31980L0590



Official Journal L 151 , 19/06/1980 P. 0021 - 0022
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0203
Greek special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0125
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0203
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0024
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 11 P. 0024


ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Ġunju 1980

li tistabbilixi s-simbolu li jista' jakkompanja materjali u oġġetti maħsuba sabiex jiġu f'kuntatt ma' oġġetti ta' l-ikel

(80/590/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/893/KEE tat-23 ta' Novembru 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' materjali u oġġetti maħsuba sabiex jiġu f'kuntatt ma' oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 7(1)(a) tagħha,

Billi l-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 7(1)(a) tad-Direttiva 76/893/KEE jipprovdi għall-istabbiliment ta' simbolu li jista' jikkompanja materjali u oġġetti minflok id-dettalji "sabiex jintuża ma' l-ikel" jew indikazzjoni speċifika għall-użu tat-tali materjali u oġġetti;

Billi simbolu bħal dan irid ikun faċli biex jinftiehem; billi barra minn hekk irid ikun jista' jiġi riprodott fuq materjali u oġġetti jew fuq mezzi oħra taħt l-aħjar kondizzjonijiet tekniċi possibli;

Billi s-simbolu riprodott fl-Anness hawnhekk jissodisfa dawn il-kriterji;

Billi il-miżuri maħsuba f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta' l-Ikel,

ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Is-simbolu li hemm riferenza għalih fl-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 7(1)(a) tad-Direttiva 76/893/KEE għandu jkun dak riprodott fl-Anness ta' hawnhekk.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jawtorizzaw b'effett mill-1 ta' Jannar 1981 l-użu tas-simbolu li hemm referenza għalih fl-Artikolu 1.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' Ġunju 1980.

Għall-Kummissjoni

Étienne DAVIGNON

Membru tal-Kummissjoni

BILAG - ANHANG - ANNEX - ANNEXE - ALLEGATO - BIJLAGE

1 ĠU L 340, tad-9.12.1976, p. 19.


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet