Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 1979 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/347/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-medda tal-viżjoni u l-wajpers tal-windscreen ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija
ĠU L 331, 27.12.1979, p. 20–23 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 13 Volume 10 P. 174 - 177
Edizzjoni Speċjali bil-Grieg: Chapter 13 Volume 9 P. 83 - 86
Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 13 Volume 10 P. 174 - 177
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 288 - 291
Edizzjoni Speċjali bil-Portugiż: Chapter 13 Volume 10 P. 288 - 291
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 005 P. 437 - 440
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 005 P. 437 - 440
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 005 P. 437 - 440
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 005 P. 437 - 440
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 005 P. 437 - 440
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 005 P. 437 - 440
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 005 P. 437 - 440
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 005 P. 437 - 440
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 005 P. 437 - 440
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 05 P. 79 - 82
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 05 P. 79 - 82
DA DE EN FR IT NL
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | ||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni
tat-22 ta’ Novembru 1979
li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/347/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-medda tal-viżjoni u l-wajpers tal-windscreen ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija
(79/1073/KEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija [1], kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 76/694/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 11, 12 u 13 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/347/KEE ta’ l-25 ta’ Ġunju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-medda tal-viżjoni u l-wipers tal-windscreen ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija [3].
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/536/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istrutturi tal-protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija [4].
Billi, minħabba l-esperjenza miksuba u d-disposizzjonijiet addottati rigward l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib li jaffettwaw il-konfigurazzjoni ta’ dawk il-partijiet tas-superstruttura tat-tratturi li huma ta’ importanza kbira għall-medda tal-viżjoni, huwa issa possibbli li jkunu addottati għall-progress tekniku id-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-medda tal-viżjoni;
Billi l-ħtiġiet għas-sigurtà tat-traffiku rigward it-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija saru iktar strinġenti;
Billi l-miżuri li hemm ipprovdut għalihom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttivi għat-Tneħħija tal-Ostakoli Tekniċi għal Negozju fit-Tratturi għall-Agrikoltura jew għall-Forestrija,
ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 74/347/KEE hija b’din emendata kif ġej:
1. Il-kliem ‘ il-medda tal-viżjoni jew’ jitħassru mill-Artikoli 2 u 3.
2. Wara l-Artikolu 3, jiddaħħal l-Artikolu 3a ġdid segwenti:
"Artikolu 3a
1. B’effett mill-1 ta’ Mejju 1980 l-ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-medda tal-viżjoni tat-tratturi:
- jirrifjuta rigward xi tip ta’ trattur, biex jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE, biex joħroġ id-dokument li hemm riferenza għalih fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew biex jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali,
- jew jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ tratturi,
fil-medda tal-viżjoni ta’ dan it-tip ta’ trattur jew dawn it-tipi ta’ tratturi jkun konformi mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1980 l-Istati Membri:
- ma jistgħux iktar joħorġu d-dokument li hemm riferenza għalih fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE rigward tip ta’ trattur li dwarhom il-medda tal-viżjoni ma jikkonformax mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,
- ma jistgħux jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward tip ta’ tratturi li l-medda tal-viżjoni tagħhom ma jikkonformax mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
3. B’effett mill-1 ta’ Jannar 1983, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis servizz ta’ kwalunkwe trattur li l-medda tal-viżjoni tagħhom ma jikkonformax mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva."
3. L-Anness huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw mad-Direttiva mhux iktar tard mit-30 ta’ April 1980 u għandhom minnufih jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Novembru 1979.
Għall-Kummissjoni
Étienne Davignon
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.
[2] ĠU L 205, tat-13.8.1979, p. 17.
[3] ĠU L 191, tal-15.7.1974, p. 5.
[4] ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 1.
--------------------------------------------------
ANNESS
1.4 għandu jinqara kif ġej:
"L-effett ta’ masking
‘L-effett ta’ masking’ tfisser il-kordi tas-setturi tas-semi-ċirku tal-viżjoni li ma jistax jidher minħabba l-komponenti strutturali bħal roof-pillars, gradi tad-dħul ta’ l-arja jew exhaust stacks u l-kwadru tal-windscreen."
2.2. 1. 1 għandu jinqara kif ġej:
"Il-trattur għandu jitqiegħed fuq wiċċ orizzontali kif muri fil-Figura 2. Fuq livell ta’ appoġġ orizzontali b’punt ta’ riferenza, għandu jkun hemm immuntati żewġ punti ta’ sorsi ta’ dawl, eż. 2 – 150 W, 12 V, 65 mm bogħod minn xulxin u allokati simmetrikament rigward il-punt ta’ riferenza. L-appoġġ irid ikun idur fuq il-punt taċ-ċentru tiegħu madwar fus vertikali mill-punt tar- riferenza. Għall-iskop tal-kejl ta’ l-effetti tal-masking, l-appoġġ għandu jkun hekk allineat li l-linja li tgħaqqad iż-żewġ sorsi tad-dawl tkun perpendikulari mal-linja li tgħaqqad il-komponent tal-masking u l-punt tar-referenza.
L-overlaps silwett (l-iktar dell profond) ipproġettati fuq is-semi-ċirku tal-viżjoni mill-komponent tal-masking meta s-sorsi tad-dawl jinxtegħlu simultanjament jew alternattivament għandhom ikunu mkejla skond 1.4 (Figura 3)."
2.2. 1. 2 għandu jinqara kif ġej:
"L-effetti tal-masking ma għandhomx jaqbżu is-700 mm."
2.2. 1. 3 għandu jinqara kif ġej:
"L-effetti tal-masking dovuti għall-komponenti strutturali li jmissu magħhom fuq 80 mm wisa’ għandhom ikunu konfigurati hekk illi jkun hemm intervall ta’ mhux inqas minn 2200 mm - imkejla bħala korda tas-semi ċirku tal-viżjoni - bejn iċ-ċentri ta’ żewġ effetti tal-masking."
2.2. 1. 5 għandu jinqara kif ġej:
"Barra s-settur tal-viżjoni, l-effetti tal-masking li jaqbżu s-700 mm imma li ma jaqbżux l-1500 mm, huma, madankollu permissibbli jekk il-komponenti li jikkawżawhom ma jkunux jistgħu jiġu ri-iddisinjati jew ri-allokati: fuq kull naħa jista’ jkun hemm total ta’ wieħed miż-żewġ effetti tal-masking, wieħed li ma jaqbiżx is-700 mm u l-ieħor li ma jaqbiżx l-1500 mm, jew inkella dawk iż-żewġ effetti tal-masking, li ebda wieħed minnhom ma jaqbeż l-1200 mm."
2.2. 2. 1 għandu jinqara kif ġej:
"Bħala alternattiva għall-proċedura stabbilità fi 2.2.1, l-aċċettabbiltà ta’ l-effetti tal-masking individwali jistgħu jkunu ddeterminati matematikament. Il-ħtiġiet ta’ 2.2.1.2, 2.2.1.3, 2.2.1.4, 2.2.1.5 u 2.2.1.6 għandhom japplikaw rigward id-daqs, id-distribuzzjoni u n-numru ta’ l-effetti tal-masking"
2.5 għandu jinqara kif ġej:
"Għall-għan tad-determinazzjoni ta’ l-effetti tal-masking fis-settur tal-viżjoni, l-effetti tal-masking dovuti għall-kwadru tal-windscreen u ta’ kwalunkwe ostaklu ieħor jista’, skond id-disposizzjonijiet ta’ 2.2.1.4, jkun ikkunsidrat bħala effett singolu, sakemm id-distanza bejn l-iktar punti ‘il barra ta’ dan l-effett tal-masking ma jaqbiżx is-700 mm."
Punt ta' referenza
+++++ TIFF +++++
--------------------------------------------------
| Fuq |