kompluta;

1.1.2.2. Informazzjoni meħtieġa biex id-dokument imsemmi fl-Anness II jiġi ppreparat.

1.1.3. Jekk is-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip jagħmel it-testijiet huwa stess, vettura rapreżentattiva tat-tip tal-vettura biex tkun approvata għandha tkun fornuta.

1.2. Dokumenti

Meta l-applikazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta’ 1.1 tkun aċċettata, l-awtortà kompetenti għandha tipprepara d-dokument, li l-mudell tiegħu jinsab fl-Anness II. Biex jitħejja dan id-dokument, l-awtortà kompetenti tal-Istat Membru li jwettaq it-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE jista’ juża r-rapport ippreparat minn laboratorju approvat jew rikonoxxut skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2. GĦAN

Dan il-metodu japplika għall-vetturi fil-kategorija M1 attrezzati b’magni interni li jaħdmu bil-kombustjoni interna.

3. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

3.1. Il-konsum tal-karburanti huwa ddeterminat bit-testijiet segwenti:

3.1.1. Ċiklu li jissimula s-sewqan urban kif deskritt fl-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE tal-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra tniġġiż ta’ l-arja minn gassijiet minn magni positive ignition tal-vetturi bil-magna [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva78/665/KEE [2] (ara s-sezzjoni 5);

3.1.2. Test ta’ veloċità kostanti ta’ 90 km/siegħa (ara s-sezzjoni 6);

3.1.3. Test ta’ veloċità kostanti ta’ 120 km/siegħa (ara taqsima 6). Dan it-test ma jsirx jekk il-veloċità massima skond id-disinn tal-vettura huwa inqas minn 130 km/siegħa.

3.2. Ir-riżultati tat-testjijiet għandhom jiġu espressi fi 1/100 km imqarrba lejn l-eqreb 0·1.

3.3. Id-distanzi għandhom jitkejlu għal preċizjoni ta’ 0·5 % u l-ħinijiet bi eżattezza sa’ 0·2 s.

3.4. Karburanti tat-test

Il-karburant li jintuża għandu jkun jew il-karburant ta’ referenza kif speċifikat fl-Anness VI tad-Direttiva 70/220/KEE jew dak speċifikat fil-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE, tat-2 ta’ Awissu 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti mill-magni tad-diesel użati fil-vetturi [3], kif xieraq.

4. KONDIZZJONIJIET TAT-TEST

4.1. Kondizzjoni ġenerali tal-vettura

4.1.1. Il-vettura għandha tkun nadifa u t-twieqi u d-dħul ta’ l-arja magħluqin, u biss bl-attrezzaturi meħtieġa għall-funzjonament tal-vettura waqt it-test. Jekk ikun hemm apparat ikkontrollat manwalment fuq id-dħul tal-kaboratur għas-sħana tal-arja, dan għandu jkun fil-pożizzjoni "sajf".Ġeneralment, it-tagħmir awżiljarju meħtieġ għat-tħaddim normali tal-vettura għandu jkun operazzjonali.

4.1.2. Jekk il-fann tar-radjatur huwa kkontrollat bit-temperatura, għandu jkun qed jaħdem kif kieku jaħdem normalment fuq il-vettura. I-sistema ta’ sħana tal-kompartiment tal-passiġġier ma għandhax tkun qed taħdem, u lanqas is-sistema ta’ klimatizzazzjoni, għalkemm il-kompressur għandu ikun qed jaħdem normalment.

4.1.3. Jekk attrezzatura għall-ikkarikar tal-pressjoni tkun immuntata, idin għandha tkun topera normalment għall-veloċità tat-test.

4.1.4. Ir-run tal-vettura vettur għandu jkun sar u għandu jkun kopra għall-anqas 3000 km qabel it-test.

4.2. Lubrikanti

Il-lubrikanti kollha għandhom ikunu dawk rakkomandati mill-manifattur tal-vettura u għandhom ikunu ndikati fir-rapport tat-test.

4.3. Tyres

It-tyres għandhom jkunu ta’ wieħed mit-tipi speċifikati bħala attrezzatura oriġinali mill-manifattur tal-vettura, minfuħin sal-pressjoni rakkomandata għat-toqol u veloċitajiet tat-test (aġġustat, fejn meħtieġ, għall-operazzjoni għall-kondizzjonijiet ta’ matul it-test). Il-pressjonijiet użati għandhom jiġu indikati fir-rapport tat-test.

4.4. Kejl tal-konsum tal-karburanti

4.4.1. Il-karburant għandu jkun fornut fil-magna minn attrezzatura kapaċi li tkejjel il-kwantita kkonsumata sa ± 2 %; din l-attrezzatura m’ għandhiex ixxekkel il-provvista normali. Jekk is-sistema ta’ kejl hija volumetrika, il-temperatura tal-karburant għandha titkejjel fil-punt tal-kejl tal-volum.

4.4.2. Għandu ikun hemm sistema ta’ valvoli biex tippermetti skambu malajr mis-sistema ġenerali ta’ provvista ta’ karburanti għas-sistema ta’ kejl. Din il-bidla m’għandhiex tieħu aktar minn 0·2 s.

4.5. Kondizzjonijiet ta’ referenza

Pressjoni : Ho = 1000 mbar

Temperatura : To = 293 K (20ºC)

4.5.1. Id-densità ta’ l-arja

4.5.1.1. Id-densità tal-arja meta tiġi ttestjata l-vettura, ikkalkolata kif deskritt fi 4.5.1.2 ta’ hawn taħt, ma għandhax turi differenza aktar minn 7·5 % mid-densità ta’ l-arja bil-kondizzjonijiet ta’ riferenza.

4.5.1.2. Id-densità ta’ l-arja ikkalkolata bl-użu tal-formula:

d

= d

·

·

meta:

dT = id-densità ta’ l-arja fil-kondizzjonijiet tat-test;

d0 = id-densità ta’ l-arja fil-kondizzjonijiet ta’ referenza;

HT = il-pressjoni matul it-test;

TT = it-temperatura assoluta matul it-test (K)

5. KEJL TAL-KONSUM TAL-KARBURANTI MATUL ĊIKLAĠĠ LI JISSIMULA SEWQAN URBAN

5.1. Iċ-ċiklu tat-test huwa dak deskritt fl-Anness III tad-Direttiva 70/220/KEE

5.1.1. F’ każ ta’ magni li jaħdmu bid-diesel, l-aġġustament tat-tgħabija huwa ddeterminat għall-mudell korrispondenti li jaħdem bil-petrol jew b’mezz ieħor magħruf bħala ekwivalenti

5.1.2. Il-massa ta’ riferenza tal-vettura

Il-massa tal-vettura hija l-massa ta’ riferenza, kif definita fis-sezzjoni 1.2 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE

5.2. Id-dinamometru huwa ssetjat għall-inerzja ekwivalenti, kif stipulata fis-sezzjoni 4.2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 70/220/KEE.

5.3. Kejl tal-konsum

5.3.1. Il-konsum huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-kwantità ta’ karburanti kkonsumat f’żewġ ċikli konsekutivi.

5.3.2. Qabel ma jsir il-kejl, il-magna għandha tissaħħan mill-kesħa permezz tal-kompletazzjoni ta’ ħames ċikli sħaħ tat-test. Il-kejl jista’ wkoll isir immedjatament wara t-testijiet tat-tip I u t-tip II deskritti fid- Direttiva 70/220/KEE. It-temperatura tinżamm fil-grad normali ta’ l-operazzjoni għal dik il-magna, jekk meħtieġ billi tintuża l-attrezzatura awżiljarja tat-tkessieħ.

5.3.3. Il-perjodu ta’ idling bejn iż-żewġ ċikli konsekutivi jista’ jiġi estiż għal mhux aktar minn 60 s sabiex jiffaċilita l-kejl tal-konsum tal-karburanti.

5.4. Kalkolu tal-konsum tal-karburanti

5.4.1. Jekk il-konsum tal-karburanti jitkejjel gravimetrikament, il-konsum huwa espress (f’ litri/100 km) billi l-kejl M jiġi kkonvertit (karburanti espress f’ kilogrammi) billi tintuża l-formula segwenti:

C =

(1/100km)

meta:

Sg = densità tal-karburant bil-kundizzjonijiet ta’ riferenza (kg/dm3);

D = distanza koperta waqt it-test (km).

5.4.2. C =

V

T

− T

100

(1/100 km)

Meta:

V = volum f’litri ta’ karburant ikkonsmat

α = koeffiċjenti ta’ espansjoni volumetrika għall-karburanti. Għall-karburanti kemm diesel kif ukoll petrol, dan huwa 0,001 għal kull ºĊ.

To = it-temperatura ta’ riferenza espressa fi °C;

TF = it-temperature tal-karburanti fi °C mkejla fil-punt tal-kejl tal-volum.

5.5. Espressjoni tar-riżultati

5.5.1. Il-konsum standard tas-sewqan urban huwa l-medja aritmetiku ta’ tliet kejl konsekuttivi li jsiru skond il-proċedura deskritta hawn fuq.

5.5.2. Jekk il-kejl estremi juru differenza akbar minn 5 % mill-medja, testijiet ulterjuri jistgħu jsiru skond din il-proċedura sakemm jintlaħaq livell ta’ eżattezza ta’ għall-inqas 5 %.

5.5.3. Il-eżattezza tal-kejl hija maħduma bil-formula:

Eżattezza =

·

%

Meta:

C

- huwa derivat mill-formula f’ 5.4

C

- huwa l-medju aritmetiku ta’ valuri n ta’ C

n huwa n-numru ta’ kejl li ttieħdu

S =

i = 1nC- − Ci2n − 1

k huwa mogħti bit-tabella segwenti:

In-numru tal-kejl | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 |

K | 3,2 | 2,8 | 2,6 | 2,5 | 2,4 | 2,3 | 2,3 |

5.5.4. Jekk ma tintlaħaqx eżattezza ta’ għall-inqas 5 % wara 10 kejl, l-konsum jiġi determinat billi tintuża vettura ta’ l-istess tip.

6. KEJL TAL-KONSUM TAL-KARBURANTI F’VELOĊITÀ KOSTANTI

6.1. Dawn it-testijiet jistgħu jsiru jew fuq dinamometru jew fit-triq.

6.1.1. Il-massa tal-vettura

6.1.1.1. Il-massa tal-vettura huwa l-piż fi stat tat-tħaddim, kif definit fi 6.1.1.2, flimkien ma 180 kg, jew flimkien ma nofs it-toqol kollu jekk din il-figura teċċedi 180 kg, inklużi kejl ta’ l-attrezzaturi u l-okkupanti. L-għoli tas-sospensjoni tal-vettura hija dik akkwistata meta ċ-ċentru tal-gravità tat-tgħabija huwa fin-nofs ta’ linja dritta li tgħaqqad il-punti R tas-sedili ta’ quddiem (ġenb).

6.1.1.2. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "massa tal-vettura fi stat tajjeb tat-tħaddim" tfisser il-masa totali mhux mgħobbija bit-tankijiet kollha apparti milli tal-karburanti mimlija, u t-tank tal-karburanti mimli sa 90 % tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur, u b’sett ta’ l-għodda u l-istepni abbord.

6.2. Gearbox

Jekk il-vettura għandha tibdil tal-gerijiet manwali, il-proporzjon tal-gerijiet użati huwa l-għola wieħed irrakkomandat mill-manifattur għas-sewqan f’kull waħda mill-veloċitajiet tat-test.

6.3. Proċedura tat-test

6.3.1 Test tat-triq

6.3.1.1. Kundizzjonijiet tat-temp

6.3.1.1.1. L-umdità relattiva għandha tkun inqas minn 95 %; it-triq għandha tkun niexfa; iżda wiċċ it-triq tista’ jkollu traċċi ta’ tixrib, sakemm ma jkunx hemm saff apprezzabbli ta’ ilma fi kwalunkwe post.

6.3.1.1.2. Il-veloċità medja tar-riħ għandha tkun inqas minn 3 m/s u buffuri ta’ inqas minn 8 m/s.

6.3.1.2. Qabel ma jsir il-kejl, il-vettura għandha tivvjaġġa fir-rotta magħżula, f’veloċità qrib dik tat-test, f’distanza biżżejjed biex tintlaħaq it-temperatura kurrenti; iżda fl-ebda każ ma tista’ din id-distanza tkun inqas minn 10 km.

6.3.1.3. Sewqan tat-test

Is-sewqa tat-test għandu ikun tali li jippermetti li tintlaħaq il-veloċità kostanti u jkun ta’ tul għall-inqas 2 km. Għandu jifforma pista magħluqa u l-wiċċ għandu ikun f’kondizzjoni tajba. Tista’ tintuża triq dritta basta li s-sewqan ikun ta’ 2 km issir fiż-żewġ direzzjonijiet. Ir-rampa ma għandhax teċcedi ż-2 % bjen kwalunkwe żewġ punti.

6.3.1.4. Waqt kull sewqan tat-test, il-veloċità għandha tinżamm kostanti sa ± 2 km/siegħa. Il-veloċità medja għal kull test ma għandhax turi differenza mill-veloċità’ tar-riferenza ta’ aktar minn 2 km/siegħa.

6.3.1.5. Biex ikun iddeterminat il-konsum f’kull veloċità riferenza (ara l-grafika ta’ hawn taħt) isiru erba’ testijiet; tnejn f’veloċità medja inqas mill-veloċità ta’ riferenza, u tnejn f’veloċità li teċċedi l-veloċità ta’ riferenza.

6.3.1.6. Il-konsum tal-karburanti għal kull sewqan tat-test huwa kkalkolat mill-formuli fi 5.4.

6.3.1.7. Id-differenza bejn iż-żewġ valuri l-aktar baxxi kkalkulati ma tistax tkun aktar minn 5 % tal-valur medju tagħhom, u din il-konidzzjoni tapplika wkoll għaż-żewġvaluri kkalkolati l-aktar għoljin. Il-valur tal-konsum tal-karburanti fil-veloċità riferenza xierqa huwa kkalkolat permezz ta’ interpolazzjoni lineari kif jidher mill-grafika ta’ hawn taħt.

6.3.1.7.1. Jekk il-kundizzjonijiet fi 6.3.1.7 ma jintlaħqux għall-ebda par ta’ valuri kkalkulati, ir-raba’ test tas-sewqa għandu jkun ripetur. Jekk wara erba’ provi il-konsistenza meħtieġa ma tkunx intlaħqet, għandha tingħażel vettura oħra u tiġi soġġetta għat-testjijiet kollha speċfikati f’din il-proċedura.

Eżempju: Kalkolu għal veloċità medja ta’ 90 km/siegħa.

+++++ TIFF +++++

Co huwa l-valur ikkalkulat għall-konsum fil-veloċità ta’ riferenza Vo fuq it-distanza tat-test.

6.3.2. Test tad-Dinamometru

6.3.2.1. Settjar tad-Dinamometru

Id-dinamometru għandu ikun issettjat kif deskritt fis-sezzjoni 4.1 ta’ l-Anness III tad- Direttiva 70/220/KEE bl-emendi li ġejjin:

- Id-dinamometru għandu jkun issettjat għall-velocità xierqa tat-test;

- il-kondizzjoni tal-vettura waqt is-sewqan tat-test għandha tkun kif speċifikat fis-sezzjonijiet 4.1 sa 4.3, u l-kondizzjonijiet tat-temp waqt it-test tat-triq għandhom jkunu kif speċifikat fi 6.3.1.1 biex jippermettu l-issettjar korrett fid-dħul taż-żaqq tal-manifold li għandha tkun iddeterminata.

F’ każ ta’ magni li jaħdmu bid-diesel, id-dinamometru għandu jkun issettjat kif speċifikat fi 5.1.1.

6.3.2.2. Tberrid

Attrezzaturi addizzjonali li jkessħu l-arja jistgħu jintużaw biex il-kondizzjonijiet ta’ operat u tat-temperatura tal-lubrikanti jinżammu fil-medda normali tat-tkessieħ akkwistata fl-istess veloċità fit-triq.

6.3.2.3. Qabel ma jsir kwalunkwe kejl, il-vettura għandha tkopri, f’veloċità qrib dik tat-test, distanza adekwata fuq id-dinamometru biex jintlaħqu it-temperaturi korrenti tas-sewqan; din id-distanza m’għandha fl-ebda każ ma tkun inqas minn 10 km.

6.3.2.4. Id-distanza tat-test ma għandhax tkun inqas minn 2 km, kif imkejla minn arloġġ ta’ l-għadd tad-dawrien fuq id-dinamometru.

6.4. It-tip ta’ dinamometeru użat għandu jkun indikat fir-rapport tat-test.

6.5. Espressjoni tar-riżultati independentament mill-metodu

tal-kejl użat, ir-riżultati għandhom ikunu espressi f’ litri/100 km skond il-kondizzjonijiet ta’ riferenza speċifikati fil-4.5.

[1] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 1.

[2] ĠU L 223, ta’ l-14.8.1978, p. 48.

[3] ĠU L 190, ta’ l-20.08.1972, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet